Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Bulgaruil-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiżil-Portugiż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Spejjeż

Spanja

F’dan l-istudju dwar id-dritt kummerċjali – kuntratti, l-Istati Membri ntalbu jinfurmaw lill-bejjiegħ bl-ispejjeż tal-kawża fis-sitwazzjonijiet li ġejjin: Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Kumpanija kkonsenjat prodotti li jiswew EUR 20 000. Il-bejjiegħ ma tħallasx għaliex ix-xerrej iqis li l-prodotti mhumiex konformi mal-qbil li kien sar. Il-bejjiegħ jiddeċiedi li jiftaħ kawża biex jikseb il-ħlas kollu tal-prezz. Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Kumpanija li għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha fi Stat Membru B twassal prodotti li jiswew EUR 20 000 lil xerrej fi Stat Membru A. Il-kuntratt jaqa’ taħt il-liġi ta’ Stat Membru B u miktub bil-lingwa ta' Stat Membru B. Dan il-bejjiegħ ma tħallasx għaliex ix-xerrej, li jinsab fi Stat Membru A, iqis li l-prodotti mhumiex konformi mal-qbil li kien sar. Il-bejjiegħ jiddeċiedi li jiftaħ kawża biex jikseb il-ħlas kollu tal-prezz kif stipulat fil-kuntratt max-xerrej.

Il-kontenut ipprovdut minn
Spanja

Spejjeż fi Spanja

Spejjeż għall-Qorti, Appelli u Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Studju ta' każ

Qorti

Appelli

Soluzzjoni alternattiva tat-tilwim

Spejjeż inizjali

Spejjeż ġenerali

Spejjeż oħra

Spejjeż inizjali

Spejjeż ġenerali

Spejjeż oħra

Din l-għażla hija miftuħa għal dan it-tip ta’ każ?

Spejjeż

Każ A

Fil-priċipju, jekk wieħed iżomm mal-proċedura ta' twissija tal-Artikoli 812 u dawk segwenti tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili (L.E.C.), ma jkunx neċessarju avukat biex iressaq l-ewwel pretensjoni formali għall-ħlas, ikun xi jkun l-ammont mitlub.

Jekk wieħed jimxi mal-proċedura dwar il-mertu jkunu neċessarji avukat u prokuratur jekk l-ammont jaqbeż l-EUR 2000.

F'każ li d-debitur jappella fil-proċedura ta' twissija jkun neċessarju l-intervent ta' avukat u prokuratur jekk jinqabeż l-ammont stabbilit mil-L.E.C. (bħalissa EUR 2000)

Barra minn hekk għandha wkoll titħallas taxxa skont it-tip ta' proċediment u l-pretensjoni, dejjem jekk jaqbżu l-EUR 2000, għajr fejn ikun rikonoxxut id-dritt tal-għajnuna legali (irregolat bil-Liġi 1/1996 dwar l-Għajnuna Legali)

Dawn huma l-ispejjeż ġenerali tal-proċess. Dawn ikunu imposti fuq il-parti li l-pretensjonijiet kollha tagħha jkunu ġew miċħuda.

Tressiq ta' provi

Kumpens għax-xhieda

Perizja

Jekk ma jkunx hemm appelli min-naħa tad-debitur, il-proċediment kważi ma fih l-ebda spejjż. Jekk isir appell jkunu applikati r-regoli ġenerali, jiġifieri l-parti li titlob l-appell jkollha tħallas taxxa u tagħti depożitu minn qabel, sakemm am jkollhiex dritt għall-għajnuna legali.

L-istess kriterju japplika għall-ewwel istanza.

L-istess kriterju japplika għall-ewwel istanza.

