Obbligi ta' manteniment

Olanda

Il-kontenut ipprovdut minn
Olanda

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

L-imħallfin li jisimgħu rikorsi għal provvediment provviżorju fil-Qrati Distrettwali għandhom kompetenza biex jisimgħu applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà, skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament.

Skont l-Artikolu 32(2), il-Qorti Distrettwali li għandha l-kompetenza li tisma’ appelli minn deċiżjonjiet f’applikazzjonijiet bħal dawn hija l-qorti tal-imħallef li jkun ta l-provvediment provviżorju.Tista' tinkiseb informazzjoni dwar id-dettaliji għall-kuntatt tal-Qrati Distrettwali fuq il-websajt tal-Kunsill tal-Ġudikatura: www.rechtspraak.nl.

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Il-proċedura ta’ appell imsemmija fl-Artikolu 33 hija appell quddiem il-qorti tal-kassazzjoni.

L-appelli f'kassazzjoni jinstemgħu mill-aktar qorti għolja fil-ġudikatura ordinarja, il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi (Hoge Raad der Nederlanden). L-għan tal-kassazzjoni huwa li tinżamm uniformità legali, li jiġi ggwidat l-iżvilupp tal-liġi u biex tiġi ssalvagwardjata l-protezzjoni legali. Il-kassazzjoni tista' biss tqis punti ta' liġi. Il-Qorti Suprema teżamina biss jekk il-liġi, inklużi r-regoli proċedurali, ġietx korrettament applikata. Fi kwistjonijiet ta' fatt, hija marbuta minn dak li jkun ġie stabbilit mis-sentenza kkontestata. Il-partijiet fl-appelli f'kassazzjoni huma rrappreżentati minn avukat fil-Qorti Suprema.

Fil-proċedimenti b'rikors, jiġi ppreżentat rikors li jagħti r-raġunijiet għall-appell. Il-konvenut jista' jippreżenta nota tal-eċċezzjonijiet fi żmien tliet ġimgħat (jew fi żmien differenti deċiż mill-Qorti Suprema). Jekk jitqies li jkun xieraq fl-interessi tal-kawża, l-avukati jistgħu jipprovdu kjarifiki. Il-Prokuratur Ġenerali tal-Qorti Suprema jagħti opinjoni bil-miktub u mbagħad il-Qorti Suprema tagħti s-sentenza tagħha.

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Rikors għal reviżjoni għandu jissejjes fuq waħda mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 19 tar-Regolament u b'rispett tal-iskadenzi stipulati f'dak l-Artikolu, quddiem il-qorti li tkun tat id-deċiżjoni. Fil-Pajjiżi l-Baxxi din tista' tkun il-Qorti Distrettwali jew il-Qorti tal-Appell.

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

L-awtorità ċentrali maħtura hija l-Landelijk Bureau Inning Onderhoudsbijdragen (LBIO) (l-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġbir ta’ Pagamenti ta’ Manteniment).

Id-dettalji għall-kuntatt tal-LBIO huma:

Marten Meesweg 109-111

Kaxxa postali 8901

3009 AX Rotterdam

Telefon: +31 (0)10 289 4895

Fax: +31(0)10 289 4882

E-mail iia@lbio.nl

Websajt www.lbio.nl

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

L-uffiċjali eżekuttivi tal-qorti għandhom il-kompetenza li jeżegwixxu d-deċiżjonijiet.

Id-dettalji tal-kuntatt tal-Koninklijke Beroepsorganisatie van Gerechtsdeurwaarders (KBvG) (l-Organizzazzjoni Professjonali Rjali ta’ Uffiċjali Ġudizzjarji fil-Pajjiżi l-Baxxi) huma:

Prinses Margrietplantsoen 49

2595 BR Den Haag

Telefon: +31 (0)70 890 3530

Fax: +31 (0)70 890 3531

E-mail kbvg@kbvg.nl

Websajt http://www.kbvg.nl

Il-websajt fiha elenku tal-ismijiet u l-indirizzi tal-uffiċċji tal-uffiċjali eżekuttivi fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

It-traduzzjonijiet tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 20, 28 u 40 huma aċċettati biss bil-lingwa Olandiża.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

It-talba jew il-formola ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(1) għandha timtela bil-lingwa Olandiża.

L-aħħar aġġornament: 13/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.