- Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti
- Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni
- Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika
- Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom
- L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi
- Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas
- Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell
- Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami
- Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati
- L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni
Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
It-talbiet li jsiru skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jiġu ppreżentati jew quddiem il-bordijiet tad-distrett tal-qrati kkombinati (chambres de proximité des tribunaux judiciaires), li jkollhom ġuriżdizzjoni jekk it-talba tkun ta’ natura ċivili (l-Artikolu L. 211‐4‐2 tal-Kodiċi tal-Organizzazzjoni Ġudizzjarja) jew inkella quddiem il-qrati kummerċjali (tribunaux de commerce), li għandhom ġuriżdizzjoni jekk it-talba tkun tikkonċerna kummerċjanti jew kumpaniji kummerċjali jew finanzjarji (l-Artikolu L. 721‐3‐1 tal-Kodiċi tal-Kummerċ (Code de commerce)).
Fil-każijiet li fihom ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali jiddeżinja l-qrati ta’ Stat Membru mingħajr speċifikazzjoni ulterjuri, il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali tkun dik tal-post tar-residenza tal-konvenut jew ta’ wieħed mill-konvenuti.
Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
It-talba biex jinbdew proċedimenti ġudizzjarji tista’ tiġi ppreżentata lill-qorti bil-posta.
Il-partijiet fi proċediment li jinbeda skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jistgħu jikkomunikaw mal-qrati bil-posta.
Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Il-partijiet jistgħu jitolbu informazzjoni biex jimlew il-formoli annessi mar-Regolament f’konformità mal-Artikolu 11 mingħand:
- skrivani (personnel de greffe) fil-qrati, inklużi l-qrati kkombinati (tribunaux judiciaires) u l-qrati kummerċjali, b’kompetenza li jittrattaw talbiet imressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar; normalment dawk li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa rigward il-proċeduri jkunu l-iskrivani tal-qorti impjegati fid-dipartiment tal-qorti għall-akkoljenza tal-partijiet (service d’accueil du justiciable – SAUJ) tal-qorti;
- il-persunal li jaħdem f’ċentri legali (maisons de la justice et du droit) li jinsabu mifruxa fil-pajjiż kollu;
- l-avukati, li jistgħu jiġu kkonsultati mill-partijiet fiċ-ċentri ta’ konsulenza pprovduti mingħajr ħlas mid-dipartimenti tal-konsulenza legali fuq livell ta’ dipartiment (département) (ċentri dipartimentali ta’ aċċess għall-ġustizzja (centres départementaux d’accès au droit)).
Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Ma hijiex permessa n-notifika tad-dokumenti inkwistjoni b’mezzi elettroniċi. Għaldaqstant ma hemm l-ebda mezz tekniku disponibbli.
Il-komunikazzjoni mal-qrati Franċiżi kompetenti biex jittrattaw it-talbiet ippreżentati skont ir-Regolament dwar it-Talbiet Żgħar issir permezz tal-posta biss.
L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
L-ebda persuna jew l-ebda professjonist ma huwa obbligat jaċċetta dokument innotifikat b’mod elettroniku skont l-Artikolu 13.
Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas
- Jekk il-proċedimenti jitressqu quddiem il-Qorti Kkombinata), ma jkunux dovuti tariffi tal-qorti. Madankollu, il-qorti tista’ tikkundanna lill-parti telliefa għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni. L-ispejjeż tan-notifika b’ittra reġistrata jitħallsu mill-qorti. L-ispejjeż tan-notifika sostnuti skont l-Artikolu 1387 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili huma soġġetti għal ordni ta’ eżekuzzjoni maħruġa mill-qorti u r-responsabbiltà għall-irkupru tagħhom taqa’ fuq it-Teżor tal-Istat. Il-Qorti Kkombinata tista’ tikkundanna lill-parti telliefa għall-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati, jiġifieri l-ispejjeż tar-rappreżentanza u tal-assistenza sostnuti mill-parti rebbieħa.
- Jekk il-proċedimenti jitressqu quddiem il-qorti kummerċjali, l-ammont tat-tariffi tal-qorti jvarjaw skont jekk issirx seduta jew le. Jekk ma ssir l-ebda seduta, it-tariffa tal-qorti tkun ta’ madwar EUR 12 inkluża t-taxxa (il-kost ta’ rikors għal ordni għajr ordni interim ma jinkludix il-ħlasijiet postali u t-tariffi tal-uffiċċjal ġudizzjarju); Jekk issir seduta, l-ispejjeż tal-qorti jammontaw għal madwar EUR 60 bit-taxxi kollha inklużi (TTC) (esklużi l-ħlasijiet postali u t-tariffi tal-uffiċċjal ġudizzjarju). Dawn l-ammonti ma jinkludu l-ebda spiża addizzjonali oħra sostnuta minħabba n-natura tal-proċedimenti.
Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Jistgħu jiġu ppreżentati l-appelli li ġejjin skont il-liġi Franċiża f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament:
- Appell (appel) meta s-sentenza tingħata fl-ewwel istanza, jiġifieri meta t-talba tkun ta’ aktar minn EUR 5,000. Jista’ jiġi ppreżentat appell minn kwalunkwe parti fi żmien xahar minn meta s-sentenza tiġi nnotifikata (l-Artikoli 528 u 538 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
- Tista’ tiġi ppreżentata oġġezzjoni (opposition) mill-konvenut li ma jkunx ġie nnotifikat personalment bis-sentenza f’konformità mal-Artikolu 5(2), u li ma jkunx wieġeb fil-forom stabbiliti fl-Artikolu 5(3) (“sentenza mogħtija f’kontumaċja”). Tali oġġezzjoni tiġi ppreżentata quddiem il-qorti li tkun tat is-sentenza kkontestata (l-Artikoli 571 sa 578 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Jekk id-deċiżjoni tkun waħda finali, jiġifieri jekk ma tkunx tista’ tiġi appellata ulterjorment, il-partijiet jistgħu jippreżentaw appell fuq punti ta’ dritt (pourvoi en cassation) quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (l-Artikoli 605 sa 618‐1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
F’każ ta’ ċirkomvenzjoni intenzjonata tal-ġustizzja (fraude au jugement), il-partijiet jistgħu jippreżentaw rikors għal rieżami tas-sentenza (recours en révision) quddiem il-qorti li tkun tat is-sentenza kkontestata (l-Artikoli 593 sa 603 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati
Il-lingwi aċċettati skont l-Artikolu 21a(1) huma: il-Franċiż, l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol.
L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
L-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-eżekuzzjoni huma l-uffiċjali ġudizzjarji (huissiers de justice) u, fil-każ ta’ qbid tar-rimunerazzjoni (saisie des rémunérations) awtorizzati mill-qorti tal-eżekuzzjoni, id-direttur tar-reġistru (directeur du greffe) tal-Qorti Kkombinata.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 23,
- f’każ ta’ sentenza mogħtija f’kontumaċja, il-qorti li titressaq oġġezzjoni quddiemha tista’, qabel ma teżamina l-mertu tal-każ mill-ġdid, tirtira kull ordni ta’ eżekuzzjoni provviżorja li tkun tat, bil-konsegwenza li tissospendi l-eżekuzzjoni (l-Artikolu 514-3 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili);
- fil-każijiet kollha, l-imħallef tal-eżekuzzjoni, wara notifika ta’ ittra uffiċjali (commandement) jew mandat ta’ qbid (acte de saisie), jista’ jiddifferixxi l-eżekuzzjoni billi jagħti perjodu ta’ grazzja lid-debitur (l-Artikolu 510 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.