Hemm ukoll il-possibbiltà li l-partijiet jilħqu qbil dwar l-ammonti tal-ħlas mingħajr l-intervent ta' partijiet terzi u li jrid ikun approvat mill-imħallef jew inkella billi jirrikoru għall-medjazzzjoni minkejja li jkun beda l-proċediment. Il-Liġi 5/2012, tas-6 ta' Lulju, dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, tittrasponi fil-Liġi Spanjola d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008. Din il-Liġi tistabbilixxi qafas minimu għall-użu tal-medjazzjoni mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet adottati mill-Komunitajiet Awtonomi.
Tali liġi tinkludi l-possibilità li l-partijiet jiġu infurmati fl-istadju preliminari li jirrikorru għall-medjazzjoni biex jippruvaw isibu soluzzjoni għat-tilwima, inkluż, u skont is-suġġett tal-proċess, il-qorti tkun tista' tistieden lill-partijiet biex jippruvaw jilħqu ftehim li jtemm il-proċess u tippermetti li l-partijiet jitolbu s-sospensjoni tal-proċess skont l-Artikolu 19(4) biex jissottomettu ruħhom għall-medjazzjoni jew l-arbitraġġ.

Il-Ftehim jissuponi l-ħlas lura ta' 60% tat-taxxa ġudizzjarja.
B'mod ġenerali, il-medjazzjoni konnessa mal-Qorti tkun b'xejn.
Fil-każ ta' medjazzjoni ekstraġudizzjarja, il-partijiet huma liberi li jirrikorru għand medjatur u jħallsu l-onorarji li jaqblu dwarhom liberament. Rigward il-ħlas għall-medjazzjoni, il-Liġi 5/2012 tgħid espressament li, sakemm il-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, il-ħlas għall-medjazzjoni jinqasam b'mod ugwali bejn il-partijiet, sew jekk il-medjazzjoni twassal għal ftehim u sew jekk le.

Każ B

Idem bħall-każ preċedenti

Idem

Idem

Idem

Idem

Idem

Idem

Idem

Spejjeż tal-avukati, amministraturi ġudizzjarji u esperti

Studju ta' każ

Avukati

Amministraturi ġudizzjarji

Esperti

Ir-rappreżentazzjoni hija obbligatorja?

Spejjeż

Ir-rappreżentazzjoni hija obbligatorja?

Spejjeż ta' qabel is-sentenza

Spejjeż ta' wara s-sentenza

L-użu tal-esperti huwa obbligatorju?

Spejjeż

Każ A

Mhux jekk ikun konformi mal-proċediment ta' twissija, għajr jekk isir appell.
Jekk wieħed iżomm ma' proċediment skont il-mertu, jew fil-każ ta' proċediment ta' twissija jsir appell, ikun obbligatorju meta l-ammont mitlub jaqbeż l-EUR 2000. F'każijiet bħal dawn il-partijiet iridu jkunu assistiti minn avukat u rappreżentati minn prokuratur (l-Artikolu 31 L.E.C.).

Jiddependi mid-daqs tal-pretensjoni tal-proċediment u mid-dispożizzjonijiet proċedurali li jirriżultaw.

Mhux meħtieġa rappreżentanza.

Le, iżda huwa rakomandabbli l-użu ta' esperti, imħallsa mill-parti li titlobhom, f'każijiet speċifiċi.

Jiddependi mill-kamp ta' applikazzjoni u mis-suġġett tal-perizja li għandha tinħareġ.

Każ B

Idem bħall-każ ta' qabel

Idem

Idem

Idem

L-ispejjeż għall-kumpens tax-xhieda, għal rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn rilevanti

Studju ta' każ

Kumpens għax-xhieda

rahan

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spejjeż

Jeżisti? Kif u meta jintuża?

Spejjeż

Każ A

Ix-xhieda għandhom dritt għal kumpens għal danni u telf li x-xhieda tagħhom fil-qorti tkun ikkawżatilhom mill-parti li tkun sejħitilhom (l-Artikolu 375.1 L.E.C).

tali kumpens ikun iffissat mis-Segretarju Ġudizzjarju fuq talba mix-xhud (spejjeż tal-ivjaġġar, manteniment, eċċ.) sakemm tali talba tkun sostnuta mid-dokumenti dovuti.

Mhux meħtieġ depożitu bil-quddiem. Id-depożiti jeżistu biss għal deċiżjonijiet speċifiċi.

Tvarja skont id-deċiżjoni appellata. Tista' tvarja bejn EUR 25 u EUR 50.

Każ B

Idem bħall-każ preċedenti

Idem

Spejjeż għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra

Studju ta' każ

L-Għajnuna Legali

Rifużjoni

Meta u f'liema kundizzjonijiet tkun applikabbli?

Meta tkun totali l-għajnuna?

