Spejjeż

Ungerija

F'dan l-istudju ta' każ dwar il-liġi tal-familja fuq id-divorzju, l-Istati Membri ġew mitluba javżaw lill-parti li tiftaħ il-kawża għad-divorzju fuq l-ispejjeż tal-litigazzjoni f'wieħed minn dawn il-każijiet: Każ A – Kwistjoni nazzjonali: Koppja tiżżewweġ. Wara jisseparaw u jaqblu li jġibu divorzju. Każ B – Kwistjoni tranżnazzjonali: Żewġ ċittadini mill-istess Stat Membru (Stat Membru A) jiżżewġu. Iż-żwieġ jiġi ċċelebrat fl-Istat Membru A. Wara t-tieġ, il-koppja tmur tgħix u taħdem fi Stat Membru ieħor (Stat Membru B), fejn jistabbilixxu r-residenza tagħhom. Ftit wara l-koppja tissepara, il-mara tirritorna fl-Istat Membru A u r-raġel jibqa' jgħix fl-Istat Membru B. Il-koppja tiddeċiedi li ġġib divorzju. Mal-wasla tagħha lura fl-Istat Membru A, il-mara immedjatament tiftaħ kawża għad-divorzju quddiem il-qrati tal-Istat Membru B.

Il-kontenut ipprovdut minn
Ungerija

Spejjeż fl-Ungerija

L-ispejjeż ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR)

Studju ta’ każ

Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR)

Din l-għażla hija miftuħa għal dan it-tip ta’ każ?

Drittijiet

Il-każ A

Iva, imma biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' ftehim fuq kwistjonijiet dwar il-ħall taż-żwieġ, bħall-kura u kustodja u l-manteniment tat-tfal, il-kuntatt bejn il-ġenituri u t-tfal, il-manteniment tal-konjuġi, l-użu tal-propjetà immobbli li tappartjeni lit-tnejn u d-distribuzzjoni ta' din il-propjetà. Madankollu, il-qorti xorta trid tapprova l-ftehim milħuq bejn il-partijiet.

Kif miftiehma bejn il-partijiet u l-medjatur.

Kull min huwa involut fi proċedimenti ġodda jew li għadhom għaddejjin jista' jitlob lill-qorti għall-medjazzjoni, li tingħata b'xejn.

Każ B

Iva, iżda biss rigward ftehim fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw il-ħall taż-żwieġ. Madankollu, il-qorti xorta trid tapprova l-ftehim milħuq bejn il-partijiet.

Kif miftiehma bejn il-partijiet u l-medjatur.

Kull min huwa involut fi proċedimenti ġodda jew li għadhom għaddejjin jista' jitlob lill-qorti għall-medjazzjoni, li tingħata b'xejn.

L-avukat, il-bailiff u t-tariffi tal-esperti

Studju ta’ każ

Avukat

Bailiff

Espert

Ir-rappreżentazzjoni ġuridika hija mandatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentazzjoni ġuridika hija mandatorja?

Bilfors trid tintuża?

Drittijiet

Il-każ A

Le

Kif miftiehma bejn il-partijiet u l-avukat.

Le

Le Il-qorti tista' taħtar espert fuq talba tal-parti li qiegħda tixhed, sakemm il-qorti ma tagħtix bidu għas-smigħ tax-xhieda ex officio. Kull waħda mill-partijiet tista' tissottometti wkoll l-opinjonijiet ta' esperti privati.

It-traduttur jiddetermina d-dritt tiegħu/tagħha. Jekk il-qorti tordna s-smigħ tax-xhieda ex officio, it-tariffa tiġi stabbilita skont il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ.

Spejjeż għall-kumpens tax-xhieda, depożiti jew garanzija u drittijiet oħrajn rilevanti

Studju ta’ każ

Il-kumpens tax-xhieda

Ix-xhieda jistgħu jingħataw kumpens?

Drittijiet

Il-każ A

Iva

Il-kumpens għax-xhieda huwa regolat bil-liġi. Ix-xhieda huma intitolati għal kumpens tal-ispejjeż tat-trasport, akkomodazzjoni u l-bżonnijiet tagħhom, u kumpens għall-perjodu li fih ma marrux għax-xogħol.

L-ispejjeż għall-għajnuna legali u r-rifużjoni tal-ispejjeż

Studju ta’ każ

Għajnuna legali

Rifużjoni tal-ispejjeż

Meta u taħt liema kundizzjonijiet tgħodd?

Meta tista' tingħata l-għajnuna legali bis-sħiħ?

Tista' l-parti rebbieħa tikseb ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix sħiħa, x'inhu l-perċentwal normali ta' spejjeż li jiġu koperti?

Liema spejjeż ma jistgħux jiġu rifużi?

Hemm każijiet fejn l-għajnuna legali tista' tiġi rifuża?

Il-każ A

Ara t-taqsima dwar l-għajnuna legali.

Fil-każijiet fejn, skont l-informazzjoni disponibbli dak il-ħin, l-istima tal-ispejjeż ġuridiċi x'aktarx li trendi impossibbli l-aċċess għall-qorti tar-rikorrent.

L-assistenza legali hija mingħajr ħlas fi ħdan il-qafas tal-għajnuna legali, għal introjtu li jaqa' taħt livell limitu li jikkorespondi għall-pensjoni minima.

