- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti
- Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni
- Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika
- Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom
- L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi
- Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas
- Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell
- Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami
- Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati
- L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti
Il-qorti tal-kontea (county court) hija l-qorti kompetenti biex tagħti sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar fl-Irlanda ta’ Fuq. Il-proċedura tiġi trattata minn Imħallef Distrettwali.
Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni
Il-mezz ta’ komunikazzjoni aċċettat mill-qrati fl-Irlanda ta’ Fuq għall-finijiet tal-bidu tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huwa permezz ta’ posta rreġistrata tal-ewwel klassi.
Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika
Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts and Tribunals Service) jipprovdi għajnuna prattika skont l-Artikolu 11 iżda ma jistax joffri pariri legali dwar ir-Regolament.
Anke l-Uffiċċju ta’ Konsulenza għaċ-Ċittadini (Citizens' Advice Bureau) jew ċentri oħra ta’ konsulenza għall-konsumaturi li joperaw fl-Irlanda ta’ Fuq jistgħu jipprovdu għajnuna prattika. Tista’ tikseb għajnuna addizzjonali mingħand avukat. L-Assoċjazzjoni tal-Liġi tal-Irlanda ta’ Fuq (Law Society for Northern Ireland) tista’ tipprovdi dettalji ta’ kuntatt ta’ avukati lokali.
Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom
Teknikament skont ir-regoli proċedurali fl-Irlanda ta’ Fuq ma hemm l-ebda mezz ta’ notifika u ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli u ammissibbli. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni huwa permezz ta’ posta rreġistrata tal-ewwel klassi.
L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi
L-ebda persuna fl-Irlanda ta’ Fuq ma hija obbligata taċċetta notifiki b’mezzi elettroniċi.
Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas
Attwalment ma hemm l-ebda tariffi tal-qorti x’jitħallsu għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar fl-Irlanda ta’ Fuq. Madanakollu, din il-pożizzjoni qed tiġi riveduta.
Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell
Ma hemm l-ebda appell minn ordni mogħtija skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar fl-Irlanda ta’ Fuq.
Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami
Rikors għandu jiġi ppreżentat quddiem il-qorti li tkun ħarġet is-sentenza. Il-qorti tal-kontea (county court) hija l-qorti kompetenti għal tali stħarriġ fl-Irlanda ta’ Fuq.
Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati
Skont l-Artikolu 21(a)(1) il-lingwa uffiċjali aċċettabbli hija l-Ingliż.
L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni
L-Uffiċċju għall-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi (Enforcement of Judgments Office) u l-Uffiċjal Ġudizzjarju Għoli responsabbli għall-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi (Master, Enforcement of Judgments) huma l-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 23. Bħal fil-każ tal-proċedura domestika għal talbiet żgħar, hija r-responsabbiltà tal-parti li favur tagħha jkun inqata’ l-każ fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar li tagħmel l-arranġamenti għall-eżekuzzjoni tal-ordni tal-qorti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.