Spejjeż fi Spanja
Spejjeż għat-Tribunali, l-appelli u soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim.
Studju tal-Każ |
Tribunal |
Appelli |
Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim |
|
Spejjeż inizjali |
Spejjeż ġenerali |
Spejjeż inizjali |
Din l-alternattiva hija possibbli għal dan it-tip ta’ każ? |
|
Każ A |
Spejjeż inizjali.- Id-depożiti mħallsa lill-avukat u l-prokuratur, sakemm ma tkunx intitolat għall-għajnuna legali (irregolata bil-Liġi 1/1996 dwar l-Għajnuna Legali). Jekk il-proċediment jikkonċerna biss il-kura u l-kustodja tal-minuri ma titħallasx taxxa fuqu (l-Artikolu 4(1) tal-Liġi 10/2012). |
Dawn huma l-ispejjeż ġenerali tal-proċess. Huma jiġu imposti fuq il-parti li kellha l-pretensjonijiet kollha tagħha miċħuda (l-Artikolu 394(1) L.E.C.) wara l-valutazzjoni tal-ispejjeż. |
Il-parti li tappella trid tħalli depożitu minn qabel, sakemm ma tkunx intitolata għall-għajnuna legali (il-15-il Dispożizzjoni Addizzjonali LOPJ). Jekk il-proċediment jikkonċerna biss il-kura u l-kustodja tal-minuri ma titħallasx taxxa fuqu (l-Artikolu 4(1) tal-Liġi 10/2012). |
Il-partijiet jistgħu jaqblu fuq arranġamenti oħra rigward l-aċċess. Dan irid isir bi ftehim, li jrid ikun innotifikat lill-Prosekutur Pubbliku u approvat minn Awtorità Ġudizzjarja. Il-partijiet jistgħu, bi qbil bejniethom, jitolbu s-sospensjoni tal-proċedimenti u jmorru għall-medjazzjoni, b'konformità mal-Liġi 5/2012 tas-6 ta' Lulju. Is-servizzi tal-medjazzjoni jistgħu jiġu kkonsultati permezz tal-Portal tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Il-medjazzjoni intraġudizzjarja hija offruta minn organi ġudizzjarji u hija bla ħlas. |
Każ B |
L-istess bħall-każ ta' qabel |
Idem |
Idem |
Idem |
Spejjeż tal-avukati, l-amministraturi ġudizzjarji u l-esperti
Studju tal-Każ |
Avukati |
Amministraturi ġudizzjarji. |
Esperti |
|||
Ir-rappreżentanza hija obbligatorja? |
Spejjeż |
Ir-rappreżentanza hija obbligatorja? |
Spejjeż qabel is-sentenza. |
Spejjeż wara s-sentenza |
Bilfors jintervjenu? |
|
Każ A |
Il-partijiet jridu jkunu assistiti minn avukat u rappreżentati minn prokuratur (l-Artikolu 750 L.E.C.). F'każ ta' qbil reċiproku jistgħu jinqdew b'avukat u prokuratur wieħed. |
L-avukat u l-prokuratur iridu jiġu pprovduti b’fondi u u l-ħlas suċċessiv eventwali tal-ispejjeż li jridu jitħallsu mill-parti telliefa (fil-każ ta’ proċedimenti kontenzjużi) |
Ma jirrappreżentax lill-partijiet |
L-ebda spiża |
L-ebda spiża |
Jista' jkun neċesarju l-intervent ta' ċertu speċjalisti (psikologi). Il-ħlas ta' tali servizz isir mill-parti li tipproponih, għajr fejn ikun mill-uffiċċju psikosoċjali tal-qorti. |
Każ B |
L-istess bħall-każ ta' qabel |
Idem |
Idem |
Idem |
Idem |
Idem |
Spejjeż għall-kumpens tax-xhieda, depożitu jew garanzija u spejjeż oħra rilevanti.
