Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Bulgaruil-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiżil-Portugiż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Spejjeż

Spanja

F’dan l-istudju dwar il-liġi tal-familja – divorzju, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-parti li tressaq it-talba għad-divorzju dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin: Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: koppja tiżżewweġ. Wara jisseparaw u jaqblu li għandhom jiddivorzjaw. Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Żewġ ċittadini mill-istess Stat Membru (Stat Membru A) jiżżewwġu. Iż-żwieġ jiġi ċċelebrat fi Stat Membru A. Wara ż-żwieġ, il-koppja tmur tirresjedi u taħdem fi Stat Membru ieħor (Stat Membru B), fejn huma jistabbilixxu residenza. Ftit wara, il-koppja tissepara, bil-mara tmur lura lejn l-Istat Membru A u r-raġel jibqa’ fl-Istat Membru B. Il-koppja jaqblu li għandhom jiddivorzjaw. Hekk kif tasal lura fi Stat Membru A, il-mara mal-ewwel tiftaħ kawża ta’ divorzju quddiem il-qrati ta’ Stat Membru B.

Il-kontenut ipprovdut minn
Spanja

Spejjeż fi Spanja

Spejjeż għat-Tribunali, l-appelli u soluzzjonijiet alternattivi għat-Tilwim

Studju tal-Każ

Tribunal

Appelli

Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim

Spejjeż inizjali

Spejjeż ġenerali

Spejjeż oħrajn

Spejjeż inizjali

Spejjeż ġenerali

Spejjeż oħrajn

Din l-alternattiva hija possibbli għal dan it-tip ta’ każ?

Spejjeż

Każ A

Spejjeż inizjali.- Id-depożiti mħallsa lill-avukat jew prokuratur, sakemm ma tkunx intitolat għall-għajnuna legali (irregolata bil-Liġi 1/1996 dwar l-Għajnuna Legali).

Id-divorzju bi qbil reċiproku huwa wieħed mill-każijiet li jgawdu minn eċċezzjoni għall-ħlas ta' taxxa ġudizzjarja. Jekk minflok bi qbil reċiproku d-divorzju jkun kontenzjuż, ikun hemm l-obbligu tal-ħlas ta' taxxa, sakemm il-parti kontenzjuża ma tkunx tittratta biss il-minuri.

Dawn huma l-ispejjeż ġenerali tal-proċeduri. Huma jiġu imposti fuq il-parti li kellha t-talbiet tagħha miċħuda (prinċipju tat-tellief iħallas), sakemm il-każ ma jippreżentax dubji serji fuq il-fatti jew fuq il-liġi (Art. 394(1) L.E.C.). Fil-każ ta’ aċċettazzjoni jew ċaħda parzjali, kull parti tħallas l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż komuni.

Japplika l-prinċipju tat-tellief iħallas (Art. 394(2) tal-L.E.C.), fil-każ ta’ divorzju kontenzjuż.

L-ispejjeż għall-esperti, biex tikseb kopji, xhieda, strumenti u atti notarili jew tar-Reġistri Pubbliċi.

L-istess bħal fl-ewwel istanza.

Japplika l-istess kriterju bħal fl-ewwel istanza

Japplika l-istess kriterju bħal fl-ewwel istanza

Fi Spanja hija prevista l-medjazzjoni fi kwistjonijiet familjari, iżda l-kompetenzi korrispondenti huma tal-Komunitajiet Awtonomi.

Fil-prinċipju, il-Komunitajiet Awtonomi stipulaw il-medjazzjoni mingħajr ħlas.

Każ B

Spejjeż inizjali.- Id-depożiti mħallsa lill-avukat jew prokuratur, sakemm ma tkunx intitolat għall-għajnuna legali (irregolata bil-Liġi 1/1996 dwar l-Għajnuna Legali).

Id-divorzju bi qbil reċiproku huwa wieħed mill-każijiet li jgawdu minn eċċezzjoni għall-ħlas ta' taxxa ġudizzjarja. Jekk minflok bi qbil reċiproku d-divorzju jkun kontenzjuż, ikun hemm l-obbligu tal-ħlas ta' taxxa, sakemm il-parti kontenzjuża ma tkunx tittratta biss il-minuri.

Dawn huma l-ispejjeż ġenerali tal-proċeduri. Huma jiġu imposti fuq il-parti li kellha t-talbiet tagħha miċħuda (l-Artikolu 394(1) tal-L.E.C.), fil-każ ta’ divorzju kontenzjuż

Proposti ta' provi, tfassil tal-ftehim li jirregola d-divorzju.

Il-parti li tappella trid tħalli depożitu minn qabel, sakemm ma tkunx intitolata għall-għajnuna legali.

Japplika l-istess kriterju bħal fl-ewwel istanza

Japplika l-istess kriterju bħal fl-ewwel istanza

Fi Spanja hija prevista l-medjazzjoni fi kwistjonijiet familjari, iżda l-kompetenzi korrispondenti huma tal-Komunitajiet Awtonomi.

L-ispejjeż imħallsa lill-professjonisti li jieħdu sehem fil-proċess

Spejjeż tal-avukati, l-amministraturi ġudizzjarji u l-esperti

Studju tal-Każ

Avukati

Amministraturi ġudizzjarji.

