

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Is-sħubijiet reġistrati ma jiffurmawx parti mis-sistema legali Slovena.
Il-Kodiċi tal-Familja (Družinski zakonik) tar-Repubblika tas-Slovenja jirregola l-koabitazzjoni, li hija definita fl-Artikolu 4 bħala relazzjoni fit-tul bejn raġel u mara li ma jkunux miżżewġin, fejn ma jkun hemm l-ebda raġuni li timpedihom milli jiżżewġu. Skont il-Kodiċi tal-Familja, il-koabitazzjoni għandha l-istess konsegwenzi legali għar-relazzjoni tagħhom daqslikieku kienu miżżewġin, iżda jista’ jkollha konsegwenzi legali f’oqsma oħra, fejn dan ikun previst mil-liġi.
Jekk deċiżjoni dwar dritt jew obbligu tkun tiddependi fuq l-eżistenza ta’ relazzjoni fit-tul kif imsemmija fil-paragrafu preċedenti, il-kwistjoni dwar jekk tkunx teżisti relazzjoni bħal din tiġi deċiża fil-proċedura għall-istabbiliment tad-dritt jew l-obbligu. Id-deċiżjoni dwar dik il-kwistjoni jkollha effett legali biss fir-rigward tal-materja li dwarha tkun ġiet deċiża l-kwistjoni.
/
/
/
/
/
/
/
/
/
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.