Talbiet żgħar

Slovenja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovenja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Slovenja

Proċeduri transfruntieri Ewropej - Talbiet żgħar


*input mandatarju

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Il-qrati bil-ġuriżdizzjoni biex jagħtu sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huma:

il-qrati lokali (okrajna sodišča) fil-każ ta’ kawżi ċivili (l-Artikolu 30 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Uradni list RS (UL RS; il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja) Nri 73/07 — it-test konsolidat uffiċjali, 45/08 – 45/08 – ZArbit, 111/08 – id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 57/09 – id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 12/10 – id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 50/10 – id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 107/10 – id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 75/12 – id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 40/13 – id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 92/13 – id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 10/14 – id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 48/15 – id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 6/17 – id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 10/17 u 16/19 – ZNP-1, minn hawn’ il quddiem: ZPP) u l-qrati distrettwali (okrožna sodišča) għall-kawżi kummerċjali (l-Artikolu 32 ZPP). L-applikazzjoni tar-regoli dwar it-tilwim kummerċjali hija rregolata mill-Artikoli 480 sa 484 ZPP. It-test taz-ZPP jinsab fis-sit web tas-Sistema ta’ Informazzjoni Legali tar-Repubblika tas-Slovenja:

http://pisrs.si/Pis.web/pregledPredpisa?id=ZAKO1212

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-mezzi ta' komunikazzjoni aċċettati għall-finijiet tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u disponibbli għall-qrati skont l-Artikolu 4(1) huma dawn li ġejjin:

— il-Formola A għal talba standard (l-Anness I ) tiġi ppreżentata fil-qorti kompetenti bil-miktub bil-posta, bl-użu ta' teknoloġija tal-komunikazzjoni (eż. faks), titwassal direttament għand l-istituzzjoni jew minn persuna involuta professjonalment fil-preżentazzjoni ta' talbiet (l-Artikolu 105b ZPP).

It-talbiet ma jistgħu jiġu ppreżentati elettronikament.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

L-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet bil-ġuriżdizzjoni biex jipprovdu assistenza prattika skont l-Artikolu 11 huma kif ġej:

Il-persunal ġudizzjarju tal-qorti kompetenti jipprovdi assistenza prattika b'xejn għall-mili tal-formoli u għal informazzjoni ġenerali dwar il-proċedura. Assistenza prattika lill-konsumaturi tingħata wkoll miċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur, Kotnikova 5, 1000 Ljubljana, posta elettronika: epc.mgrt@gov.si, tel.: (01) 400 37 29, sit: https://www.epc.si/.

Il-konsumaturi jistgħu jitolbu u jiksbu wkoll għajnuna legali sakemm ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Att dwar l-Għajnuna Legali B'Xejn (UL RS Nri 96/04 – test konsolidat uffiċjali, 23/05, 15/14 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali u 19/15, minn hawn 'il quddiem "ZBPP"). L-għajnuna legali b'xejn tista' tiġi allokata għal pariri legali, rappreżentanza legali u servizzi legali oħrajn previsti miz-ZBPP u b'eżenzjoni mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti.

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Il-metodi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi li huma teknikament disponibbli u ammissibbli skont l-Artikolu 13(1), (2) u (3), u l-metodi biex wieħed jesprimi l-kunsens tiegħu minn qabel għan-notifika ta' dokumenti b'mod elettroniku skont l-Artikolu 13(1) u (2) huma kif ġej:

Id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(2) u (6) u s-sentenzi maqtugħa skon l-Artikolu 7 jiġu nnotifikati skon iz-ZPP.

L-Artikoli 132 sa 150 ZPP jirregolaw in-notifika tad-dokumenti u l-ispezzjoni tal-atti.

L-Artikolu 132 ZPP jipprevedi metodi varji ta' notifika ta' dokumenti – bil-posta, bil-posta elettronika sikura, bil-marixxall tal-qorti, bil-qorti jew b'mod ieħor previst mil-liġi (notifika minn persuna fiżika jew ġuridika li jinnotifika d-dokumenti professjonalment).

Għadu mhux possibbli li d-dokumenti jiġu nnotifikati elettronikament fi proċedimenti ċivili; id-dokumenti tal-qorti fi proċedimenti bħal dawn iridu jiġu nnotifikati f'forma fiżika, normalment bil-posta.

