Spejjeż fl-Ungerija
L-ispejjeż ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (alternative dispute resolution - ADR)
Studju ta’ każ |
Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) |
|
Din l-għażla hija disponibbli għal dan it-tip ta’ każ? |
Drittijiet |
|
Każ A |
Iva |
Kif miftiehma bejn il-partijiet u l-medjatur. Kull min huwa nvolut fi proċedimenti ġodda jew li għadhom għaddejjin jista jitlob lill-qorti għall-medjazzjoni, li hija mingħajr ħlas. |
Każ B |
Iva |
Kif miftiehma bejn il-partijiet u l-medjatur. Kull min huwa involut fi proċedimenti ġodda jew li għadhom għaddejjin jista jitlob lill-qorti għall-medjazzjoni, li hija mingħajr ħlas. |
It-tariffi tal-avukat, il-bailiff u l-espert
Studju ta’ każ |
Avukat |
Bailiff |
Espert |
||
Ir-rappreżentanza ġuridika hija mandatorja? |
Spejjeż medji |
Ir-rappreżentanza legali hija mandatorja? |
Bilfors trid tintuża? |
Spejjeż |
|
Każ A |
Le |
Kif miftiehma bejn il-klijent u l-avukat. |
Le |
Le Il-qorti taħtar espert fuq talba tal-parti li tkun qiegħda tipproduċi l-provi, ħlief meta l-qorti stess tordna t-teħid tax-xhieda ex officio. Kull waħda mill-partijiet tista tissottometti wkoll l-opinjonijiet ta' esperti privati. |
L-espert ġeneralment jiddetermina t-tariffa tiegħu/tagħha. Jekk il-qorti tordna t-teħid tax-xhieda ex officio, it-tariffa tiġi stabbilita skont il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ. |
Każ B |
Le |
Kif miftiehma bejn il-klijent u l-avukat. |
Le |
Le Il-qorti tista taħtar espert fuq talba tal-parti li tkun qiegħda tipproduċi l-provi, ħlief meta l-qorti stess tordna t-teħid tax-xhieda ex officio. Kull waħda mill-partijiet tista tissottometti wkoll l-opinjonijiet ta' esperti privati. |
L-espert ġeneralment jiddetermina t-tariffa tiegħu/tagħha. Jekk il-qorti tordna t-teħid tax-xhieda ex officio, it-tariffa tiġi stabbilita skont il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ. |
Il-kumpens tax-xhieda
Studju ta’ każ |
Il-kumpens tax-xhieda |
|
Ix-xhieda għandhom dritt għal kumpens? |
Spejjeż |
|
Każ A |
Iva |
Il-kumpens tax-xhieda huwa regolat bil-liġi. Ix-xhieda għandhom dritt għal rimborż tal-ispejjeż tat-trasport, l-akkomodazzjoni u s-sussistenza, u kumpens għall-perjodu li fih ma marrux għax-xogħol. |

L-ispejjeż għall-għajnuna legali u r-rimborż tal-ispejjeż
Studju ta’ każ |
Għajnuna legali |
Rimborż tal-ispejjeż |
||||
Meta u taħt liema kundizzjonijiet tgħodd? |
Meta tingħata l-għajnuna legali sħiħa? |
Il-parti rebbieħa tista tirċievi rimborż tal-ispejjeż tal-litigazzjoni? |
Jekk ir-rimborż ma jkoprix kollox, x'inhu l-perċentwal tal-ispejjeż normalment kopert? |
Liema spejjeż ma jistgħux jiġu rimborżati? |
Hemm ċirkostanzi fejn l-għajnuna legali trid tiġi rimborżata? |
|
Każ A |
Ara t-taqsima dwar l-għajnuna legali. |
F'każijiet fejn, skont l-informazzjoni disponibbli f'dak il-mument, l-istima tal-ispejjeż legali x'aktarx li trendi impossibbli l-aċċess tar-rikorrent għall-qorti. Għal aktar informazzjoni, ara t-taqsima dwar l-għajnuna legali. |
Iva. Il-parti telliefa trid tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż tal-parti rebbieħa, ħlief meta previst mod ieħor mil-liġi, inkluż meta l-liġi tobbliga lil parti oħra biex iġġorr dawn l-ispejjeż irrispettivament mid-deċiżjoni tal-qorti. |
F'każ ta' suċċess parzjali tal-kawża, l-ammont li jrid jiġi rimborżat ikun relattiv għall-proporzjon tat-talba li ġie milqugħ mill-qorti u għall-ħlas bil-quddiem li jkun sar minn kull parti. Il-qorti tista tordna wkoll li kull parti tħallas l-ispejjeż tagħha. |
F'każijiet iġġustifikati, il-qorti tista tnaqqas it-tariffi tal-avukati li tqis għolja żżejjed. Il-partijiet ma jistgħux jiġu ordnati jħallsu spejjeż (li setgħu jiġu evitati) minħabba raġunijiet attribwibbli għall-qorti. Ir-rimborż tal-ispejjeż legali lill-partijiet ma jistax jaqbeż l-ammont mitlub mill-partijiet quddiem il-qorti. |
Iva, jekk jinstab illi l-parti bbenefikat minn għajnuna legali li ma kellhiex dritt għaliha. Il-parti telliefa trid tħallas lura direttament lill-Istat it-tariffa tal-avukat pubbliku maħtur, li kienet tħallset bil-quddiem mill-Istat. Il-parti telliefa trid tħallas it-tariffa tal-amministratur, anke jekk għandha dritt għall-għajnuna legali. |
