Spejjeż fl-Ungerija
L-ispejjeż ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR)
Studju ta’ każ |
Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) |
|
Din l-għażla hija miftuħa għal dan it-tip ta’ każ? |
Spejjeż |
|
Każ A |
Iva. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jaqblu kif u meta għandu jiġi eżerċitat id-dritt ta' aċċess, jistgħu jitolbu medjazzjoni minħabba raġunijiet tal-benessri tal-wild tagħhom. Il-medjazzjoni tista' tintalab ukoll matul proċediment ta' infurzar. Fi żmien sentejn minn meta d-deċiżjoni tal-qorti fuq id-dritt tal-aċċess issir finali, talbiet għal tibdil tad-deċiżjoni jintlaqgħu biss quddiem l-istess qorti, li tibqa' bl-awtorità li tiddeċiedi dwar il-każ, |
Kif miftiehem bejn il-partijiet u l-medjatur. |
Każ B |
Iva. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jaqblu kif u meta għandu jiġi eżerċitat id-dritt ta' aċċess, jistgħu jitolbu medjazzjoni minħabba raġunijiet tal-benessri tal-wild tagħhom. Il-medjazzjoni tista' tintalab ukoll matul proċediment ta' infurzar. Jekk ikunu għaddew aktar minn sentejn mill-konklużjoni tal-kawża tad-divorzju jew għall-kura u kustodja tat-tifel, l-uffiċjal tat-tutela jista' japprova l-ftehim tal-ġenituri jew, fuq talba tagħhom, jiddeċiedi fuq id-dritt ta' aċċess. |
Kif miftiehem bejn il-partijiet u l-medjatur. |
It-tariffi tal-avukat, il-bailiff u l-espert
Studju ta’ każ |
Avukat |
Bailiff |
Espert |
||
Ir-rappreżentazzjoni ġuridika hija mandatorja? |
Spejjeż medji |
Ir-rappreżentazzjoni ġuridika hija mandatorja? |
Bilfors trid tintuża? |
Spejjeż |
|
Każ A |
Le |
Kif miftiehem bejn il-partijiet u l-avukat. |
Le |
Le Il-qorti għandha taħtar espert fuq talba tal-parti li qiegħda tagħti x-xhieda, ħlief għal meta l-qorti tagħti bidu għas-smigħ tax-xhieda ex officio. Kull waħda mill-partijiet tista' tissottometti wkoll l-opinjonijiet ta' esperti privati. |
L-espert jiddetermina d-dritt tiegħu. Jekk il-qorti tordna t-teħid tax-xhieda ex officio, it-tariffa tiġi stabbilita skont il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ. |

Il-kumpens tax-xhieda
Studju ta’ każ |
Il-kumpens tax-xhieda |
|
Ix-xhieda għandhom dritt għal kumpens? |
Spejjeż |
|
Każ A |
Iva |
Il-kumpens tax-xhieda huwa regolat bil-liġi. Ix-xhieda għandhom dritt għar-rifużjoni tal-ispejjeż tat-trasport, l-akkomodazzjoni u l-bżonnijiet tagħhom, u kumpens għal perjodu li fih ma marrux għax-xogħol. |

L-ispejjeż għall-għajuna legali u r-rifużjoni tal-ispejjeż
Studju ta’ każ |
Għajnuna legali |
Rifużjoni tal-ispejjeż |
||||
Meta u taħt liema kundizzjonijiet tgħodd? |
Meta tista' tingħata għajnuna legali sħiħa? |
Tista' l-parti rebbieħa tikseb ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża? |
Jekk ir-rifużjoni mhix sħiħa, x'inhu l-perċentwal tal-ispejjeż li jiġu koperti normalment? |
Liema spejjeż ma jistgħux jiġu rifużi? |
Hemm ċirkostanzi fejn l-għajnuna legali tista' tiġi rifuża? |
|
Każ A |
