Spejjeż

Portugall

F'dan l-istudju ta' każ dwar il-liġi kummerċjali - ir-responsabbiltà, l-Istati Membri ġew mitluba jagħtu parir lill-konsumatur dwar l-ispejjeż tal-litigazzjoni fil-każijiet li ġejjin: Każ A- Każ nazzjonali Fabbrikant tat-tagħmir tat-tisħin jikkonsenja ħiter lil installatur. L-installatur ibigħ (u jinstalla) l-ħiter lil klijent li jrid jarma d-dar tiegħu. Ftit wara, d-dar tieħu n-nar. Dawk kollha involuti (il-fabbrikant tat-tagħmir tat-tisħin, l-installatur, il-klijent aħħari) huma assigurati. Is-sors tan-nar jiġi kkontestat. Ħadd ma jrid jagħti kumpens lill-klijent. Il-klijent jiddeċiedi li jiftaħ kawża kontra l-fabbrikant tat-tagħmir tat-tisħin, l-installatur tat-tagħmir u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni għal kumpens sħiħ. Każ B - Każ tranżnazzjonali: Fabbrikant ta' tagħmir tat-tisħin fi Stat Membru B jikkonsenja ħiter lil installatur fi Stat Membru C. L-installatur ibigħ (u jinstalla) il-ħiter għand klijent fi Stat Membru A li jrid jarma d-dar tiegħu. Ftit wara, id-dar tieħu n-nar. Dawk kollha involuti (il-fabbrikant tat-tagħmir tat-tisħin, l-installatur, il-klijent) huma assigurati fl-Istat Membru tagħhom. Is-sors tan-nar jiġi kkontestat. Ħadd ma jrid jagħti kumpens lill-klijent. Il-klijent jiddeċiedi li jiftaħ kawża kontra l-fabbrikant tat-tagħmir tat-tisħin, l-installatur tat-tagħmir u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni fl-Istat Membru A għal kumpens sħiħ.

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall

Spejjeż fil-Portugall

L-ispejjeż tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni

Sitwazzjoni fil-prattika

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Spejjez oħra speċifiċi għal tilwim transfruntier?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija meħtieġa t-traduzzjoni?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija meħtieġa l-interpretazzjoni?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Spiża approssimattiva?

Każ A

Għal deċiżjonijiet minn qrati mhux Portugiżi jew dokumenti mhux bil-Portugiż

EUR 0.027 kull kelma

Jekk il-persuna kkonċernata mhix Portugiża u ma titkellimx bil-Portugiż, irid jinħatar traduttur/interpretu.

Bejn EUR 102 u EUR 204

-

-

Każ B

Għal deċiżjonijiet minn qrati mhux Portugiżi jew dokumenti mhux bil-Portugiż

EUR 0.027 kull kelma

Jekk il-persuna kkonċernata mhix Portugiża u ma titkellimx bil-Portugiż, irid jinħatar traduttur/interpretu.

Bejn EUR 102 u EUR 204

-

-

L-aħħar aġġornament: 29/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.