Spejjeż fil-Litwanja
Spejjeż għall-Qorti, Appelli u Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim
Studju ta’ każ |
Qorti |
||
Drittijiet inizjali tal-qorti |
Drittijiet ta’ traskrizzjoni |
Drittijiet oħra |
|
Każ A |
Il-konjuġi li jissottomettu petizzjonijiet biex ixolju ż-żwieġ b’kunsens reċiproku huma eżentati mid-dritt uffiċċjali f’każijiet li jinstemgħu minn qorti. |
Il-parteċipanti fi proċediment iħallsu 10 Litas għal kopja ta’ dokument tal-qorti, u 1 Litas għal kull paġna |
Il-qorti tgħaddi l-ħlas tal-ispejjeż tal-litigazzjoni tal-parti li tirbaħ lill-parti opposta, anke jekk tal-aħħar tkun eżentata milli tħallas l-ispejjeż tal-litigazzjoni fil-fondi tal-istat. |
Każ B |
Persuni naturali jew legali barranin huma soġġetti għall-istess kondizzjonijiet ta’ eżenzjoni, tnaqqis, proroga u skedar ta’ ħlasijiet kif japplikaw għaċ-ċittadini Litwani. |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
Studju ta’ Każ |
Appelli |
||
Drittijiet inizjali tal-qorti |
Drittijiet ta’ traskrizzjoni |
Drittijiet oħra |
|
Każ A |
Il-konjuġi li jissottomettu petizzjonijiet biex ixolju ż-żwieġ b’kunsens reċiproku huma eżentati mid-dritt uffiċċjali f’każijiet li jinstemgħu minn qorti. |
Il-parteċipanti fi proċediment iħallsu 10 Litas għal kopja ta’ dokument tal-qorti, u 1 Litas għal kull paġna |
Il-qorti tgħaddi l-ħlas tal-ispejjeż tal-litigazzjoni tal-parti li tirbaħ lill-parti opposta, anke jekk tal-aħħar tkun eżentata milli tħallas l-ispejjeż tal-litigazzjoni fil-fondi tal-istat. |
Każ B |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
Studju ta’ Każ |
Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim |
|
Din hija għażla disponibbli għal dan it-tip ta’ każ? |
Spejjeż |
|
Każ A |
Iva, wara li l-essenza tat-tilwima tiġi identifikata f’seduta preliminari, il-qorti toffri liż-żewġ partijiet l-opportunità li jaslu għal ftehim ta’ kompromess aċċettabbli reċiprokament u għalhekk jirriżolvu l-każ b’mod amikevoli. |
Mingħajr ħlas |
Każ B |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
Spejjeż tal-avukat, tal-bailiff u tal-espert
Studju ta’ Każ |
Avukat |
|
Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja? |
Spejjeż medji |
|
Każ A |
Ir-rappreżentazzjoni ta’ avukat mhijiex obbligatorja |
Ara t-taqsima dwar ir-Regolamentazzjoni tad-Drittijiet tal-Professjoni Legali aktar ‘il fuq |
Każ B |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
Studju ta’ Każ |
Bailiff |
||
Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja? |
Spejjeż ta’ qabel is-sentenza |
Spejjeż ta’ wara s-sentenza |
|
Każ A |
Le |
Le. Il-bailiffi jkollhom rwol biss wara l-ħruġ tal-ordnijiet ta’ eżekuzzjoni. |
Irregolata mill-istruzzjonijiet dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenzi. L-ispejjeż għandhom jiġu rkuprati mingħand id-debitur. L-ammont jiddependi fuq it-tip ta’ eżekuzzjoni u l-kwantità ta’ azzjonijiet ta’ eżekuzzjoni – l-ispejjeż jistgħu jkunu fissi, 60 Litas kull siegħa jew perċentwali tal-valur tal-oġġett(i) rilevanti |
Każ B |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
Studju ta’ Każ |
Espert |
|
L-użu huwa mandatorju? |
Spiża |
|
Każ A |
Il-qorti tista’ taħtar espert jew esperti għal kwistjonijiet li jeħtieġu għarfien speċjali fix-xjenza, fil-mediċina, fl-arti, fl-inġinerija jew fis-snajja’, soġġett għall-opinjoni tal-parteċipanti fil-proċediment. |
