Spejjeż fl-Ungerija
L-ispejjeż ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (alternative dispute resolution, ADR)
Studju ta’ każ |
Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) |
|
Din l-għażla hija disponibbli għal dan it-tip ta’ każ? |
Spejjeż |
|
Każ A |
Iva, iżda t-talba għall-manteniment tintlaqa' biss jekk issir formalment permezz ta' dokument li jista' jiġi eżegwit (il-qorti jew nutar jistgħu jżidu klawżola ta' infurzar fid-dokument). |
Kif miftiehma bejn il-partijiet u l-medjatur. Kull min huwa involut fi proċedimenti ġodda jew li għadhom għaddejjin jista' jitlob lill-qorti għall-medjazzjoni, li hija mingħajr ħlas. |
Każ B |

It-tariffi tal-avukat, il-bailiff u l-espert
Studju ta’ każ |
Avukat |
Bailiff |
Espert |
||
Ir-rappreżentanza ġuridika hija mandatorja? |
Spejjeż medji |
Ir-rappreżentanza ġuridika hija mandatorja? |
Bilfors trid tintuża? |
Spejjeż |
|
Każ A |
Le |
Kif miftiehma bejn il-klijent u l-avukat. |
Le |
Le Il-qorti tista' taħtar espert wara talba tal-parti li tkun qiegħda tagħti x-xhieda, sakemm il-qorti ma tordnax it-teħid tax-xhieda ex officio. Il-partijiet jistgħu jissottomettu wkoll l-opinjonijiet ta' esperti privati. |
L-espert jiddetermina d-dritt tiegħu. Jekk il-qorti tordna t-teħid tax-xhieda ex officio, it-tariffa tiġi stabbilita skont il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ. |

Il-kumpens tax-xhieda
Studju ta’ każ |
Il-kumpens tax-xhieda |
|
Ix-xhieda għandhom dritt għal kumpens? |
Spejjeż |
|
Każ A |
Iva |
Il-kumpens tax-xhieda huwa regolat bil-liġi. Ix-xhieda għandhom dritt għal kumpens tal-ispejjeż tat-trasport, akkomodazzjoni u l-bżonnijiet tagħhom, u kumpens minħabba l-perjodu li fih ma marrux għax-xogħol. |

