-
Informazzjoni ġenerali
F'termini tal-użu ta' vidjokonferenzi f'każijiet transkonfinali, studji urew li minn perspettiva teknika sistemi ta' vidjokonferenzi użati minn Stati Membri differenti huma interoperattivi. F'bosta Stati Membri tagħmir għall-vidjokonferenzi hu disponibbli fuq firxa wiesa' fl-awli tal-qorti. Fl-assenza ta' ostakli tekniċi għandha tingħata aktar attenzjoni sabiex ikun hemm żieda ta' għarfien dwar użu potenzjali ta' vidjokonferenzi u sabiex jinħolqu għodda prattiċi biex tiġi ffaċilitata l-vidjokonferenza.
-
Deskrizzjoni ta' linja ta' politika ġenerali
It-teknoloġiji l-ġodda jisfidaw il-metodi tradizzjonali ta' kif wieħed jikkonduċi/imexxi proċedimenti fil-qorti. It-teknoliġiji l-ġodda jipprovdu wkoll għodda sabiex itejbu l-effiċjenza, il-flessibilità u l-konvenjenza għal dawk kollha involuti – il-qrati, il-partijiet għall-proċedimenti u anki x-xhieda.
-
Ġbir ta’ provi permezz ta' vidjokonferenza
In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (NĠE-ċivili) ipproduċa ġabra ta’ skedi informattivi li jipprovdu informazzjoni prattika dwar ir-regoli, il-proċeduri u l-faċilitajiet tekniċi għall-videoconferencing bejn il-qrati f’pajjiżi tal-UE differenti.
-
Manwal
Din il-gwida tkopri l-użu tat-tagħmir tal-vidjokonferenzjar fi proċeduri ġudizzjarji transkonfinali fl-Unjoni Ewropea. Hija tiddiskuti l-aspetti organizzattivi, tekniċi u legali tal-użu tat-teknoloġija tal-vidjokonferenzjar. Barra minn hekk hija tanalizza l-użu tat-tagħmir fl-awli tal-qorti u fil-kmamar tax-xhieda, u l-użu ta' tagħmir mobbli. Il-gwida tapplika għal każijiet fejn il-vidjokonferenzjar jintuża għal kwalunkwe parti tal-proċeduri legali, partikolarment għall-kumpilazzjoni tax-xhieda minn postijiet remoti fi Stati Membri oħrajn tal-UE.
-
Faċilitajiet fil-pajjiżi tal-UE
Il-qrati tal-Istati Membri dejjem qed ikunu iktar mgħammra bl-apparat tal-vidjokonferenzi, kemm fl-awli tal-qrati, kif ukoll fil-postijiet speċifiċi għas-smigħ tax-xhieda jew tal-esperti.