Għandha titħallas garanzija minn qabel ta’ ammont stabbilit mill-qorti mill-parti li tagħmel ikt-talba. Il-gvern jew istituzzjoni awtorizzata tistabbilixxi l-ispejjeż massimi. Il-qorti tgħaddi l-ħlas tal-ispejjeż tal-litigazzjoni tal-parti li tirbaħ lill-parti opposta, anke jekk tal-aħħar ikun eżenti milli jħallas l-ispejjeż tal-litigazzjoni fil-fondi tal-istat. |
Każ B |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-ispejjeż għall-kumpens tax-xhieda, għal rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn relevanti
Studju ta’ Każ |
Kumpens għax-xhieda |
Rahan jew garanzija |
Drittijiet oħra |
|||
Ix-xhieda jiġu kkumpensati? |
Spiża |
Dan jeżisti u meta jeżisti kif jintuża? |
Spiża |
Deskrizzjoni |
Spiża |
|
Każ A |
Iva, l-ammonti mħallsa lix-xhieda jiżdiedu mal-ispejjeż konnessi mas-smigħ tal-każ |
Ara t-taqsima dwar id-Drittijiet tal-Esperti aktar ‘il fuq. |
Ara t-taqsima dwar id-Drittijiet tal-Esperti aktar ‘il fuq. |
Il-qorti trid tikkunsidra s-sitwazzjoni materjali tal-parti li tħallas. L-ammont jiddependi fuq in-natura tal-azzjoni proċedurali u ma jistax jaqbeż 100,000 Litas |
Spejjeż oħra jinkludu: 1) l-ispezzjoni ta’ post; 2) it-tiftix tal-konvenut; 3) in-notifika ta’ dokumenti tal-qorti; 4) l-issodisfar tas-sentenza tal-qorti; 5) rimborż għax-xogħol ta’ kuratur; 6) oħrajn kif neċessarju u raġonevoli |
Ara t-taqsima dwar l-Esperti aktar ‘il fuq. L-ispejjeż għal tiftix ta’ konvenut għandhom jitħallsu mill-parti li tkun talbet tiftix jew mill-qorti. Ara t-taqsima dwar id-Drittijiet tal-Bailiffs Tutur għandu d-dritt li jirċievi ħlas għar-rappreżentazzjoni b’konformità mad-drittijiet u l-proċedura stabbilita mill-gvern jew l-istituzzjonijiet awtorizzati tiegħu. L-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni jitħallsu mill-parti li fuq inizjattiva tagħha jkun inħatar tutur, li għandha tħallas l-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni tiegħu jew tagħha minn qabel. |
Każ B |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
Spejjeż għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra
Studju ta’ każ |
Għajnuna legali |
||
Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija applikabbli? |
Meta huwa totali s-sostenn? |
Kundizzjonijiet? |
|
Każ A |
L-għajnuna legali primarja tista’ tintalab kif deskritt fit-taqsima dwar l-Għajnuna Legali aktar ‘il fuq. L-għajnuna legali sekondarja hija eliġibbli taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fit-taqsima dwar l-Għajnuna Legali aktar ‘il fuq. |
L-istat jiggarantixxi 100% tal-ispejjeż tal-għajnuna legali primarja. L-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja jikkunsidraw il-proprjetà u d-dħul tal-persuna (ara t-taqsima dwar l-Għajnuna Legali aktar ‘il fuq)
|
Persuni li jkunu jixtiequ li jirċievu l-għajnuna legali primarja jistgħu japplikaw fl-istituzzjoni eżekuttiva ta’ muniċipalità, skont il-post dikjarat ta’ residenza. Persuni li jkunu jixtiequ jirċievu l-għajnuna legali sekondarja għandhom japplikaw b’dokumenti li jissostanzjaw it-talba u li jippruvaw l-eliġibbiltà għall-għajnuna legali sekondarja. |
Każ B |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
Studju ta’ każ |
Rifużjoni |
|||
Tista’ l-parti rebbieħa tikseb rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża? |