Il-ħin u l-post tan-notifika tad-dokumenti: matul il-ġurnata bejn is-6.00 u l-22.00, jew 24 siegħa kuljum bil-posta elettronika (l-Artikolu 139(1) ZPP)

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

Il-persuni jew, jekk ikun japplika, it-tipi ta' professjonijiet, taħt obbligu legali li jaċċettaw notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet bil-miktub oħrajn b'mezzi elettroniċi f'konformità mal-Artikolu 13(1) u (2) huma kif ġej:

Għadu mhux possibbli li d-dokumenti jiġu nnotifikati elettronikament fi proċedimenti ċivili; id-dokumenti tal-qorti fi proċedimenti bħal dawn iridu jiġu nnotifikati f'forma fiżika, normalment bil-posta.

Meta n-notifika elettronika tad-dokumenti tal-qorti ssir teknikament fattibbli, il-qrati jibdew jinnotifikaw id-dokumenti tal-qorti b'mod elettroniku biss (f'kaxxa postali sigura) lill-awtoritajiet nazzjonali, lill-avukati, lin-nutara, lill-uffiċjali ġudizzjarju tal-eżekuzzjoni, lill-esperti, lill-valutaturi, lill-interpreti, lill-prattikanti fl-insolvenza jew lil kull individwu jew korp ieħor li n-natura ta' xogħlu timplika affidabilità ikbar.

Il-lista ta’ persuni u korpi li n-natura ta' xogħolhom timplika affidabilità ikbar trid titfassal u tiġi ppubblikata mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja fis-sit tagħha (il-portal e-Sodstvo). Il-persuni u l-korpi fil-lista jridu jiftħu kaxxa postali sigura u jibagħtu l-indirizz tagħha lill-Qorti Suprema tas-Slovenja; dawn il-persuni u korpi jridu jinfurmaw lill-Qorti Suprema jekk jinbidel dak l-indirizz. L-indirizz ippubblikat fil-lista jitqies bħala l-indirizz uffiċjali tal-kaxxa postali sigura.

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

It-tariffi tal-qorti għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, jiġifieri kif iridu jiġu kkalkulati u x'metodi ta' ħlas ikunu aċċettati skont l-Artikolu 15a huma kif ġej:

L-ammont tat-tariffi tal-qorti huwa stipulat fl-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (UL RS Nri 37/08, 97/10, 63/13, 58/14 – id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 19/15 — id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 30/16, 10/17 — ZPP-E, 11/18 — ZIZ-L u 35/18 — id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, minn hawn 'il quddiem "ZST-1"). It-tariffi tal-qorti tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huma l-istess bħat-tariffi ssimplifikati tal-qorti nazzjonali.

Għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar isir ħlas ta' darba li l-ammont tiegħu jkun jiddependi mill-valur tas-suġġett tal-proċedimenti:

Meta l-valur tas-suġġett tal-proċedimenti jkun EUR ............ jew inqas

it-tariffa tal-qorti tkun EUR ..................

300

54

600

78

900

102

1 200

126

1 500

150

2 000

165

2 500

180

3 000

195

3 500

210

4 000

225

4 500

240

5 000

255

Ir-rikorrent irid iħallas it-tariffa tal-qorti ta' hawn fuq fil-bidu tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. It-tariffa tista’ titħallas bil-quddiem, jiġifieri meta jiġi ppreżentat ir-rikors għall-ftuħ ta' kawża; inkella r-rikors jista' l-ewwel jiġi ppreżentat il-qorti, imbagħad ir-rikorrent jistenna lill-qorti tibgħat ordni ta' ħlas, li ma jkunx fih biss l-ammont tat-tariffa imma jkun fih ukoll informazzjoni oħra meħtieġa biex isir il-ħlas (bħal sa meta jrid isir il-ħlas).

It-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu mill-bogħod, jiġifieri l-partijiet jistgħu iħallsu minn Stat Membru li ma jkunx dak ta' fejn tinstab il-qorti, bl-użu ta' mill-inqas wieħed mill-metodi ta' ħlas li ġejjin:

(a) trasferiment bankarju;

(b) karta ta' kreditu jew ta' debitu; jew

(c) debitu dirett mill-kont bankarju tar-rikorrent.

Skont l-Artikolu 6 ZST-1, it-tariffi tal-qorti fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jistgħu jitħallsu fi flus kontanti, elettronikament jew bl-użu ta' kwalunkwe metodu ta' ħlas validu ieħor.

Fil-prattika, it-trasferimenti bankarji biss jintużaw biex jitħallsu t-tariffi tal-qorti, għalkemm il-ħlasijiet bil-kard huma possibbli wkoll mal-kaxxier tal-qorti.