Esperti

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

Spejjeż

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

Spejjeż qabel is-sentenza.

Spejjeż wara s-sentenza

Bilfors jintervjenu?

Spejjeż

Każ A

Il-partijiet jridu jkunu assistiti minn avukat u rappreżentati minn prokuratur (l-Artikolu 750 L.E.C.)

Huwa neċessarju l-provvediment ta' fondi għall-avukat u l-prokuratur u wara spejjeż eventwali jridu jitħallsu lill-parti rebbieħa (fil-każ ta’ proċediment kontenzjuż)

Ma jirrappreżentax lill-partijiet

L-ebda spiża

L-ebda spiża

Minħabba n-natura ta' dan il-proċediment, normalment ma jintervjenux

Xejn

Spejjeż għall-kumpens tax-xhieda, depożitu jew garanzija u spejjeż oħra rilevanti.

Studju tal-Każ

Kumpens tax-xhieda

Depożiti

Spejjeż oħrajn

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spejjeż

Jeżistu? Meta u kif jintużaw?

Spejjeż

Deskrizzjoni

Spejjeż

Każ A

Ix-xhieda għandhom id-dritt li jkunu kkumpensati mill-parti li ssejħilhom bħala xhieda, għad-danni kkawżati mill-preżenza tagħhom fil-qorti (l-Artikolu 375(1) L.E.C.)

Parti mill-prezz hija inkluża fil-ħlas tal-ispejjeż

Ma jiġi ppreżentat l-ebda depożitu bil-quddiem

Xejn

Ċertifikati mir-Reġistru Ċivili, ċertifikati taż-żwieġ jew ċertifikati tat-twelid, dokumenti li fuqhom jibbażaw id-dritt tagħhom (l-Artikolu 777(2) LEC)

Dawk applikabbli

Każ B

Ix-xhieda għandhom id-dritt li jkunu kkumpensati mill-parti li ssejħilhom bħala xhieda, għad-danni kkawżati mill-preżenza tagħhom fil-qorti (Art. 375(1) L.E.C.)

Parti mill-kumpens huwa inkluż fil-ħlas tal-ispejjeż

Ma jiġi ppreżentat l-ebda depożitu bil-quddiem

Xejn

Ċertifikati mir-Reġistru Ċivili, ċertifikati taż-żwieġ jew ċertifikati tat-twelid, dokumenti li fuqhom jibbażaw id-dritt tagħhom (l-Artikolu 777(2) LEC)

Dawk applikabbli

Spejjeż għall-għajnuna legali u rimborżi oħrajn.

Studju tal-Każ

Għajnuna Legali

Rimborżi

Meta u taħt liema kundizzjonijiet tapplika?

Meta tingħata għajnuna sħiħa?

B'liema kundizzjonijiet?

Tista’ l-parti rebbieħa tikseb rimborż tal-ispejjeż tal-kawża?

Każ A

Hija tapplika għal min m’għandux mezzi finanzjarji biżżejjed biex ikun involut f'kawża (Avukat, prokuratur, fost l-oħrajn)

Jitqies li hemm nuqqas ta’ mezzi finanzjarji meta persuna fiżika tkun tista’ turi li r-riżorsi u d-dħul finanzjarji tagħha, ikkalkulati kull sena abbażi tal-kunċetti kollha u għal kull unità familjari, ma jkunux jaqbżu d-doppju tal-Indiċi Pubbliku tad-Dħul għal Iżjed minn Skop Wieħed (IPREM), fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni.

Għandu jqis il-ftehim li jkun sar mal-avukat tiegħu, jekk ikun sar.

Każ B

Hija tapplika għal min m’għandux mezzi finanzjarji biżżejjed biex ikun involut f'kawża (Avukat, prokuratur, fost l-oħrajn)

Jitqies li hemm nuqqas ta’ mezzi finanzjarji meta persuna fiżika tkun tista’ turi li r-riżorsi u d-dħul finanzjarji tagħha, ikkalkulati kull sena abbażi tal-kunċetti kollha u għal kull unità familjari, ma jkunux jaqbżu d-doppju tal-Indiċi Pubbliku tad-Dħul għal Iżjed minn Skop Wieħed (IPREM), fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni.

Għandu jqis il-ftehim li jkun sar mal-avukat tiegħu, jekk ikun sar

Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni

Studju tal-Każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Meta u b'liema kundizzjonijiet tapplika?

X'inhuma l-ispejjeż bejn wieħed u ieħor?

Meta u b'liema kundizzjonijiet tapplika?

X'inhuma l-ispejjeż bejn wieħed u ieħor?

Każ A

Każ B

Id-dokumenti pubbliċi jew privati li jistgħu jkunu meħtieġa f’kundizzjonijiet legali stabbiliti

(traduzzjoni minn traduttur ġuramentat rikonoxxut b’mod uffiċjali)

It-tradutturi jistabbilixxu t-tariffi tagħhom stess.

Interpreti għall-proċediment fejn jirriżulta li jkun hemm bżonnhom

L-interpreti jistabbilixxu t-tariffi tagħhom stess

L-aħħar aġġornament: 17/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.