Każ B |
Ara t-taqsima dwar l-għajnuna legali. |
F'każijiet fejn, skont l-informazzjoni disponibbli f'dak il-mument, l-istima tal-ispejjeż legali x'aktarx li trendi impossibbli l-aċċess tar-rikorrent għall-qorti. Għal aktar informazzjoni, ara t-taqsima dwar l-għajnuna legali. Iċ-ċittadini barranin li jiftħu kawża għandhom dritt għall-għajnuna legali biss skont il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Istat Ungeriż jew bħala konsegwenza tar-reċiproċità. Iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE u ċ-ċittadini ta' Stati mhux membri tal-UE li jogħqodu legalment fi Stat Membru tal-UE għandhom dritt għall-għajnuna legali taħt l-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini Ungeriżi. |
Iva. Il-parti telliefa trid tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż tal-parti rebbieħa, ħlief meta previst mod ieħor mil-liġi, inkluż meta l-liġi tobbliga lil parti oħra biex iġġorr dawn l-ispejjeż irrispettivament mid-deċiżjoni tal-qorti. |
F'każ ta' suċċess parzjali tal-kawża, l-ammont li jrid jiġi rimborżat ikun relattiv għall-proporzjon tat-talba li ġie milqugħ mill-qorti u għall-ħlas bil-quddiem li jkun sar minn kull parti. Il-qorti tista tordna wkoll li kull parti tħallas l-ispejjeż tagħha. |
F'każijiet iġġustifikati, il-qorti tista tnaqqas it-tariffi tal-avukati li tqis għolja żżejjed. Il-partijiet ma jistgħux jiġu ordnati jħallsu spejjeż (li setgħu jiġu evitati) minħabba raġunijiet attribwibbli għall-qorti. Ir-rimborż tal-ispejjeż legali lill-partijiet ma jistax jaqbeż l-ammont mitlub mill-partijiet quddiem il-qorti. |
Iva, jekk jinstab illi l-parti bbenefikat minn għajnuna legali li ma kellhiex dritt għaliha. Il-parti telliefa trid tħallas lura direttament lill-Istat it-tariffa tal-avukat pubbliku maħtur, li kienet tħallset bil-quddiem mill-Istat. Il-parti telliefa trid tħallas it-tariffa tal-amministratur, anke jekk għandha dritt għall-għajnuna legali. |
Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni
Studju ta’ każ |
Traduzzjoni |
Interpretazzjoni |
||
Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija meħtieġa? |
Spiża approssimattiva? |
Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija meħtieġa? |
Spiża approssimattiva? |
|
Każ A |
Jekk xi waħda mill-partijiet ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż. |
It-traduttur jiddetermina t-tariffa tiegħu/tagħha. It-tariffa tiġi kkalkulata skont l-għadd ta' ittri (madwar HUF 5 kull ittra), l-iskadenza u l-lingwa tas-sors. L-ispejjeż tat-traduzzjoni marbuta max-xhieda prodotta u s-sottomissjonijiet tal-partijiet li għandhom dritt jużaw il-lingwa nazzjonali, reġjonali jew minoritarja tagħhom waqt proċedimenti ċivili jitħallsu bil-quddiem mill-Istat f'isimhom. Dawn l-ispejjeż imbagħad jiġu regolati mid-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tal-ispejjeż legali. |
Jekk xi waħda mill-partijiet ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż. |
L-interpretu jiddetermina t-tariffa tiegħu/tagħha. It-tariffa fis-siegħa tiddependi mil-lingwa użata. Madwar HUF 10 000 sa 12 000 fis-siegħa. |
Każ B |
Jekk xi waħda mill-partijiet ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż. |
It-traduttur jiddetermina t-tariffa tiegħu/tagħha. It-tariffa tiġi kkalkulata skont l-għadd ta' ittri (madwar HUF 5 kull ittra), l-iskadenza u l-lingwa tas-sors. L-ispejjeż tat-traduzzjoni marbuta max-xhieda prodotta u s-sottomissjonijiet tal-partijiet li għandhom dritt jużaw il-lingwa nazzjonali, reġjonali jew minoritarja tagħhom waqt proċedimenti ċivili jitħallsu bil-quddiem mill-Istat f'isimhom. Dawn l-ispejjeż imbagħad jiġu regolati mid-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tal-ispejjeż legali. |
Jekk xi waħda mill-partijiet ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż. |
L-interpretu jiddetermina d-dritt tiegħu/tagħha. It-tariffa fis-siegħa tiddependi mil-lingwa użata. Madwar HUF 10 000 sa 12 000 fis-siegħa. |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.