Ara t-taqsima dwar l-għajnuna legali Irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom jew l-ammont ta' introjtu, il-partijiet għandhom dritt għad-differiment tal-ħlas - is-sospensjoni tal-ħlas ta' spejjeż speċifici - f'kawżi dwar il-kura u kustodja u t-trasferiment ta' tifel jew dwar id-dritt ta' aċċess, fost l-oħrajn. |
F'każijiet fejn, skont l-informazzjoni disponibbli f'dak il-mument, l-istima tal-ispejjeż ġuridiċi x'aktarx trendi impossibbli l-aċċess tar-rikorrent għall-qorti. L-għajnuna legali hija b'xejn fil-qafas tal-għajnuna legali, taħt livell limitu ta' introjtu li huwa daqs il-pensjoni minima. |
Iva, l-parti telliefa trid tħallas lura l-ispejjeż tal-parti rebbieħa, ħlief meta diversament stabbilit bil-liġi, inkluż meta l-liġi tobbliga lil parti oħra bil-ħlas tal-ispejjeż irrispettivament mid-deċiżjoni tal-qorti. |
F'każ ta' suċċess parzjali tal-kawża, l-ammont li jrid jiġi rifuż irid ikun daqs il-parti tat-talba li ġiet milqugħa mill-qorti u l-ħlas bil-quddiem li jkun sar mill-partijiet. Il-qorti tista' tordna wkoll li kull parti tħallas l-ispejjeż tagħha. |
F'każijiet ġustifikati, il-qorti tista' tnaqqas it-tariffi tal-avukati li hija tqis għolja żżejjed. Il-partijiet ma jistgħux jiġu mitluba jħallsu wkoll l-ispejjeż kaġun ta' raġunijiet (li setgħu jiġu evitati) tal-qorti stess. Ir-rifużjoni tal-ispejjeż ġuridiċi lill-partijiet ma tistax taqbeż l-ammont tat-talba mitluba minnhom. |
Iva, jekk jinstab illi l-parti bbenefikat minn għajnuna legali li ma kellhiex dritt għaliha. Il-parti telliefa trid tagħti rifużjoni tat-tariffa tal-avukat maħtur tal-għajnuna legali, li kienet tħallset bil-quddiem mill-Istat, direttament lill-Istat. Il-parti telliefa trid tħallas it-tariffa tal-amministratur, anke jekk għandha dritt għall-għajnuna legali. |
Każ B |
Ara t-taqsima dwar l-għajnuna legali Irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom jew l-ammont ta' introjtu, il-partijiet għandhom dritt għad-differiment tal-ħlas - is-sospensjoni tal-ħlas ta' spejjeż speċifici - f'kawżi dwar il-kura u kustodja u t-trasferiment ta' tifel jew dwar id-dritt ta' aċċess, fost l-oħrajn. Id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-għajnuna legali tista' tikkunsidra l-għoli tal-ħajja tal-pajjiżi fejn joqogħdu l-partijiet. |
F'każijiet fejn, skont l-informazzjoni disponibbli f'dak il-mument, l-istima tal-ispejjeż ġuridiċi x'aktarx trendi impossibli l-aċċess tar-rikorrent għall-qorti. L-għajnuna legali hija b'xejn fil-qafas tal-għajnuna legali, taħt livell limitu ta' introjtu li huwa daqs il-pensjoni minima. Iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE u ċ-ċittadini ta' Stati mhux membri tal-UE li joqogħdu legalment fi Stat Membru tal-UE għandhom dritt għall-għajnuna legali taħt l-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini Ungeriżi. |
Iva, l-parti telliefa trid tħallas lura l-ispejjeż tal-parti rebbieħa, ħlief meta diversament stabbilit bil-liġi, inkluż meta l-liġi tobbliga lil parti oħra bil-ħlas tal-ispejjeż irrispettivament mid-deċiżjoni tal-qorti. |
