- Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
- Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
- Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
- Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
- Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi
- Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
- Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
- Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
Ir-rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà f’konformità mal-Artikolu 27(1) iridu jiġu ppreżentati lill-Aġenzija tal-Liġi tal-Familja (Familieretshuset).
Dettalji ta’ kuntatt:
Statsforvaltningen (Amministrazzjoni Statali)
Storetorv 10
6200 Aabenraa
id-Danimarka
Indirizz elettroniku: post@familieretshuset.dk
Tel.: +45 7256 7000
Sit web: Familieretshuset.dk
Id-deċiżjonijiet li tieħu l-Aġenzija tal-Liġi tal-Familja jistgħu jitressqu quddiem il-qorti tal-familja (familieret) għal stħarriġ fi żmien erba’ ġimgħat. Ir-rikorsi għal stħarriġ ġudizzjarju jridu jiġu ppreżentati lill-Aġenzija tal-Liġi tal-Familja. F’ċerti sitwazzjonijiet, l-Aġenzija tal-Liġi tal-Familja tista’ terġa’ teżamina deċiżjoni, anke jekk parti tkun għamlet rikors għal stħarriġ ġudizzjarju tagħha.
Il-qorti tal-familja hija parti mill-qorti distrettwali lokali (byret). Ara http://www.domstol.dk.
Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
Jista’ jsir appell quddiem il-qorti superjuri (landsret) kontra sentenza tal-qorti tal-familja f’każ fejn deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Liġi tal-Familja tkun tressqet quddiem il-qorti tal-familja għal stħarriġ, iżda dan isir biss bil-permess tal-Bord tal-Permessi tal-Appelli (Procesbevillingsnævnet). Il-Bord tal-Permessi tal-Appelli jista’ jagħti permess għal appell kontra sentenza jekk tkun involuta kwistjoni ta’ prinċipju jew jekk ikun hemm raġunijiet oħra speċifiċi biex dan isir. Ir-rikorsi għal appell iridu jiġu ppreżentati lill-Bord fi żmien erba’ ġimgħat minn meta tingħata s-sentenza. Madankollu, il-Bord jista’ eċċezzjonalment jagħti permess għal appell jekk ir-rikors jiġi ppreżentat aktar tard iżda fi żmien sena minn meta tingħata s-sentenza. L-istess japplika fejn il-qorti tal-familja tiddeċiedi permezz ta’ digriet, f’liema każ il-perjodi tar-rikors huma ġimagħtejn u sitt xhur rispettivament.
Ma jistax isir appell kontra s-sentenzi tal-qorti superjuri fit-tieni istanza. Madankollu, il-Bord tal-Permessi tal-Appelli jista’ jippermetti li l-Qorti Suprema (Højesteret) tagħmel stħarriġ fuq sentenza fit-tielet istanza jekk tkun involuta kwistjoni ta’ prinċipju. Rikors għal dan l-istħarriġ trid tiġi ppreżentata lill-Bord tal-Permessi tal-Appelli fi żmien erba’ ġimgħat minn meta tingħata s-sentenza. Madankollu, il-Bord jista’ eċċezzjonalment jagħti permess għal appell jekk ir-rikors jiġi ppreżentat aktar tard iżda fi żmien sena minn meta tingħata s-sentenza. Jekk id-deċiżjoni tal-qorti superjuri tinħareġ permezz ta’ digriet, jista’ jsir appell quddiem il-Qorti Suprema bil-permess tal-Bord tal-Permessi tal-Appelli. Dan il-permess jingħata jekk l-appell jikkonċerna kwistjonijiet ta’ prinċipju. Ir-rikorsi għal appell iridu jiġu ppreżentati lill-Bord tal-Permessi tal-Appelli fi żmien ġimagħtejn minn meta tinħareġ id-deċiżjoni. Il-Bord tal-Permessi tal-Appelli jista’ eċċezzjonalment jagħti permess għal appell jekk ir-rikors jiġi ppreżentat aktar tard iżda fi żmien sitt xhur minn meta tinħareġ id-deċiżjoni.
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati (il-qrati tal-familja (il-qrati distrettwali), il-qrati superjuri u l-Qorti Suprema) u l-Bord tal-Permessi tal-Appelli jinsabu hawn: http://www.domstol.dk.
Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
Mhux applikabbli fid-Danimarka.
Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
Il-Kapitolu VII tar-Regolament, li jikkonċerna l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali, mhuwiex applikabbli fid-Danimarka skont id-dispożizzjonijiet tat-12 ta’ Ġunju 2009 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.
F’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 ta’ Ġunju 1956 dwar l-Irkupru barra mill-Pajjiż tal-Manteniment (il-Konvenzjoni tan-NU), il-Bord Daniż tal-Appelli Soċjali (Ankestyrelsen) inħatar bħala l-awtorità ċentrali responsabbli għal kawżi internazzjonali ta’ manteniment.
Madankollu, l-awtorità tal-ġbir tal-arretrati (l-Aġenzija Daniża tal-Ġbir tad-Djun, Gældsstyrelsen) hija awtorizzata li taġixxi bħala medjatur fir-rigward ta’ kull rikors għar-rikonoxximent u l-infurzar (l-irkupru) barra mill-pajjiż ta’ manteniment skont il-Konvenzjoni tan-NU.
Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi
Mhux applikabbli fid-Danimarka.
Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
L-awtorità tal-ġbir tal-arretrati (l-Aġenzija Daniża tal-Ġbir tad-Djun) tiġbor l-ammont li jirriżulta mid-deċiżjoni li għandha tiġi infurzata. Jekk l-ammont ma jitħallasx, l-awtorità tal-ġbir tal-arretrati tipproċedi biex teżegwiha.
Jekk, matul il-ġbir jew l-eżekuzzjoni, il-parti li tintalab tagħmel il-pagament tikkontesta t-talba, l-awtorità tal-ġbir tal-arretrati tirreferi l-każ quddiem l-Aġenzija tal-Liġi tal-Familja, li tieħu deċiżjoni li tista’ tinvolvi r-rifjut jew is-sospensjoni tal-ġbir jew l-eżekuzzjoni.
Madankollu, l-awtorità tal-ġbir tal-arretrati tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-eżistenza u d-daqs tat-talba jekk il-kwistjoni tirrigwarda l-ittrattar tal-pretensjoni mill-awtorità nnifisha. Tista’ wkoll tissospendi l-eżekuzzjoni.
Id-deċiżjonijiet li tieħu l-Aġenzija tal-Liġi tal-Familja jistgħu jitressqu quddiem il-qorti tal-familja għal stħarriġ fi żmien erba’ ġimgħat. F’ċerti sitwazzjonijiet, l-Aġenzija tal-Liġi tal-Familja tista’ terġa’ teżamina deċiżjoni, anke jekk parti għamlet rikors għal stħarriġ ġudizzjarju tagħha.
L-ilmenti dwar id-deċiżjonijiet li tieħu l-awtorità tal-ġbir tal-arretrati dwar l-irkupru tad-dejn, eċċ., inklużi deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-eżistenza u d-daqs tal-talbiet meta l-kwistjoni tkun relatata mal-ittrattar tal-pretensjoni mill-awtorità nnifisha, jistgħu jitressqu quddiem it-Tribunal tat-Taxxa Nazzjonali (Landsskatteretten).
Il-qorti tal-infurzar u tat-talbiet żgħar (fogedret) tiddeċiedi dwar oġġezzjonijiet dwar sekwestri mill-awtorità tal-ġbir tal-arretrati. L-appelli kontra d-deċiżjonijiet mill-qorti tal-infurzar u tat-talbiet żgħar jistgħu jsiru quddiem il-qorti superjuri. Jekk it-talba jkollha valur ekonomiku li ma jaqbiżx l-DKK 20 000, appell kontra deċiżjoni mill-qorti tal-infurzar u tat-talbiet żgħar jista’ jsir biss bl-awtorizzazzjoni tal-Bord tal-Permessi tal-Appelli. Bl-awtorizzazzjoni tal-Bord tal-Permessi tal-Appelli, jista’ jsir appell quddiem il-Qorti Suprema tad-deċiżjonijiet li tieħu l-qorti tal-appell f’kawżi tal-appell.
Il-qrati jistgħu jagħmlu stħarriġ tad-deċiżjonijiet li jieħu l-Bord tal-Appelli Soċjali u t-Tribunal tat-Taxxa Nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 63 tal-Kostituzzjoni. Jekk l-ilmentatur ikun domiċiljat id-Danimarka, irid isir rikors għal stħarriġ ta’ deċiżjoni quddiem il-qorti distrettwali tal-post fejn l-ilmentatur ikun domiċiljat. Jekk l-ilmentatur ma jkunx domiċiljat id-Danimarka, il-kawża trid issir quddiem il-Qorti Distrettwali ta’ Copenhagen. Appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti distrettwali jista’ jsir quddiem il-qorti superjuri xierqa; appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti superjuri jista’ jsir quddiem il-Qorti Superjuri, iżda biss bil-kunsens tal-Bord tal-Permessi tal-Appelli. B’rikors minn parti, il-qorti distrettwali tista’ tirreferi l-kawża għal eżami mill-qorti superjuri jekk tkun involuta kwistjoni ta’ prinċipju.
Dettalji ta’ kuntatt
L-Aġenzija tal-Liġi tal-Familja
Storetorv 10
6200 Aabenraa
Id-Danimarka
Indirizz elettroniku: post@familieretshuset.dk
Tel.: +45 7256 7000
Sit web: http://www.familieretshuset.dk
L-Aġenzija Daniża tal-Ġbir tad-Djun
Nykøbingvej 76, Bygning 45.
4990 Sakskøbing
Id-Danimarka
Tel.: +45 70157304
Sit web: http://www.gaeldst.dk
It-Tribunal tat-Taxxa Nazzjonali
Ved Vesterport 6, 4. sal
1612 Copenhagen V
Id-Danimarka
Indirizz elettroniku: sanst@sanst.dk
Tel.: +45 3376 0909
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati (il-qrati distrettwali, il-qrati superjuri u l-Qorti Suprema) u l-Bord tal-Permessi tal-Appelli jinsabu hawn: http://www.domstol.dk
Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
Id-Danimarka taċċetta traduzzjonijiet Daniżi, Finlandiżi, Iżlandiżi, Norveġiżi u Żvediżi tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 20, 28 u 40.
Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Mhux applikabbli fid-Danimarka.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.