

“Notifika ta’ dokumenti” tfisser notifika maħruġa fil-konfront ta’ persuna fiżika jew ġuridika b’tali mod li tkun tista’ tiġi vverifikata u f’forma rregolata mil-liġi. L-għan tar-regoli relatati man-notifika ta’ dokumenti huwa li jkun żgurat li d-dokumenti jkunu nnotifikati b’mod kredibbli lill-persuna rilevanti u li dik in-notifika tkun tista’ tiġi vverifikata.
“Notifika ta’ dokumenti” tfisser notifika maħruġa fil-konfront ta’ persuna fiżika jew ġuridika b’tali mod li tkun tista’ tiġi vverifikata u f’forma rregolata mil-liġi. L-għan tar-regoli relatati man-notifika ta’ dokumenti huwa li jkun żgurat li d-dokumenti jkunu nnotifikati b’mod kredibbli lill-persuna rilevanti u li dik in-notifika tkun tista’ tiġi vverifikata.
Għal proċedimenti ġudizzjarji, il-qorti tkun ġeneralment responsabbli min-notifika tad-dokumenti. Malli saret talba mill-parti rilevanti, il-qorti tista’ tafda lil dik il-parti bir-responsabbiltà għan-notifika tad-dokumenti jew il-qorti tqis li jkun hemm raġunijiet iġġustifikati għal dan.
F’każijiet oħrajn, il-parti li jkun fl-interess tagħha li d-dokumenti jkunu nnotifikati tkun responsabbli għan-notifika tad-dokumenti.
Iva. L-uffiċjali ġudizzjarji tal-qorti distrettwali (käräjäoikeus) għandhom aċċess għas-sistema tad-data dwar il-popolazzjoni, fejn jistgħu jiċċekkjaw id-dettalji aġġornati tal-indirizzi.
Is-Servizz tal-Indirizzi (osoitepalvelu) jippermettilek tfittex indirizzi aġġornati għal kważi r-residenti permanenti kollha fil-Finlandja. L-informazzjoni tas-Servizz hija bbażata fuq l-informazzjoni fis-sistema ta’ data dwar il-popolazzjoni miżmuma mill-Aġenzija tas-Servizzi tad-Data Diġitali u tal-Popolazzjoni (Digi- ja väestötietovirasto).
L-indirizzi jitfittxu bl-użu ta’ isem u kunjom l-individwu. Dan jista’ jkun l-isem attwali jew isem preċedenti. Affarijiet bħall-età tal-individwu, id-data tat-twelid u l-post tad-domiċilju attwali jew preċedenti tiegħu jistgħu jintużaw biex jiġu ffiltrati t-termini tat-tiftixa.
L-indirizzi huma fornuti lil persuni individwali, identifikati b’mod ċar ta’ ’l fuq minn 15-il sena li ma jkunux irrifjutaw li jiġu pprovduti l-indirizzi tagħhom.
Is-servizz tal-indirizzi bil-lingwa Finlandiża: Tel. 0600 0 1000,
Is-servizz tal-indirizzi bil-lingwa Żvediża: Tel. 0600 0 1001,
Dawn is-servizzi huma disponibbli kuljum mit-8:00 sal-22:00.
Is-servizz jiswa EUR 2.50/minuta + it-tariffa tan-network lokali jew tal-mowbajl u t-tariffi tal-avviż ta’ telefonata oħra tal-linja fissa jew tal-mowbajl (EUR 1.98/minuta sas-16.5.2020).
Biex iċċempel lis-servizz trid tkun qiegħed bilfors il-Finlandja.
Id-domandi dwar indirizzi jistgħu jintbagħtu wkoll lill-Aġenzija tas-Servizzi tad-Data Diġitali u tal-Popolazzjoni bil-posta elettronika. Dawn jistgħu jintbagħtu bil-Finlandiż, bl-Iżvediż jew bl-Ingliż bl-użu tal-indirizz tal-posta elettronika: vtj-todistus@dvv.fi. Id-domandi jistgħu jsiru wkoll bil-miktub lill-Aġenzija tas-Servizzi tad-Data Diġitali u tal-Popolazzjoni, PL 123, 00531 Helsinki. Trid titħallas tariffa għas-servizz. L-iskop tal-indirizz għandu jiġi indikat fid-domanda.
