Spejjeż

Portugall

F'dan l-istudju ta' każ dwar il-liġi tal-familja – id-divorzju, l-Istati Membri ġew mitluba javżaw lill-parti li trid tibda proċedimenti ta' divorzju bl-ispejjeż tal-litigazzjoni għal dawn is-sitwazzjonijiet: Każ A- Sitwazzjoni nazzjonali: koppja tiżżewweġ. Wara jisseparaw u jaqblu fuq divorzju. Każ B – Sitwazzjoni tranznazzjonali: Żewġ ċittadini mill-istess Stat Membru (Stat Membru A) jiżżewġu. Iż-żwieġ jiġi ċċelebrat fi Stat Membru A. Wara ż-żwieġ, il-koppja tmur tgħix u taħdem fi Stat Membru ieħor (Stat Membru B) fejn jistabbilixxu r-residenza tagħhom. Ftit wara l-koppja tissepara u l-mara tirritorna lura lejn l-Istat Membru A filwaqt li r-raġel jibqa' fl-Istat Membru B. Il-koppja taqbel fuq divorzju. Mar-ritorn tagħha lura fl-Istat Membru A, il-mara immedjatament tibda proċedimenti ta' divorzju quddiem il-qrati tal-Istat Membru B.

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall

Spejjeż fil-Portugall

Spejjeż tal-qorti, appelli u riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim

Studju ta’ każ

Qorti

Appelli

ADR


Drittijiet inizjali

Drittijiet ta' traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Drittijiet inizjali

Drittijiet ta' traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Huwa possibbli f'dawn il-każijiet?

Spejjeż

Każ A

EUR 306



EUR 306



Iva. Il-medjazzjoni tista' ssir sabiex jintlaħaq wieħed mid-diversi forom ta' ftehim sabiex id-divorzju jiġi pproċessat mill-uffiċju tar-reġistru ċivili (ara n-nota)

EUR 50

Nota: Jekk il-koppja taqbel fuq divorzju bonarju, il-każ jitressaq il-qorti biss jekk ma jkunx hemm qbil fuq waħda minn dawn il-kwistjonijiet: id-diviżjoni tal-assi, l-eżerċizzju tas-setgħa tal-ġenituri, il-manteniment jew il-futur tad-dar tal-familja.

Jekk il-koppja taqbel fuq dawn il-kwistjonijiet, il-proċedimenti ta' divorzju jsiru quddiem l-Uffiċju tar-Reġistru Ċivili (conservatória do registo civil) soġġetti għal ħlas ta' dritt wieħed ta' EUR 280.

L-aħħar aġġornament: 29/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.