Spejjeż

Litwanja

F’dan l-istudju dwar il-liġi tal-familja – manteniment, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-parti li tiftaħ il-kawża dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin: Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Żewġ persuni ilhom jgħixu flimkien għal għadd ta’ snin, mingħajr ma żżewwġu.  Għandhom wild ta’ tliet snin meta jisseparaw. Deċiżjoni tal-qorti tagħti l-kustodja tal-wild lill-omm. L-unika kwistjoni pendenti hija dwar l-ammont ta’ manteniment li għandha tieħu l-omm mingħand il-missier għas-sostenn u l-edukazzjoni tal-wild. L-omm tiftaħ kawża dwar dan. Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali fejn inti avukat fi Stat Membru A: Żewġ persuni kienu qed jgħixu flimkien fi Stat Membru (Stat Membru B). Għandhom wild ta’ tliet snin. Jisseparaw. Deċiżjoni tal-qorti fi Stat Membru B tagħti l-kustodja tal-wild lill-omm. Bi qbil mal-missier, l-omm u l-wild imorru jgħixu fi Stat Membru ieħor (Stat Membru A), fejn jistabbilixxu r-reżidenza tagħhom. Għad hemm kwistjoni pendenti.  Din hija dwar l-ammont ta’ manteniment li għandha tieħu l-omm mingħand il-missier għas-sostenn u l-edukazzjoni tal-wild. L-omm tiftaħ kawża dwar dan fi Stat Membru A.

Il-kontenut ipprovdut minn
Litwanja

Spejjeż fil-Litwanja

Spejjeż għall-Qorti, Appelli u Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Studju ta’ każ

Qorti

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Każ A

L-atturi li japplikaw għas-sostenn tat-tfal huma eżentati mill-ħlas tad-drittijiet uffiċjali f’każijiet li jinstemgħu minn qorti

Il-parteċipanti fi proċediment iħallsu 10 Litas għal kopja ta’ dokument tal-qorti, u 1 Litas għal kull paġna

Il-qorti tgħaddi l-ħlas tal-ispejjeż tal-litigazzjoni tal-parti li tirbaħ lill-parti opposta, anke jekk tal-aħħar tkun eżentata milli tħallas l-ispejjeż tal-litigazzjoni fil-fondi tal-istat.

Każ B

Persuni naturali jew legali barranin huma soġġetti għall-istess kondizzjonijiet ta’ eżenzjoni, tnaqqis, proroga u skedar ta’ ħlasijiet kif japplikaw għaċ-ċittadini Litwani.

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

Studju ta’ Każ

Appelli

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Każ A

L-atturi li japplikaw għas-sostenn tat-tfal huma eżentati mill-ħlas tad-drittijiet uffiċjali f’każijiet li jinstemgħu minn qorti

Il-parteċipanti fi proċediment iħallsu 10 Litas għal kopja ta’ dokument tal-qorti, u 1 Litas għal kull paġna

Il-qorti tgħaddi l-ħlas tal-ispejjeż tal-litigazzjoni tal-parti li tirbaħ lill-parti opposta, anke jekk tal-aħħar tkun eżentata milli tħallas l-ispejjeż tal-litigazzjoni fil-fondi tal-istat.

Każ B

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

Studju ta’ Każ

Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Din hija għażla disponibbli għal dan it-tip ta’ każ?

Spejjeż

Każ A

Iva, wara li l-essenza tat-tilwima tiġi identifikata f’seduta preliminari, il-qorti toffri liż-żewġ partijiet l-opportunità li jaslu għal ftehim ta’ kompromess aċċettabbli reċiprokament u għalhekk jirriżolvu l-każ b’mod amikevoli.

Mingħajr ħlas

Każ B

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

Spejjeż tal-avukat, tal-bailiff u tal-espert

Studju ta’ Każ

Avukat

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż medji

Każ A

Ir-rappreżentazzjoni ta’ avukat mhux obbligatorja

Ara t-taqsima dwar ir-Regolamentazzjoni tad-Drittijiet tal-Professjoni Legali aktar ‘il fuq

Każ B

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

Studju ta’ Każ

Bailiff

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż ta’ qabel is-sentenza

Spejjeż ta’ wara s-sentenza

Każ A

Le

Le

Le. Il-bailiffs jkollhom rwol biss wara l-ħruġ tal-ordnijiet ta’ eżekuzzjoni.