F'każ ta' suċċess parzjali tal-kawża, l-ammont li jrid jiġi rifuż irid ikun daqs il-parti tat-talba li ġiet milqugħa mill-qorti u l-ħlas bil-quddiem li jkun sar mill-partijiet. Il-qorti tista' tordna wkoll li kull parti tħallas l-ispejjeż tagħha. |
F'każijiet ġustifikati, il-qorti tista' tnaqqas it-tariffi tal-avukati li hija tqis għolja żżejjed. Il-partijiet ma jistgħux jiġu mitluba jħallsu wkoll l-ispejjeż kaġun ta' raġunijiet (li setgħu jiġu evitati) tal-qorti stess. Ir-rifużjoni tal-ispejjeż ġuridiċi lill-partijiet ma tistax taqbeż l-ammont tat-talba mitluba minnhom. |
Iva, jekk jinstab illi l-parti bbenefikat minn għajnuna legali li ma kellhiex dritt għaliha. Il-parti telliefa trid tagħti rifużjoni tat-tariffa tal-avukat maħtur tal-għajnuna legali, li kienet tħallset bil-quddiem mill-Istat, direttament lill-Istat. Il-parti telliefa trid tħallas it-tariffa tal-amministratur, anke jekk għandha dritt għall-għajnuna legali. |
Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni
Studju ta’ każ |
Traduzzjoni |
Interpretazzjoni |
||
Meta u taħt liema kundizzjonijiet tgħodd? |
Spiża approssimattiva? |
Meta u taħt liema kundizzjonijiet tgħodd? |
Spiża approssimattiva? |
|
Każ A |
Jekk parti minnhom ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż. |
It-traduttur jiddetermina d-dritt tiegħu/tagħha. It-tariffa tiġi kkalkulata skont in-numru ta' karattri (madwar HUF 5 kull karattru), l-iskadenza u l-lingwa tas-sors. L-ispejjeż tat-traduzzjoni marbuta max-xhieda prodotta u s-sottomissjonijiet tal-partijiet intitolati li jużaw il-lingwa nazzjonali, reġjonali jew minuri tagħhom matul proċedimenti ċivili jitħallsu bil-quddiem mill-Istat f'isimhom. Dawn l-ispejjeż imbagħad jiġu regolati mid-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tal-ispejjeż ġuridiċi. |
Jekk parti minnhom ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż. |
L-interpretu jiddetermina d-dritt tiegħu/tagħha. It-tariffa fis-siegħa tiddependi fuq il-lingwa użata. Madwar HUF 10 000 sa 12 000 fis-siegħa. L-Istat huwa responsabbli għal jew iħallas bil-quddiem it-tariffi tal-interpretu fejn l-interpretazzjoni hija rikjesta bil-liġi. |
Każ B |
Jekk parti minnhom ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż. |
It-traduttur jiddetermina d-dritt tiegħu/tagħha. It-tariffa tiġi kkalkulata skont in-numru ta' karattri (madwar HUF 5 kull karattru), l-iskadenza u l-lingwa tas-sors. L-ispejjeż tat-traduzzjoni marbuta max-xhieda prodotta u s-sottomissjonijiet tal-partijiet intitolati li jużaw il-lingwa nazzjonali, reġjonali jew minuri tagħhom matul proċedimenti ċivili jitħallsu bil-quddiem mill-Istat f'isimhom. Dawn l-ispejjeż imbagħad jiġu regolati mid-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tal-ispejjeż ġuridiċi. |
Jekk parti minnhom ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż. |
L-interpretu jiddetermina d-dritt tiegħu/tagħha. It-tariffa fis-siegħa tiddependi fuq il-lingwa użata. Madwar HUF 10 000 sa 12 000 fis-siegħa. L-Istat huwa responsabbli għal jew iħallas bil-quddiem it-tariffi tal-interpretu fejn l-interpretazzjoni tkun rikjesta bil-liġi. |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.