- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
- Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
- Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
- Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
- Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
- Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
- Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
Id-deċiżjonijiet dwar talba għar-rikonoxximent jew dwar applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru. 4/2009 jittieħdu mit-taqsima tal-familja tal-qorti lokali fil-lokalità fejn hemm Qorti Reġjonali Superjuri (Oberlandesgericht), u li fid-distrett tagħha tkun abitwalment residenti l-persuna li kontriha tinġieb l-applikazzjoni jew li fid-distrett tagħha tkun qed tintalab l-eżekuzzjoni.Fil-każ tad-distrett kopert mill-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Berlin (Kammergericht), id-deċiżjonijiet jittieħdu mill-Qorti Lokali ta’ Pankow-Weissensee.
Jekk il-proċedimenti jkunu jirrigwardaw l-eżegwibbilità ta’ att notarili, dak id-dokument jista’ jiġi ddikjarat eżegwibbli wkoll minn nutar.
L-appelli fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru. 4/2009, li jsiru kontra deċiżjonijiet meħuda fil-prim’istanza fi proċedimenti għall-eżekuzzjoni, isiru permezz ta' appell amministrattiv (Beschwerde).Il-qorti tal-appell hija l-Qorti Reġjonali Superjuri.L-appelli għandhom jinġiebu quddiem il-qorti li tkun ħadet id-deċiżjoni.
Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
Il-proċedura skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru. 4/2009 hija dik ta’ appell ulterjuri (Rechtsbeschwerde). Il-ġuriżdizzjoni hija tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja (il-Bundesgerichtshof). L-appell ulterjuri jrid jitressaq fi żmien xahar min-notifika tad-deċiżjoni tal-qorti tal-appell.
Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
Fil-każ tal-proċedura ta’ reviżjoni fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru. 4/2009, il-qorti kompetenti hija l-istess qorti li tkun ħadet id-deċiżjoni.Jekk jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19, id-dispożizzjonijiet ta’ sentenzi mogħtija b’kontumaċja (Artikoli 343 sa 346 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili) huma applikabbli b'analoġija.Jekk il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 19 ma jiġux rispettati, il-qorti tiċħad l-applikazzjoni b’deċiżjoni.Id-deċiżjoni tista’ tittieħed mingħajr smigħ.
Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
L-awtorità ċentrali skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru. 4/2009 hija l-Bundesamt für Justiz (Uffiċċju Federali tal-Ġustizzja), u l-indirizz tiegħu huwa:
Bundesamt für Justiz
D - 53094 Bonn.
Fil-kapaċità tiegħu ta’ awtorità ċentrali, il-Bundesamt für Justiz jista’ jkun ikkuntattjat permezz tat-telefon, il-fax jew l-email:
Telefon:
Nazzjonali: 0228/99 4 10- 5534, 5869 or 5549
Internazzjonali: +49/228/99 4 10- 5534, 5869 or 5549
Fax:
Nazzjonali: 0228/99 4 10-5202
Internazzjonali: +49/228/99 4 10-5202
E-mail:auslandsunterhalt@bfj.bund.de
Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
Fir-rigward ta’ applikazzjonijiet skont l-Artikolu 21 tar-Regolament dwar il-Mantenimenti, il-qrati li għandhom il-ġuriżdizzjoni eżekuttiva huma l-qrati lokali (Amtsgerichte).Il-ġuriżdizzjoni lokali hija tal-qorti lokali li fid-distrett tagħha jkunu qed isiru jew ikunu saru l-proċedimenti għall-eżekuzzjoni.
Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
It-traduzzjonijiet tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 20, 28 u 40 huma aċċettati biss bil-lingwa Ġermaniża.
Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Il-komunikazzjonijiet bejn il-Bundesamt für Justiz, fil-kapaċità tiegħu ta' awtorità ċentrali, u awtorità ċentrali oħra (l-Artikolu 59(3) tar-Regolament (KE) Nru. 4/2009) tista’ ssir bil-lingwa Ingliża bi ftehim bejn l-awtoritajiet ċentrali rispettivi.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.