Spejjeż ta’ eżekuzzjoni:

1) Ħlasijiet perjodiċi ta’ manteniment huma eżegwiti mis-salarju tad-debitur – 30 Litas għall-eżekuzzjoni, li l-bailiff jirċievi f’kull każ ta’ eżekuzzjoni, u spejjeż oħra ta’ eżekuzzjoni, skont it-tip u l-kwantità tal-azzjonijiet ta’ eżekuzzjoni.

2) jekk il-manteniment jiġi rkuprat mill-proprjetà tad-debitur, l-ispejjeż ta’ eżekuzzjoni f’kull każ għall-eżekuzzjoni u s-salarju tal-bailiff jiddependu fuq id-daqs tad-debitu

Każ B

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

Studju ta’ Każ

Espert

L-użu huwa mandatorju?

Spiża

Każ A

Il-qorti tista’ taħtar espert jew esperti għal kwistjonijiet li jeħtieġu għarfien speċjali fix-xjenza, mediċina, arti, inġinerija jew snajja’, soġġett għall-opinjoni tal-parteċipani fil-proċediment.

Għandha titħallas garanzija minn qabel ta’ ammont stabbilit mill-qorti mill-parti li tagħmel ikt-talba. Il-gvern jew istituzzjoni awtorizzata tistabbilixxi l-ispejjeż massimi. Il-qorti tgħaddi l-ħlas tal-ispejjeż tal-litigazzjoni tal-parti li tirbaħ lill-parti opposta, anke jekk tal-aħħar ikun eżenti milli jħallas l-ispejjeż tal-litigazzjoni fil-fondi tal-istat.

Każ B

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-ispejjeż għall-kumpens tax-xhieda, għal rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn relevanti

Studju ta’ Każ

Kumpens għax-xhieda

Rahan jew garanzija

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spiża

Dan jeżisti u meta jeżisti kif jintuża?

Spiża

Case A

Iva, l-ammonti mħallsa lix-xhieda jiżdiedu mal-ispejjeż konnessi mas-smigħ tal-każ

Iva, l-ammonti mħallsa lix-xhieda jiżdiedu mal-ispejjeż konnessi mas-smigħ tal-każ

Ara t-taqsima dwar id-Drittijiet tal-Esperti aktar ‘il fuq.

Ara t-taqsima dwar id-Drittijiet tal-Esperti aktar ‘il fuq.

Case B

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

Case

Study

Other fees

Description

Cost

Case A

Spejjeż oħra jinkludu: 1) l-ispezzjoni ta’ post; 2) it-tiftix tal-konvenut; 3) in-notifika ta’ dokumenti tal-qorti; 4) l-issodisfar tas-sentenza tal-qorti; 5) rimborż għax-xogħol ta’ kuratur; 6) oħrajn kif neċessarju u raġonevoli

Ara t-taqsima dwar l-Esperti aktar ‘il fuq. L-ispejjeż għal tiftix ta’ konvenut għandhom jitħallsu mill-parti li tkun talbet tiftix jew mill-qorti.

Ara t-taqsima dwar id-Drittijiet tal-bailiffs

Tutur għandu d-dritt li jirċievi ħlas għar-rappreżentazzjoni b’konformità mad-drittijiet u l-proċedura stabbilita mill-gvern jew l-istituzzjonijiet awtorizzati tiegħu. L-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni jitħallsu mill-parti li fuq inizjattiva tagħha jkun inħatar tutur, li għandha tħallas l-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni tiegħu jew tagħha minn qabel.

Case B

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

Spejjeż għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra

Case

study

Legal Aid

Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija applikabbli?

Meta huwa totali s-sostenn?

Kundizzjonijiet?

Case A

L-għajnuna legali primarja tista’ tintalab kif deskritt fit-taqsima dwar l-Għajnuna Legali aktar ‘il fuq.

L-għajnuna legali sekondarja hija eliġibbli taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fit-taqsima dwar l-Għajnuna Legali aktar ‘il fuq.

L-istat jiggarantixxi 100% tal-ispejjeż tal-għajnuna legali primarja.

