- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
- Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
- Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
- Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
- Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
- Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
- Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
- Renju Unituk
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet
L-awtoritajiet kompetenti jkunu l-qrati tal-prim'istanza u l-qrati speċjali li jittrattaw il-vjolenza sessista, fi ħdan l-ambitu tas-setgħat tagħhom (l-Artikolu 87 ta' LOPJ [Liġi Organika dwar il-Ġudikatura]).
Appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati tal-prim'istanza jistgħu jiġu ppreżentati fil-qrati provinċjali.
Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju
Appelli straordinarji fuq ksur ta' proċedura ppreżentati lill-Qorti Superjuri ta' kull Komunità Awtonoma u rikorsi ppreżentati mal-Qorti Suprema Spanjola huma rregolati mill-KAPITOLI IV ("Appelli straordinarji fuq ksur ta' proċedura") u V ("Appelli") rispettivament tat-TITOLU IV tal-Liġi 1/2000 dwar il-Proċedura Ċivili.
Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni
Il-proċedura ta' rieżami sseħħ quddiem l-istess qrati li taw id-deċiżjoni, il-qrati tal-prim'istanza. Il-proċedura ta' rieżami stabbilita fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 issir skont il-KAPITOLU II, "Appelli għal rieżamijiet ġudizzjarji u ritrattazzjonijiet" tat-TITOLU IV tal-Liġi 1/2000 dwar il-Proċedura Ċivili.
Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali
Il-Ministeru tal-Ġustizzja.
Sotto-Direttorat għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali
c/ San Bernardo, 62
28071 Madrid, Spain
Tel. 00 34 91 3902295 94
Nru tal-Faks: 00 34 91 3904457
posta elettronika: SGCJIAlimentos@mjusticia.es
Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni
Il-qrati tal-prim'istanza fil-kapitali tal-provinċja fejn il-parti li qed tintalab l-eżekuzzjoni kontriha jkollha r-residenza tagħha, jew tal-provinċja fejn trid issir l-eżekuzzjoni tas-sentenza.
Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti
Il-lingwi aċċettati skont l-Artikoli 20 u 40 huma l-Ispanjol u l-Portugiż.
Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra
Il-lingwi aċċettati mill-Awtorità Ċentrali skont l-Artikolu 59 huma l-Ispanjol u l-Ingliż.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.