Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli
Skont l-Artikolu 641(2) u (3) tal-Att dwar il-Liġi tal-Familja, il-miżżewġin jistgħu jagħmlu ftehim dwar il-liġi applikabbli għad-divorzju li jikkorrispondi mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 personalment f'forma awtentikata minn nutar, jew minflok il-forma awtentikata minn nutar jista' jiġi rreġistrat id-dħul fi proċedimenti ġudizzjarji ta' dan it-tip.
L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti
Skont l-Artikolu 641(4) tal-Att dwar il-Liġi tal-Familja, il-miżżewġin jistgħu jagħmlu u jemendaw il-ftehimiet speċifikati f'kull ħin sakemm tintlaqa' talba għal divorzju minn nutar jew f'każ ta' proċedimenti ġudizzjarji sal-konklużjoni tal-proċedimenti preliminari jew sal-iskadenza tat-terminu ta' preskrizzjoni għar-rikorsi fi proċedura bil-miktub.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.