- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
- Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
- Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
- Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
- Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
- Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
- Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
Applikazzjonijiet: il-Qorti distrettwali rilevanti (Bezirksgericht) (skont l-Artikolu 27(2): il-Qorti b’ġurisdizzjoni fuq il-post tar-residenza abitwali tad-debitur jew fil-post tal-infurzar).
Rimedji: appell kontra deċizjoni (Berufung) jew appell kontra Punt tal-Liġi (Rekurs) lill-Qorti Reġjonali permezz tal-Qorti Distrettwali li tkun ħarġet id-deċiżjoni.
Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
Fl-Awstrija: irid isir rikors għal reviżjoni (Revisionsrekurs) skont l-Artikolu 78(1) u l-Artikolu 411(4) tal-Kodiċi ta’ Eżekużżjoni (Exekutionsordnung) flimkien mal-Artikolu 528 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung) lill-Qorti tal-Prim’ Istanza (il-Qorti Distrettwali), li tirreferih lill-Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof) għal deċiżjoni.
Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
Fil-każ ta’ notifika regolari skont il-liġi Awstrijaka: applikazzjoni għal restitutio in integrum (Antrag auf Wiedereinsetzung in den vorigen Stand) kontra n-nuqqas li jiġi osservat il-limitu ta’ żmien għall-kontestazzjoni tat-talba jew kontra n-nuqqas ta’ osservanza ta’ smigħ.
Fil-każ ta’ irregolarità tan-notifika skont il-liġi Awstrijaka: appell kontra d-deċiżjoni (fil-każ ta’ sentenzi mogħtija b’kontumaċja), u appell kontra Punt tal-Liġi (fil-każ ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji ibbażati fuq kontumaċja).
L-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati b’ġurisdizzjoni: L-appelli kollha għandhom isiru fil-Qorti tal-Prim’ Istanza, li jew tiddeċiedi hi nnifisha dwar il-kwistjoni (pereżempju fil-każ ta’ restitutio in integrum) jew tirrinvjaha lill-Qorti Superjuri għal deċiżjoni.
Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
Għall-kwistjonijiet kollha:
Bundesministerium für Justiz
Museumptrasse 7, 1070 Vienna
Organisational unit: Abteilung I 10
Indirizz elettroniku: team.z@bmj.gv.at
Tel.: +43 1 52152 2142
Faks: +43 1 52152 2829
Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
Il-kwistjonijiet kollha ta’ eżekuzzjoni jiġu deċiżi mill-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni għall-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 5 et seq. tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni, jew jekk ikun meħtieġ, mill-qorti tal-appell.
Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
Ġermaniż.
Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Ġermaniż, Ingliż, Franċiż.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.