Studju tal-Każ |
Kumpens tax-xhieda |
Depożiti |
Spejjeż oħrajn |
||
Ix-xhieda jiġu kkumpensati? |
Spejjeż |
Jeżistu? Meta u kif jintużaw? |
Spejjeż |
Deskrizzjoni |
|
Każ A |
Ix-xhieda għandhom id-dritt li jkunu kkumpensati mill-parti li ssejħilhom bħala xhieda, għad-danni kkawżati mid-dehra tagħhom fil-qorti (Art. 375(1) L.E.C.) |
Parti mill-prezz hija inkluża fil-ħlas tal-ispejjeż |
Ma jiġi ppreżentat l-ebda depożitu bil-quddiem |
Xejn |
Iċ-Ċertifikati tar-Reġistru Ċivili korrispondenti, bħat-twelid ta' tfal (li bħalissa huwa b'xejn) u dokumenti oħra li fuqhom huma bbażati d-drittijiet tiegħu, u l-ispejjeż relattivi tagħhom. |
Każ B |
Idem |
Idem |
Idem |
Idem |
Idem |
Spejjeż għall-għajnuna legali u rimborżi oħrajn.
Studju tal-Każ |
Għajnuna Legali |
Rimborżi |
||
Meta u taħt liema kundizzjonijiet tapplika? |
B'liema kundizzjonijiet? |
Tista’ l-parti rebbieħa tikseb rimborż tal-ispejjeż tal-kawża? |
Hemm okkażjonijiet meta l-ispejjeż tal-għajnuna legali jkollhom jiġu rimborżati lill-organizzazzjoni li tipprovdi l-għajnuna legali? |
|
Każ A |
Hija tapplika għal min m’għandux mezzi finanzjarji biżżejjed biex ikun involut f'kawża (Avukat, prokuratur, fost l-oħrajn) |
Jitqies li hemm nuqqas ta’ mezzi finanzjarji meta persuna fiżika tkun tista’ turi li r-riżorsi u d-dħul finanzjarji tagħha, ikkalkulati kull sena abbażi tal-kunċetti kollha u għal kull unità familjari, ma jkunux jaqbżu d-doppju tal-Indiċi Pubbliku tad-Dħul għal Iżjed minn Skop Wieħed (IPREM), fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni. |
Għandu jitqies il-ftehim li jkun sar mal-avukat tiegħu, jekk ikun sar. Jekk ma jkunx sar, l-ispejjeż jitħallsu mill-parti li jkollha l-pretensjonijiet tagħha kollha miċħuda (skont l-Artikolu 394 LEC), b'ċerti eċċezzjonijiet. L-ispejjeż rimborżabbli huma l-kont tal-avukat, sakemm dan ma jkunx ogħla minn terz tal-ammont ikkontestat, it-tariffi tal-prokuratur u spejjeż oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jiġu rimborżati wara l-valutazzjoni tal-ispejjeż. |
|
Każ B |
L-istess bħall-każ ta' qabel |
Idem |
Idem |
Idem |
Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni
Studju tal-Każ |
Traduzzjoni |
Interpretazzjoni |
||
Meta u b'liema kundizzjonijiet tapplika? |
X'inhuma l-ispejjeż bejn wieħed u ieħor? |
Meta u b'liema kundizzjonijiet tapplika? |
X'inhuma l-ispejjeż bejn wieħed u ieħor? |
|
Każ B |
Id-dokumenti pubbliċi jew privati li jistgħu jkunu meħtieġa f’kundizzjonijiet legali stabbiliti (traduzzjoni minn traduttur ġuramentat rikonoxxut b’mod uffiċjali) |
It-tariffi tal-interpreti jvarjaw. |
Interpreti għall-proċediment fejn jirriżulta li jkun hemm bżonnhom. Ikun hemm bżonnhom meta persuna li jkollha tiġi interrogata, tagħti dikjarazzjoni jew tiġi nnotifikata bid-deċiżjoni tal-qorti ma tkunx taf il-lingwa. Jekk is-servizzi tal-interpretu jintalbu mill-qorti, ma jsirx ħlas mill-partijiet għall-interpretazzjoni. Kull persuna li taf il-lingwa kkonċernata tista' tinħatar interpretu wara li tieħu ġurament u twiegħed li se tittraduċi sew. F'każijiet oħrajn, it-tariffi tal-interpreti jvarjaw. |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.