L-indirizzi jistgħu jinstabu wkoll b'tiftixa tal-indirizzi kummerċjali.
L-Uffiċċju tal-Privattivi u tar-Reġistrazzjoni Finlandiż (Patentti- ja rekisterihallitus - PRH) u l-Awtorità tat-Taxxa Finlandiża (Verohallinto) għandhom servizz komuni fl-indirizz https://www.ytj.fi/ fejn tista' tfittex għad-dettalji tan-negozju tal-kumpaniji u tal-organizzazzjonijiet. Dan is-servizz huwa disponibbli bil-Finlandiż, bl-Iżvediż u bl-Ingliż. Għal iktar informazzjoni żur https://www.prh.fi/fi/index.html (bil-Finlandiż), https://www.prh.fi/sv/index.html (bl-Iżvediż) u https://www.prh.fi/en/index.html (bl-Ingliż)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 mhux il-proċedura ewlenija biex jinkisbu dettalji ta' indirizz.
Jekk jogħġbok ara l-mistoqsija 4.2 dwar is-sejbien tad-dettalji tal-indirizzi għal individwi jew organizzazzjonijiet fil-Finlandja.
Skont l-Artikolu 3 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja (Oikeudenkäymiskaari; 4/1734), meta l-qorti tkun responsabbli għan-notifika tad-dokumenti fil-proċedimenti ġudizzjarji, id-dokumenti jiġu nnotifikati primarjament bil-posta. Tista' tintbagħat ittra bil-posta rreġistrata bħala prova tal-irċevuta. Inkella, tista' tintbagħat direttament fid-dar tal-individwu. F'każijiet bħal dawn, il-prova tal-irċevuta tinhemeż mal-ittra, u r-riċevitur irid jiffirmaha u jirritornaha l-qorti. Dokumenti relatati ma' proċedimenti ġudizzjarji, ħlief ċitazzjonijiet u l-ewwel talba għal tweġiba, jistgħu jiġu nnotifikati billi jintbagħtu bil-posta standard fl-indirizz indikat mill-parti rilevanti lill-qorti. Ir-riċevitur jitqies li jkun ġie nnotifikat b'dokument bil-posta standard fis-seba' jum wara li tiġi impustata.
Skont l-Artikolu 4 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja (4/1734), id-dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati minn uffiċjal ġudizzjarju jekk in-notifika bil-posta x'aktarx li ma tirnexxix.
Skont l-Artikolu 2 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja (4/1734), bil-kunsens tal-parti rilevanti, il-qorti tista' tħalli r-responsabbiltà għan-notifika tad-dokumenti f'idejn dik il-parti jekk il-qorti tqis li jkun hemm raġunijiet iġġustifikati biex dan isir. F'każijiet bħal dawn, il-qorti tinnotifika lill-parti rilevanti bid-data ta' skadenza għan-notifika tad-dokumenti u biex tintbagħat prova tagħha l-qorti. Skont l-Artikolu 4 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja (4/1734), id-dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati minn uffiċjal ġudizzjarju f'każijiet bħal dawn.
Skont l-Artikolu 4 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja (4/1734), jekk il-qorti tħalli f'idejn il-parti rilevanti r-responsabbiltà għan-notifika tad-dokumenti, u jekk il-parti rilevanti tkun rappreżentata minn avukat jew konsulent legali pubbliku, id-dokumenti jkunu jistgħu jiġu nnotifikati wkoll personalment minn dak l-avukat jew konsulent legali pubbliku lir-riċevitur. F'każijiet bħal dawn, ir-riċevitur jiffirma l-prova li rċieva d-dokumenti. Dan il-metodu ta' notifika ma jistax jintuża f'kawżi kriminali.
Dokumenti ħlief dawk relatati ma' proċedimenti ġudizzjarji jiġu nnotifikati minn uffiċjal ġudizzjarju wara talba mill-awtorità jew minn individwu.