Jekk ir-rifużjoni mhix totali x’perċentwali tkun inġenerali? |
Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi? |
Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali għandha tiġi rifuża lil xi organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali? |
|
Każ A |
Il-partijiet li jaslu għal kunsens reċiproku għad-divorzju huma eżenti mill-ispejjeż tal-litigazzjoni. |
L-ispejjeż tal-għajnuna legali garantita mill-istat u dawk tad-debitur fil-proċess ta’ eżekuzzjoni. |
Fejn il-proviżjoni ta’ għajnuna legali sekondarja tkun imwaqqfa għar-raġunijiet imsemmija fis-subparagrafi 1, 2 u 6 tal-paragrafu 1 tal-artikolu 23 tal-liġi. L-ispejjeż jistgħu jiġu rkuprati mingħand il-persuna li tkun ġiet ipprovduta lilha skont il-proċedura stabbilita bil-liġi. Fejn il-benefiċċji tal-assigurazzjoni jitħallsu wara l-ispejjeż, l-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja għandhom jiġu rifużi lill-baġit tal-istat fi żmien xahar mill-ħlas tal-benefiċċju tal-assigurazzjoni skont il-proċedura stabbilita mill-Ministru tal-Ġustizzja. Fejn persuna tonqos milli tirrifondi dawn l-ispejjeż, għandhom jiġu rkuprati skont il-proċedura legali. Fejn tkun ġiet ipprovduta l-għajnuna legali sekondarja (subparagrafu 6 tal-artikolu 12 tal-liġi) imma fejn iċ-ċirkostanzi jinbidlu (subparagrafu 1 tal-paragrafu 2 tal-artikolu 11) l-persuna għandha tirrifondi l-ammont tal-għajnuna legali sekondarja fil-baġit tal-istat fi żmien il-limitu ta’ żmien stabbilit mis-servizz. Jekk jonqsu milli jagħmlu dan, l-ispejjeż jiġu rkuprati skont il-proċedura legali meħtieġa Meta 50% perċentwali tal-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja jkunu koperti, u applikant jonqos milli jħallas is-sehem tiegħu jew tagħha ta’ 50% perċentwali tal-ispejjeż ta’ proċedimenti ċivili jew amministrattiv fi żmien il-limiti ta’ żmien meħtieġa, il-każ jista’ jitwaqqaf mingħajr mal-qorti tieħu deċiżjoni fuq il-mertu tal-kwistjoni, u l-applikant għandu jirrifondi l-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja pprovduta fi żmien il-limiti ta’ żmien stabbiliti mis-servizz. L-istat ikun rappreżentat mis-servizz tal-għajnuna legali. |
|
Każ B |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni
Studju ta’ każ |
Traduzzjoni |
Interpretazzjoni |
Spejjeż oħra speċifiċi għal tilwim transkonfinali? |
|||
Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji? |
Spiża approssi-mattiva? |
Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji? |
Spiża approssimattiva? |
Deskrizzjoni |
Spiża approssi-mattiva? |
|
Każ A |
Id-dokumenti kollha tal-qorti u d-dokumenti annessi għandhom ikunu sottomessi l-qorti bil-lingwa tal-istat. |
Parti, li d-dokumenti tal-qorti tagħha għandhom jiġu tradotti f’lingwa barranija, għandhom iħallsu minn qabel garanzija stabbilita mill-qorti biex ikopru l-ispejjeż tal-litigazzjoni. Jekk iż-żewġ partijiet jissottomettu petizzjonijiet, iż-żewġ partijiet iħallsu l-garanzija f’partijiet indaqs. |
Persuni li ma jitkellmux il-lingwa uffiċjali, huma garantiti d-dritt għas-servizzi ta’ interpretazzjoni/traduzzjoni matul il-proċedimenti. |
Il-qorti għandha tħallas l-ammonti dovuti lill-interpreti/tradutturi mill-fondi tal-baġit tal-istat. |
||
Każ B |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.