Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti
Jekk tixtieq li jiġi eżegwit il-kontenut ta' ftehim ta' medjazzjoni transkonfinali tal-UE fl-Ingilterra u Wales li preċedentement ma kienx ġie dikjarat eżegwibbli fi Stat Membru ieħor tal-UE għandek tagħmel rikors biex tagħmel dan skont il-proċeduri kif stabbiliti:
• Jekk int involut fi proċedimenti eżistenti f'qorti fl-Ingilterra u Wales relatati mas-suġġett medjat, għandek tagħmel rikors f'dik il-qorti;
• Jekk m'intix involut fi proċedimenti eżistenti f'qorti fl-Ingilterra u Wales u l-medjazzjoni tikkonċerna kwistjoni ċivili u kummerċjali (imma teskludi kwistjoni tal-familja), għandek tagħmel rikors sabiex il-kontenut tal-ftehim tal-medjazzjoni jsir eżegwibbli jew lill-Qorti Supejuri (High Court) jew lil kwalunkwe waħda mill-qrati l-oħra elenkanti hawn taħt u mmarkati bħala li jitrattaw kwistjonijiet 'ċivili' li kien ikollhom ġuriżdizzjoni fuq proċedimenti relatati, kieku tressqu tali proċedimenti (minflok medjazzjoni). Pereżempju, tista' tressaq rikors f'qorti lokali fejn tirrisjedi parti waħda jew aktar, jew, fejn il-kwistjoni li fuqha tkun qed issir medjazzjoni tikkonċerna art, il-qorti għad-distrett li fiha tinsab l-art;
• Jekk m'intix involut fi proċedimenti eżistenti f'qorti fl-Ingilterra u Wales u l-medjazzjoni tikkonċerna kwistjoni tal-familja, għandek tagħmel ir-rikors lil qorti mmarkata bħala li tittratta materji "tal-Familja" u li kien ikollha ġuriżdizzjoni fuq proċedimenti relatati, kieku tressqu tali proċedimenti (minflok medjazzjoni). Minħabba li l-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni tal-qorti fi kwistjonijiet tal-familja hija ferm speċifika għat-tilwim/għall-kontenut tal-ftehim, il-partijiet interessati għandhom jindirizzaw il-mistoqsijiet tagħhom lill-qorti lokali fejn huma residenti waħda jew aktar mill-partijiet. Alternattivament, il-partijiet interessati jistgħu jkunu jridu li jfittxu parir legali dwar il-qorti adatta mingħand avukat tal-familja fl-Ingilterra u Wales;
Jekk tixtieq li jiġi eżegwit il-kontenut ta' ftehim ta' medjazzjoni transkonfinali tal-UE fl-Ingilterra u Wales li preċedentement kien ġie dikjarat eżegwibbli fi Stat Membru ieħor tal-UE għandek tagħmel rikors biex tagħmel dan skont il-proċeduri kif stabbiliti:
• F'relazzjoni ma' kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (mhux tal-familja), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2012 tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, ir-rikors għandu jsir fil-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja (High Court of Justice) biss;
• F'relazzjoni ma' kwistjonijiet tal-familja:
i. Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2012 tat-12 ta' Diċembru 2012 imsemmi hawn fuq; u/jew
ii. fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri;
Lista aġġornata ta' qrati kompetenti tinstab f'dan l-indirizz: Għajnuna biex issib Qorti u Tribunal
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.