Il-banek kollha għandhom servizz ta’ ħlas online biex jakkomoda l-ħlasijiet elettroniċi. Fil-każ ta' ħlas elettroniku permezz ta' servizzi bankarji online, it-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu fil-kontijiet tal-qrati stabbiliti speċifikament għall-ħlas tat-tariffi tal-qorti, kif ippubblikati fis-siti tad-diversi qrati. Il-ħoloq għas-siti tal-qrati kompetenti, li jipprovdu d-dettalji tal-kont u kull informazzjoni oħra meħtieġa għall-ħlas tat-tariffi tal-qorti jiġu pprovduti fid-dettalji ta' kuntatt ta' kull qorti individwali skont il-punt (a).

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

L-appelli disponibbli skont l-Artikolu 17, it-terminu biex jiġu ppreżentati dawn l-appelli u l-qorti fejn iridu jiġu ppreżentati dawn l-appelli huma kif ġej:

L-appelli jridu jiġu ppreżentati fi żmien tmint ijiem min-notifika tas-sentenza (l-Artikolu 458 ZPP). L-appelli jridu jiġu ppreżentati mal-qorti li taqta' s-sentenza fl-ewwel istanza (il-Qorti Lokali) (l-Artikolu 342 ZPP).

F'kawżi kummerċjali, l-appelli jridu jiġu ppreżentati fi żmien tmint ijiem min-notifika tas-sentenza (l-Artikolu 458, flimkien mal-Artikoli 480 u 496, ZPP). L-appelli jridu jiġu ppreżentati mal-qorti li taqta' s-sentenza fl-ewwel istanza (il-Qorti Distrettwali) (l-Artikolu 342 ZPP).

Il-qrati superjuri (višja sodišča) jiddeċiedu l-appelli (l-Artikoli 35 u 333 ZPP).

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Il-proċeduri għal rikors għal rieżami, kif previst fl-Artikolu 18 u l-qrati kompetenti għal dak ir-rieżami huma kif ġej:

Ir-rimedju ġudizzjarju tal-parti huwa li tressaq talba biex jiġi rritornat l-istatus ta' qabel (l-Artikolu 116 ZPP). Meta dan ikun ammess mill-qorti, il-kawża tirritorna għall-istat li kellha qabel l-inkorrettezza u s-sentenzi kollha maqtugħa mill-qorti minħabba l-inkorrettezza jiġu revokati.

Ladarba jkunu għaddew sitt xhur mill-inkorrettezza, ir-rimedju ġudizzjarju tal-parti jkun li tressaq talba għal ritrattazzjoni skont l-Artikolu 394(3) taz-ZPP u li terġa' tinfetaħ il-proċedura li tkun ingħalqet b'deċiżjoni finali.

Il-ġuriżdizzjoni għaż-żewġ rimedji ġudizzjarji hija tal-qorti li taqta' s-sentenza.

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

Skont l-Artikolu 21a(1) il-lingwi li ġejjin huma aċċettati:

Il-lingwi uffiċjali huma s-Sloven u ż-żewġ lingwi nazzjonali minoritarji, li jintużaw uffiċjalment fil-qrati f’postijiet fejn jgħixu dawn il-minoranzi nazzjonali (l-Artikoli 6 u 104 ZPP). Il-lingwi minoritarji nazzjonali huma t-Taljan u l-Ungeriż.

Il-muniċipalitajiet b'taħlita ta' nazzjonalitajiet huma koperti mill-Att dwar it-Twaqqif tal-Muniċipalitajiet u l-Konfini Muniċipali (UL RS Nri 108/06 - test uffiċjali konsolidat u 9/11; minn hawn 'il quddiem “ZUODNO”). Skont l-Artikolu 5 ZUODNO, il-muniċipalitajiet b'taħlita ta' nazzjonalitajiet huma dawk identifikati li huma hekk mill-istatuti attwali tal-muniċipalitajiet ta' Lendava, Hodoš-Šalovci, Moravske Toplice, Koper, Izola u Piran.

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

L-awtoritajiet kompetenti biex jinfurzaw u japplikaw l-Artikolu 23 huma kif ġej:

Il-ġuriżdizzjoni fuq l-eżekuzzjoni hija tal-qrati lokali (l-Artikolu 5 tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni u l-Ksib ta’ Talbiet Ċivili (UL RS Nri 3/07 — it-test konsolidat uffiċjali, 93/07, 37/08 — ZST-1, 45/08 — ZArbit, 28/09, 51/10, 26/11, 17/13 — id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 45/14 — id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 53/14, 58/14 – id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 54/15, 76/15 — id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 11/18 u 53/19 – id-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali). Il-ġuriżdizzjoni ta’ dawn il-qrati testendi wkoll għall-applikazzjoni tal-Artikolu 23.

L-aħħar aġġornament: 21/02/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.