X'inhuma l-kundizzjonijiet?

Tista' l-parti rebbieħa tikseb ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża?

Meta u f'liema kundizzjonijiet tkun applikabbli?

Meta tkun totali l-għajnuna?

X'inhuma l-kundizzjonijiet?

Każ A

tapplika għal persuni li juru li ma għandhomx finanzi suffiċjenti biex jieħdu sehem fi proċedimenti legali (inkluż it-tariffi tal-avukat, tal-prokuratur u tal-espert, fost l-oħrajn ).

Bħalissa hija il-Kummissjoni tal-Għajnuna Legali kompetenti li tiffissa l-prestazzjonijiet suġġetti għad-dritt għall-għajnuna legali. L-għajnuna legali tista' tintalab għal xi prestazzjoni prevista fil-liġi biss (pereżempju, biex ma titħallasx it-tazza ġudizzjarja).

Jitqies li jeżisti nuqqas ta’ mezzi finanzjarji meta persuna fiżika tkun tista’ turi li r-riżorsi u d-dħul tagħha, ikkalkulati kull sena fuq il-bażi tal-kunċetti kollha u għal kull unità ta’ familja, ma jaqbżux id-doppju tal-Indiċi Pubbliku tad-Dħul għal Aktar minn Skop Wieħed (IPREM), li jkun fis-seħħ fiż-żmien li ssir l-applikazzjoni.

Ġeneralment parti importanti tat-tariffa tal-avukat, jew kollha kemm hi, sakemm din ma taqbiżx it-terz tal-pretenzjoni tal-każ, u d-drittijiet u l-pagamenti bil-quddiem tal-prokuratur, onorarji tal-perizja (skont il-każ) jistgħu jkunu rimborżati wara l-valutazzjoni tal-ispejjeż.

Fejn hemm deċiżjoni biex l-ispejjeż jitħallsu minn dik il-parti (394 L.E.C.) u wara li ssir il-valutazzjoni tal-ispejjeż mis-Segretarju Ġudizzjarju.

Deċiżjoni biex jitħallsu l-ispejjeż lill-parti avversarja.

Każ B

Idem bħall-każ ta' qabel

Idem

Idem

Idem

Idem

Spejjeż tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni

Każ

studju ta'

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Meta u f'liema kundizzjonijiet ikun neċessarju?

X'inhuma l-ispejjeż stmati?

Meta u f'liema kundizzjonijiet ikun neċessarju?

X'inhuma l-ispejjeż stmati?

Każ A

Fil-każ li jkunu preżentati taqsiriet tad-dokumenti f'lingwa li mhix il-Kastellan (jew il-lingwa proprja tal-Komunità Awtonima fejn isir il-proċess), dawn għandhom ikunu akkompanjati minn traduzzjoni. Din it-traduzzjoni tista' ssir privatament u, jekk xi waħda mill-partijiet tikkontesta bl-argument li ma tikkunsidrahiex fidila u eżatta u tesprimi r-raġunijiet għad-diskrepanza, is-Segretarju Ġudizzjarju mbagħad jordna li, fir-rigward tal-parti tad-dokument li dwarha hemm nuqqas ta' qbil fit-traduzzjoni, għandha ssir traduzzjoni uffiċċjali bl-ispejjeż jitħallsu minn min ressaq id-dokument, iżda jekk jirriżulta li din tkun identika għat-traduzzjoni privata, l-ispejjeż tat-traduzzjoni uffiċjali jiġġarrbu mill-persuna li kkontestatha.

Varjazzjoni skont is-suġġett tat-traduzzjoni

Meta jkun meħtieġ li persuna tintervjeni fil-proċess biex tkun interrogata, tagħmel dikjarazzjoni jew tkun informata personalment bis-sentenza u ma tafx il-Kastellan jew skont il-każ il-lingwa kouffiċjali tal-Komunità Awtonoma fejn isir il-proċess, jitqabbad interpretu xi persuna li taf dik il-lingwa, u jintalab minnha li tieħu ġurament u twiegħed traduzzjoni leali.

Ivarjaw skont jekk l-interpretu jkunx professjonali jew le.

Każ B

Idem

Idem

Idem

Idem

L-aħħar aġġornament: 17/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.