- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
- Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
- Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
- Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
- Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi
- Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
- Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
- Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
Il-qrati distrettwali kollha (okrožna sodišča) huma kompetenti biex jittrattaw rikorsi għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà skont l-Artikolu 27(1).
L-appelli mressqa skont l-Artikolu 32(2) kontra deċiżjoni dwar rikors għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà jiġu ttrattati mill-qorti li tiddikjara li d-deċiżjoni hija titolu eżekuttiv.
Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
Skont l-Artikolu 109 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura (Zakon o mednarodnem zasebnem pravu in postopku), l-appelli minn deċiżjonijiet dwar proċeduri ta' rimedju jitressqu lill-Qorti Suprema (Vrhovno sodišče).
Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja
Tavčarjeva 9
1000 Ljubljana
Telefown: (01) 366 44 44
Faks: (01) 366 43 01
Posta elettronika: urad.vsrs@sodisce.si
Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
Skont l-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku), il-proċeduri applikati fir-Repubblika tas-Slovenja għall-finijiet tal-Artikolu 19 huma, skont il-każ, "Ritrattazzjoni" (Obnova postopka) (l-Artikoli 394-401 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili) jew "Talba għal ritorn għall-istatus quo" (Zahteva za vrnitev v prejšnje stanje) (l-Artikoli 116-120 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).
Għall-proċedura ta' rieżami u għall-finijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament, huma l-qrati distrettwali li għandhom ġuriżdizzjoni, speċifikatament il-qorti li tkun iddeċidiet fl-ewwel istanza.
Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
L-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità ċentrali Slovena huma:
Fond għall-Boroż ta' Studju, l-Iżvilupp, id-Diżabilità u l-Manteniment (Javni štipendijski, razvojni, invalidski in preživninski sklad Republike Slovenije)
Dunajska cesta 20
1000 Ljubljana
Telefown: +386 1 4720 990
Faks: +386 1 4345 899
Posta elettronika: jpsklad@jps-rs.si
Sit web: http://www.jpi-sklad.si/
Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi
Ma hemm l-ebda korp pubbliku jew korp ieħor innominat.
Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
Il-qrati lokali (okrajna sodišča) huma kompetenti fikwistjonijiet ta' eżekuzzjoni (l-Artikolu 5 tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni u l-Mandati Kawtelatorji (Zakon o izvršbi in zavarovanju)).
Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
Il-lingwa uffiċjali tal-qrati fir-Repubblika tas-Slovenja hija s-Sloven, ħlief fil-qrati elenkati hawn taħt, fejn il-lingwi uffiċjali huma s-Sloven u waħda mil-lingwi tal-komunitajiet nazzjonali:
Il-Qorti Distrettwali ta' Koper Ferrarska ulica 9 6000 Koper | Is-Sloven u t-Taljan |
Il-Qorti Lokali ta' Koper Ferrarska ulica 9 6000 Koper | Is-Sloven u t-Taljan |
Il-Qorti Lokali ta' Piran Tartinijev trg 1 6330 Piran | Is-Sloven u t-Taljan |
Il-Qorti Lokali ta' Lendava Glavna ulica 9 9220 Lendava | Is-Sloven u l-Ungeriż |
Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Għall-fini ta' komunikazzjoni ma' awtoritajiet ċentrali oħrajn, l-awtorità ċentrali fis-Slovenja approvat ukoll l-użu tal-Ingliż flimkien mal-użu tal-lingwi uffiċjali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.