L-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja jikkunsidraw il-proprjetà u d-dħul tal-persuna (ara t-taqsima dwar l-Għajnuna Legali aktar ‘il fuq)

Persuni li jkunu jixtiequ li jirċievu l-għajnuna legali primarja jistgħu japplikaw fl-istituzzjoni eżekuttiva ta’ muniċipalità, skont il-post dikjarat ta’ residenza.

Persuni li jkunu jixtiequ jirċievu l-għajnuna legali sekondarja għandhom japplikaw b’dokumenti li jissostanzjaw it-talba u li jippruvaw l-eliġibbiltà għall-għajnuna legali sekondarja.

Studju ta’ każ

Rifużjoni

Tista’ l-parti rebbieħa tikseb rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix totali x’perċentwali tkun inġenerali?

Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi?

Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali għandha tiġi rifuża lil xi organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali?

Każ A

Il-parti rebbieħa tista’ tikseb rifużjoni tal-ispejjeż tal-litigazzjoni mingħand il-parti li titlef.

Fejn il-proviżjoni ta’ għajnuna legali sekondarja tkun imwaqqfa għar-raġunijiet imsemmija fis-subparagrafi 1, 2 u 6 tal-paragrafu 1 tal-artikolu 23 tal-liġi. L-ispejjeż jistgħu jiġu rkuprati mingħand il-persuna li tkun ġiet ipprovduta lilha skont il-proċedura stabbilita bil-liġi.

Fejn il-benefiċċji tal-assigurazzjoni jitħallsu wara l-ispejjeż, l-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja għandhom jiġu rifużi lill-baġit tal-istat fi żmien xahar mill-ħlas tal-benefiċċju tal-assigurazzjoni skont il-proċedura stabbilita mill-Ministru tal-Ġustizzja. Fejn persuna tonqos milli tirrifondi dawn l-ispejjeż, għandhom jiġu rkuprati skont il-proċedura legali.

Fejn tkun ġiet ipprovduta l-għajnuna legali sekondarja (subparagrafu 6 tal-artikolu 12 tal-liġi) imma fejn iċ-ċirkostanzi jinbidlu (subparagrafu 1 tal-paragrafu 2 tal-artikolu 11) l-persuna għandha tirrifondi l-ammont tal-għajnuna legali sekondarja fil-baġit tal-istat fi żmien il-limitu ta’ żmien stabbilit mis-servizz. Jekk jonqsu milli jagħmlu dan, l-ispejjeż jiġu rkuprati skont il-proċedura legali meħtieġa

Meta 50% perċentwali tal-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja jkunu koperti, u applikant jonqos milli jħallas is-sehem tiegħu jew tagħha ta’ 50% perċentwali tal-ispejjeż ta’ proċedimenti ċivili jew amministrattiv fi żmien il-limiti ta’ żmien meħtieġa, il-każ jista’ jitwaqqaf mingħajr mal-qorti tieħu deċiżjoni fuq il-mertu tal-kwistjoni, u l-applikant għandu jirrifondi l-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja pprovduta fi żmien il-limiti ta’ żmien stabbiliti mis-servizz. L-istat ikun rappreżentat mis-servizz tal-għajnuna legali.

L-ispejjeż tal-għajnuna legali garantita mill-istat u dawk tad-debitur fil-proċess ta’ eżekuzzjoni.

Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni

Studju ta’ każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Każ A

Id-dokumenti kollha tal-qorti u d-dokumenti annessi għandhom ikunu sottomessi l-qorti bil-lingwa tal-istat.

Parti, li d-dokumenti tal-qorti tagħha għandhom jiġu tradotti f’lingwa barranija, għandhom iħallsu minn qabel garanzija stabbilita mill-qorti biex ikopru l-ispejjeż tal-litigazzjoni. Jekk iż-żewġ partijiet jissottomettu petizzjonijiet, iż-żewġ partijiet iħallsu l-garanzija f’partijiet indaqs.

Persuni li ma jitkellmux il-lingwa uffiċjali, huma garantiti d-dritt għas-servizzi ta’ interpretazzjoni/traduzzjoni matul il-proċedimenti.

Il-qorti għandha tħallas l-ammonti dovuti lill-interpreti/tradutturi mill-fondi tal-baġit tal-istat.

Każ B

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-istess bħal fis-sitwazzjoni nazzjonali

L-aħħar aġġornament: 07/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.