- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
- Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
- Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
- Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
- Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
- Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
- Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
- Renju Unituk
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
L-awtoritajiet ġuridiċi kompetenti biex jittrattaw it-talbiet għall-kisba ta’ dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà skont l-Art. 27(1) u l-appelli kontra deċiżjonijiet dwar dawn it-talbiet skont l-Art. 32(2), huma l-Qrati ta’ Appell.
Id-dettalji ta' dawn l-awtoritajiet jinstabu fis-sit web http://www.giustizia.it (giustizia map – strutture giudiziarie –tribunali ordinari).
Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
Il-mezzi ta’ appell li ssir referenza għalihom fl-Art. 33 huma l-mezzi ta’ appell ordinarju u straordinarju (appell lill-Qorti ta’ Cassazione; revoka mill-istess qorti (revocazione), u kontestazzjonijiet minn terzi (oppozizione di terzo).
Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
L-awtorità ġuridika li għandha l-kompetenza li tagħmel rieżami skont l-Art. 19 tar-regolament hija l-istess awtorità ġuridika li tkun ħarġet id-deċiżjoni, dan ir-rieżami jsir skont ir-regoli tal-proċediment li jkun ġie attivat għat-tfassil tal-istess deċiżjoni li tkun suġġett ta’ rieżami.
Id-dettalji ta’ dawn l-awtoritajiet jistgħu jinstabu f’dan l-indirizz
Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
L-awtorità ċentrali hija l-Ministeru tal-Ġustizzja, id-Dipartiment għall-Ġustizzja Minorili:
Ministero della Giustizia
Dipartimento per la Giustizia minorile e di comunità
via Damiano Chiesa 24
00136 Roma
Tel.: +39 6 68188326; +39 6 68188331
Fax.: +39 6 68188323
Posta elettronika: autoritacentrali.dgmc@giustizia.it
Indirizz iċċertifikat tal-posta elettronika: prot.dgmc@giustiziacert.it
Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
L-awtorità kompetenti fejn tidħol l-eżekuzzjoni skont l-Art. 21 huma t-Tribunali Ordinarji (l-Art. 9 (II), tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Taljan).
Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
Il-lingwa aċċettata għat-traduzzjoni tad-dokumenti, skont l-Art. 20, 28 u 40, hija t-Taljan.
Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Il-lingwa aċċettata mill-awtorità ċentrali għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra ċentrali, skont l-Art. 59, hija t-Taljan.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.