Iva, l-parti telliefa trid tagħti rifużjoni tal-ispejjeż lill-parti rebbieħa, ħlief fejn diversament stabbilit bil-liġi, inkluż fejn il-liġi tobbliga parti oħra bil-ħlas tal-ispejjeż minkejja d-deċiżjoni tal-qorti.

F'każ ta' suċċess parzjali fil-kawża, l-ammont li jrid jiġi rifuż irid ikun daqs l-ammont stipulat fit-talba tal-parti rebbieħa u l-ħlas bil-quddiem li jkun sar mill-partijiet. Il-qorti tista' tordna li kull parti tħallas l-ispejjeż rispettivi tagħha.

F'każijiet ġustifikati, il-qorti tista' tnaqqas it-tariffi tal-avukati li hija tqis għolja wisq.

Il-partijiet ma jistgħux jiġu ordnati jħallsu l-ispejjeż minfuqa minħabba (li setgħu jiġu evitati) raġunijiet li għalihom hi responsabbli l-qorti.

Ir-rifużjoni tal-ispejjeż ġuridiċi lill-partijiet ma tistax taqbeż l-ammont mitlub minnhom lill-qorti.

Iva, jekk jinstab illi l-parti bbenefikat minn għajnuna legali li ma kellhiex dritt għaliha.

Il-parti t-telliefa għandha tagħti rifużjoni tat-tariffa tal-avukat tal-għajnuna legali, li kienet imħallsa bil-quddiem mill-Istat, direttament lill-Istat.

Il-parti telliefa trid tħallas it-tariffa tal-amministratur, anke jekk għandha dritt għall-għajnuna legali.

Każ B

Ara t-taqsima dwar l-għajnuna legali.

Id-deċiżjoni għall-għoti tal-għajnuna legali tista' tikkunsidra wkoll l-għoli tal-ħajja fil-pajjiż fejn tirresjedi kull parti.

Fil-każijiet fejn, skont l-informazzjoni disponibbli dak il-ħin, l-istima tal-ispejjeż ġuridiċi x'aktarx li trendi impossibbli l-aċċess għall-qorti tar-rikorrent.

L-assistenza legali hija mingħajr ħlas fi ħdan il-qafas tal-għajnuna legali, għal introjtu li jaqa' taħt livell limitu li jikkorespondi għall-pensjoni minima.

Iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE u ċ-ċittadini ta' Stati mhux membri tal-UE li joqogħdu legalment fi Stat Membru għandhom dritt għall-għajnuna legali taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini Ungeriżi.

Iva, l-parti telliefa trid tagħti rifużjoni tal-ispejjeż lill-parti rebbieħa, ħlief kif diversament stabbilit bil-liġi, inkluż fejn il-liġi tobbliga parti oħra bil-ħlas tal-ispejjeż minkejja d-deċiżjoni tal-qorti.

F'każ ta' suċċess parzjali fil-kawża, l-ammont li jrid jiġi rifuż irid ikun daqs l-ammont stipulat fit-talba tal-parti rebbieħa u l-ħlas bil-quddiem li jkun sar mill-partijiet. Il-qorti tista' tordna li kull parti tħallas l-ispejjeż rispettivi tagħha.

F'każijiet ġustifikati, il-qorti tista' tnaqqas it-tariffi tal-avukati li hija tqis għolja wisq.

Il-partijiet ma jistgħux jiġu ordnati jħallsu l-ispejjeż minfuqa minħabba raġunijiet (li setgħu jiġu evitati) li għalihom hi responsabbli l-qorti.

Ir-rifużjoni tal-ispejjeż ġuridiċi lill-partijiet ma tistax taqbeż l-ammont mitlub minnhom lill-qorti.

Iva, jekk jinstab illi l-parti bbenefikat minn għajnuna legali li ma kellhiex dritt għaliha.

Il-parti t-telliefa għandha tagħti rifużjoni tat-tariffa tal-avukat tal-għajnuna legali, li kienet imħallsa bil-quddiem mill-Istat, direttament lill-Istat.

Il-parti telliefa trid tħallas it-tariffa tal-amministratur, anke jekk ikollha dritt għall-għajnuna legali.

Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni

Studju ta’ każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet tgħodd?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet tgħodd?

Spiża approssimattiva?

Il-każ A

Jekk waħda mill-partijiet ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż.

It-traduttur jiddetermina d-dritt tiegħu/tagħha. It-tariffa tiġi kkalkulata skont l-għadd ta' kliem (madwar HUF 5 kull karattru), l-iskadenza u l-lingwa tas-sors. L-ispejjeż tat-traduzzjoni marbuta max-xhieda mogħtija u s-sottomissjonijiet tal-partijiet intitolati li jużaw il-lingwa nazzjonali, reġjonali jew minuri tagħha matul il-proċedimenti ċivili jitħallsu mill-Istat bil-quddiem f'isimhom. Dawn l-ispejjeż jiġu mbagħad regolati mid-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tal-ispejjeż legali.

Jekk waħda mill-partijiet ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż.

L-interpretu jiddetermina d-dritt tiegħu/tagħha. It-tariffa fis-siegħa tiddependi mil-lingwa użata. Madwar HUF 10 000 sa 12 000 fis-siegħa. L-Istat huwa responsabbli għal jew iħallas bil-quddiem it-tariffi tal-interpretu fejn l-interpretazzjoni hija meħtieġa bil-liġi.

L-aħħar aġġornament: 15/09/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.