- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
- Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
- Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
- Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
- Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi
- Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
- Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
- Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
Il-qorti li għandha l-kompetenza biex tittratta kwistjonijiet skont l-Artikolu 27(1) hija l-käräjäoikeus/tingsrätt (il-Qorti Distrettwali). Il-qorti li tisma’ l-appelli skont l-Artikolu 32(2) hija l-hovioikeus/hovrätt (il-Qorti tal-Appell).
Id-dettallji biex isir kuntatt ma’ dawn il-qrati huma disponibbli fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja fl-indirizz: http://www.oikeus.fi/tuomioistuimet/fi/index/yhteystiedot.html
Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
Il-proċedura għal rimedju msemmija fl-Artikolu 33 tinvolvi appell quddiem il-korkein oikeus/högsta domstolen (il-Qorti Suprema) jekk tiġi ddikjarata ammissibbli (il-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja, il-Kapitolu 30, l-Artikoli 1-5 kif applikabbli)
Appelli kontra sentenzi u deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell jiġu ppreżentati lill-Qorti Suprema.
Persuna li tkun tixtieq tappella kontra sentenza trid titlob awtorizzazzjoni biex jitressaq appell lill-Qorti Suprema.
L-awtorizzazzjoni biex jitressaq appell tista' tingħata biss jekk ikun importanti li l-kawża titressaq quddiem il-Qorti Suprema għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi f'każijiet oħra simili jew minħabba l-uniformità fil-prassi legali. Tista' tingħata wkoll awtorizzazzjoni biex jitressaq appell jekk ikun hemm raġuni speċjali għal dan minħabba li jkun sar żball proċedurali jew żball ieħor fil-kawża, liema żball jista' jkun raġuni biex is-sentenza tiġi revokata jew tiġi annullata, jew ikun hemm raġuni importanti oħra biex tingħata awtorizzazzjoni biex jitressaq appell;
L-istruzzjonijiet għall-appell jiġu annessi mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell. L-istruzzjonijiet jindikaw ir-raġunijiet għaliex tista' tingħata awtorizzazzjoni biex jitressaq appell skont il-liġi u kif il-persuna li tkun qed titlob biex tressaq appell għandha tipproċedi sabiex l-appell jinstema' mill-Qorti Suprema. L-iskadenza biex tintalab awtorizzazzjoni biex jitressaq appell u biex jiġi ppreżentat l-appell hija ta' 60 jum mid-data li fiha d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell tkun saret disponibbli għall-partijiet.
Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
Ir-rikorsi għal proċedura ta’ rieżami għall-iskopijiet tal-Artikolu 19 iridu jsiru quddiem il-qorti li tkun ħadet id-deċiżjoni finali fil-każ. Il-proċedura hija rregolata mill-Artikoli 3-5 u 14a tal-Kapitolu 31 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja, kif applikabbli. Id-dettallji biex isir kuntatt ma’ dawn il-qrati huma disponibbli fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja fl-indirizz: http://www.oikeus.fi/tuomioistuimet/fi/index/yhteystiedot.html
Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
L-awtorità ċentrali tal-Finlandja hija l-oikeusministeriö/justitieministeriet [il-Ministeru għall-Ġustizzja].
Id-dettalji ta’ kuntatt tiegħu huma dawn:
Oikeusministeriö [il-Ministeru għall-Ġustizzja]
Unità għal Għajnuna Legali Internazzjonali
Kaxxa 25
FIN-00023 Valtioneuvosto [il-Gvern]
Telefon 358-9-1606 7628
Fax 358-9-1606 7524
Email maintenance.ca.om@gov.fi
Innota li l-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Finlandja [Kansaneläkelaitos/Folkpensionsanstalten — (KELA)], li hija korp pubbliku, tista’ twettaq xi wħud mill-kompiti fdati lill-awtorità ċentrali (għal aktar dettalji, ara l-Artikolu 71(1)(e) — Korpi pubbliċi). Madankollu, l-applikazzjonijiet kollha riċevuti fil-Finlandja jridu jkunu indirizzati lill-Ministeru għall-Ġustizzja.
Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi
Kansaneläkelaitos/Folkpensionsanstalten [l-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali] hija l-korp pubbliku maħtur skont l-Artikolu 51(3) tar-Regolament dwar il-Manteniment.
Meta l-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali tordna manteniment lil individwu intitolat għalih, hija twettaq il-funzjonijiet tal-awtorità ċentrali li ġejjin:
- tapplika għar-rikonoxximent jew għar-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni tal-eżegwibilità ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 56(1)(a);
- tapplika għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija jew li għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istat Membru rikjest skont l-Artikolu 56(1)(b);
- tagħmel talba għal miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 53(1).
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali huma:
Kansaneläkelaitos (l-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali)
Ċentru ta’ Rkupru
PL 450
FI-00056 Kela
Il-Finlandja
Telefon: + 35820 634 4940 (individwi)
+35820 634 4942 (awtoritajiet)
Email: maintenance@kela.fi
Sit web: http://www.kela.fi/
Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
L-awtorità kompetenti għall-iskopijiet tal-Artikolu 21 hija l-ulosottomies/utmätningsman (l-uffiċjal eżekuttiv tal-qorti) fil-lok ta’ residenza jew fid-domiċilju tal-konvenut. Ir-rikors imsemmi f’dak l-Artikolu jista’ jiġi indirizzat lil kwalunkwe aġenzija eżekuttiva lokali.
Id-dettalji biex isir kuntatt ma’ dawn l-aġenziji eżekuttivi huma disponibbli fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja fl-indirizz: http://www.oikeus.fi/ulosotto/fi/index/yhteystiedot.html
Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
Il-Finlandja tilqa' traduzzjonijiet tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 20, 28 u 40 bil-Finlandiż, bl-Iżvediż u bl-Ingliż.
Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Il-Finlandja taċċetta l-lingwa Finlandiża, Żvediża u Ingliża għal skopijiet ta’ komunikazzjoni.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.