L-ispejjeż għall-għajnuna legali u r-rifużjoni tal-ispejjeż
Studju ta’ każ |
Għajnuna legali |
Rifużjoni tal-ispejjeż |
||||
Meta u b'liema kundizzjonijiet tgħodd? |
L-għajnuna legali meta tingħata bis-sħiħ? |
Tista' l-parti rebbieħa tikseb ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża? |
Jekk ir-rifużjoni mhix sħiħa, x'inhu l-perċentwal normali tal-ispejjeż koperti? |
Liema spejjeż ma jistgħux jiġu rifużi? |
Hemm ċirkostanzi fejn l-għajnuna legali tista' tiġi rifuża? |
|
Każ A |
Ara t-taqsima dwar l-għajnuna legali. Irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom jew l-ammont ta' introjtu, il-partijiet għandhom dritt għad-differiment tal-ħlas - is-sospensjoni tal-ħlas ta' spejjeż speċifiċi - f'kawżi dwar il-manteniment bil-liġi, inklużi l-kawżi għall-ġbir tal-manteniment mill-entitajiet li joħorġu l-intitolamenti tal-parti li trid tħallas il-manteniment jew mingħand terzi, il-kanċellament tal-manteniment jew it-tibdil fl-ammont li jrid jitħallas, it-tnaqqis jew riduzzjoni fil-ġbir eżekutorju tal-manteniment, u l-proċedimenti biex jinġabru d-dettalji personali tal-parti li trid tħallas fil-kuntest ta' kawżi tranżnazzjonali dwar il-manteniment. |
F'każijiet fejn, skont l-informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, l-istima tal-ispejjeż ġudizzjarji x'aktarx li trendi impossibbli l-aċċess tar-rikorrenti għall-qorti. L-għajnuna legali hija mingħajr ħlas fil-qafas tal-għajnuna legali, taħt livell limitu ta' introjtu li huwa daqs il-pensjoni minima. |
Iva l-parti telliefa trid tħallas l-ispejjeż tal-kawża tal-parti rebbieħa, ħlief kif diversament stabbilit bil-liġi, inkluż fejn il-liġi tobbliga lil parti oħra biex tħallas l-ispejjeż minkejja d-deċiżjoni tal-qorti. |
F'każ ta' suċċess parzjali tal-kawża, l-ammont li jrid jiġi rifuż ikun daqs l-ammont mitlub b'suċċess minn dik il-parti u l-ħlas li tkun għamlet bil-quddiem. Il-qorti tista' tordna wkoll li kull parti tħallas l-ispejjeż tagħha. |
F'każijiet iġġustifikati, il-qorti tista' tnaqqas it-tariffi tal-avukati li tqis għolja żżejjed. Il-partijiet ma jistgħux jiġu ordnati jħallsu l-ispejjeż minħabba (li setgħu jiġu evitati) raġunijiet tal-qorti stess. Ir-rifużjoni tal-ispejjeż ġudizzjarji lill-partijiet ma tistax taqbeż l-ammont mitlub minnhom. |
Iva, jekk jinstab l dik il-parti bbenefikat minn għajnuna legali li ma kellhiex dritt għaliha. Il-parti telliefa trid tħallas it-tariffa tal-avukat maħtur għall-għajnuna legali, li ġiet imħallsa f'isimha bil-quddiem mill-Istat. Il-parti telliefa trid tħallas it-tariffa tal-amministratur, anki jekk għandha dritt għall-għajnuna legali. |
Każ B |
Ara t-taqsima dwar l-għajnuna legali. Irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom jew l-ammont ta' introjtu, il-partijiet għandhom dritt għal differiment tal-ħlas - is-sospensjoni tal-ħlas ta' spejjeż speċifiċi - f'kawżi dwar il-manteniment rikjest bil-liġi. Id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-għajnuna legali tista' tikkunsidra l-għoli tal-ħajja tal-pajjiż ta' residenza tal-partijiet. |
F'każijiet fejn, skont l-informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, l-istima tal-ispejjeż ġudizzjarji x'aktarx li trendi impossibbli l-aċċess tar-rikorrenti għall-qorti. L-għajnuna legali hija mingħajr ħlas fil-qafas tal-għajnuna legali, taħt livell limitu ta' introjtu li huwa daqs il-pensjoni minima. Iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE u ċ-ċittadini ta' Stati mhux membri tal-UE li joqogħdu legalment fi Stat Membru tal-UE għandhom dritt għall-għajnuna legali bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini Ungeriżi. |
Iva, il-parti telliefa trid tħallas l-ispejjeż tal-kawża tal-parti rebbieħa, ħlief kif diversament stabbilit bil-liġi, inkluż fejn il-liġi tobbliga lil parti oħra biex tħallas l-ispejjeż minkejja d-deċiżjoni tal-qorti. |
F'każ ta' suċċess parzjali tal-kawża, l-ammont li jrid jiġi rifuż ikun daqs l-ammont mitlub b'suċċess minn dik il-parti u l-ħlas li tkun għamlet bil-quddiem. Il-qorti tista' tordna wkoll li kull parti tħallas l-ispejjeż tagħha. |
F'każijiet iġġustifikati, il-qorti tista' tnaqqas it-tariffi tal-avukati li tqis għolja żżejjed. Il-partijiet ma jistgħux jiġu ordnati jħallsu l-ispejjeż minħabba (li setgħu jiġu evitati) raġunijiet tal-qorti stess. Ir-rifużjoni tal-ispejjeż ġudizzjarji lill-partijiet ma tistax taqbeż l-ammont mitlub minnhom. |
Iva, jekk jinstab l dik il-parti bbenefikat minn għajnuna legali li ma kellhiex dritt għaliha. Il-parti telliefa trid tħallas it-tariffa tal-avukat maħtur għall-għajnuna legali, li ġiet imħallsa f'isimha bil-quddiem mill-Istat. Il-parti telliefa trid tħallas it-tariffa tal-amministratur, anki jekk għandha dritt għall-għajnuna legali. |
Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni
Studju ta’ każ |
Traduzzjoni |
Interpretazzjoni |
||
Meta u b'liema kundizzjonijiet hija meħtieġa? |
Spiża approssimattiva? |
Meta u b'liema kundizzjonijiet hija meħtieġa? |
Spiża approssimattiva? |
|
Każ A |
Jekk waħda mill-partijiet ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż. |
It-traduttur jiddetermina d-dritt tiegħu. It-tariffa hija kkalkulata skont in-numru ta' ittri (madwar HUF 5 kull ittra), l-iskadenza u l-lingwa tas-sors. L-ispejjeż tat-traduzzjoni marbuta max-xhieda prodotta u s-sottomissjonijiet tal-partijiet li għandhom dritt jużaw il-lingwa nazzjonali, reġjonali jew minuri tagħhom matul proċedimenti ċivili jitħallsu bil-quddiem f'isimhom mill-Istat. Dawn l-ispejjeż imbagħad jiġu regolati mid-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tal-ispejjeż ġudizzjarji. |
Jekk waħda mill-partijiet ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż. |
L-interpretu jiddetermina d-dritt tiegħu/tagħha. It-tariffa fis-siegħa tiddependi mil-lingwa użata. Madwar HUF 10 000 sa 12 000 fis-siegħa. L-Istat huwa responsabbli għal jew iħallas bil-quddiem it-tariffa tal-interpretu fejn l-interpretazzjoni hija meħtieġa bil-liġi. |

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.