Obbligi ta' manteniment

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 4/2009

Informazzjoni ġenerali

Ir-Regolament tal-Kunsill 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-obbligi ta' manteniment għandu l-għan li jiżgura li jkun hemm l-irkupru effettiv u bla dewmien tal-manteniment.

Huwa jistabbixxi disa' formoli standard li għandhom iħaffu l-komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali u jagħmluha possibbli li jiġu sottomessi applikazzjonijiet b'mod elettroniku.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.

Id-Danimarka kkonfermat l-intenzjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament sa dak il-punt li huwa jemenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001, permezz ta' dikjarazzjoni (ĠU L 149, 12.06.2009, p. 80) bbażata fuq ftehim parallel konkluż mal-Komunità Ewropea.

Id-Danimarka kkonfermat l-intenzjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tal-Att ta’ Implimentazzjoni tal-10 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-Annessi X u XI ta’ mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fi kwistjonijet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment.  (Notifika DK. ĠU L195, 18. 7. 2013, p.1)

Id-Danimarka mhix marbuta bil-Protokoll tal-Aja tal-2007.

Mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-UE. Madankollu, fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont id-dritt tal-UE. Sa tmiem l-2024, ir-Renju Unit jista’ jkompli jintgħażel f’formoli online (dinamiċi) għall-finijiet ta’ dawn il-proċedimenti u l-proċeduri.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika jipprovdilek informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u għodda faċli għall-utent biex timla l-formoli. In-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali żviluppa Gwida dwar l-użu tal-Annessi skont ir-Regolament dwar il-Manteniment li hija disponibbli fi 23 lingwa.

Formola standard mhux obbligatorja dwar id-dikjarazzjoni ta' arretrati fil-manteniment

Sabiex jiffaċilita l-implimentazzjoni prattika tar-Regolament dwar il-Manteniment, u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet taċ-ċittadini madwar l-UE, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali żviluppa formola standard mhux obbligatorja dwar id-dikjarazzjoni tal-arretrati fil-manteniment.

Din il-formola mhux obbligatorja għandha l-għan li tiffaċilita l-irkupru tal-arretrati tal-manteniment u hija disponibbli fi 23 lingwa. Mal-formola hemm mehmuża gwida prattika dwar kif timlieha. Il-formola tinsab fil-formati li ġejjin: PDF PDF (1044 Kb) mt u XLS Excel (390 Kb) mt.

Formola standard mhux obbligatorja dwar is-soluzzjonijiet bonarji

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Manteniment, u l-irkupru transfruntier effettiv tal-manteniment, in-NĠE-ċivili żviluppa formola standard (mhux obbligatorja) dwar soluzzjonijiet bonarji.

Is-soluzzjoni bonarja tat-tilwima tevita l-intervent ta’ qorti u/jew proċedura ta’ eżekuzzjoni. Dan jista’ jgħin biex jiġu evitati proċedimenti twal u kumplessi. Din il-formola se tgħin lill-Awtoritajiet Ċentrali jiffaċilitaw ftehimiet bonarji bejn il-partijiet, u jegħlbu l-ostakli lingwistiċi, bil-ħsieb li jinkiseb ħlas volontarju tal-manteniment. Il-formola hi disponibbli fi 23 lingwa. Il-formola tinsab fil-formati li ġejjin: PDF PDF (160 Kb) mt

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Links relatati

Protokoll tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007

Is-sit web ARKIVJAT tal-ATLAS Ġudizzjarju Ewropew (magħluq fit-30 ta' Settembru 2017)


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Liġi tal-Familja - obbligi ta’ Manteniment


*input mandatarju
L-aħħar aġġornament: 10/12/2023

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.