Skont l-Artikolu 3b tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja (4/1734), meta l-qorti tkun responsabbli għan-notifika tad-dokumenti, u jekk il-każ ikun relatat ma’ dejn ta' ammont speċifiku, ir-ritorn tal-pussess jew ta' kundizzjonijiet imxekkla, jew żgumbrament, u l-attur jiddikjara li ma jqisx li l-kawża tikkostitwixxi tilwima, id-dokumenti jkunu jistgħu jiġu nnotifikati bit-telefown. Rekwiżit addizzjonali huwa li n-notifika bit-telefown tkun xierqa fid-dawl tal-ambitu u l-kwalità tad-dokument ikkonċernat u li r-riċevitur ikun infurmat bid-dokument ikkonċernat u jifhem l-importanza tan-notifika tiegħu, mingħajr ebda dubju. Ladarba dokument jiġi nnotifikat bit-telefown, huwa jrid jintbagħat minnufih bħala ittra jew komunikazzjoni elettronika fl-indirizz speċifikat mir-riċevitur, sakemm dan ma jkunx manifestament inutli għal raġunijiet speċjali. Trid tiġi pprovduta wkoll evidenza li d-dokument ġie nnotifikat bit-telefown.
Skont l-Artikolu 3 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja (4/1734), meta l-qorti jew il-prosekutur ikunu responsabbli għan-notifika tad-dokumenti, id-dokument ikun jista' jiġi nnotifikat billi jintbagħat lill-parti rilevanti bħala komunikazzjoni elettronika bil-mod speċifikat mir-riċevitur, jekk ikun jista' jiġi preżunt li r-riċevitur ikun infurmat bid-dokument u jirritorna prova tal-irċevuta sal-iskadenza.
Skont l-Artikolu 7 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja (4/1734), meta uffiċjal ġudizzjarju jkun fittex persuna għall-finijiet ta' notifika ta' dokumenti u li l-post tar-residenza tiegħu ikun fil-Finlandja imma l-uffiċjal ġudizzjarju ma jkunx sab lil dik il-persuna jew lil kwalunkwe persuna li tkun intitolata tirċievi dokumenti nnotifikati f'isem dik il-persuna, u jkun jista' jiġi preżunt fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi li l-persuna kkonċernata qed taħrab in-notifika tad-dokumenti, l-uffiċjal ġudizzjarju jista' jinnotifika d-dokumenti billi jikkonsenjahom lil kwalunkwe membru tal-istess abitazzjoni ta' età 15-il sena jew iktar jew, jekk ir-riċevitur tad-dokumenti jkollu negozju, lil kwalunkwe individwu impjegat ma' dak in-negozju. Jekk ma jkun jista' jinstab ħadd minn dawk imsemmija fuq, id-dokumenti jkunu jistgħu jiġu nnotifikati billi jingħataw lill-forza tal-pulizija lokali.
Meta l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1 tkun ġiet segwita, l-uffiċjal ġudizzjarju jrid jibgħat notifika ta' dan lir-riċevitur tad-dokumenti nnotifikati, bl-użu tal-indirizz tar-riċevitur. Id-dokumenti għandhom jitqiesu bħala li ġew innotifikati meta n-notifika skont it-tifsira tal-paragrafu 2 tiġi impustata.
Fil-kawżi kriminali, iċ-ċitazzjonijiet ma jistgħux jiġu nnotifikati lill-akkużat bl-użu tal-proċedura stabbilita f'dan il-paragrafu.
Skont l-Artikolu 9 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja (4/1734), jekk ma tkun tista' tinstab l-ebda informazzjoni dwar fejn jinsab ir-riċevitur, il-qorti tkun responsabbli għan-notifika tad-dokumenti b'avviż pubbliku. Fil-kawżi kriminali, iċ-ċitazzjonijiet ma jistgħux jiġu nnotifikati lill-akkużat b'avviż pubbliku.
Ara l-mistoqsija 7.1.
Ara l-mistoqsija 7.1.
Jekk ir-riċevitur ma jiġborx id-dokumenti notifikati u l-prova tal-irċevuta mill-uffiċċju postali jew jirrifjuta li jirċevihom, it-talba tintbagħat lura lill-mittent. F'każijiet bħal dawn, id-dokumenti jitqiesu li ma ġewx innotifikati (ara pereżempju, id-Deċiżjoni 50:1997 tal-Qorti Suprema (korkein oikeus)). Similarment, jekk id-dokument li jrid jiġi nnotifikat ikun ġie impustat direttament id-dar tar-riċevitur, titqies li ma ġietx innotifikata sakemm ir-riċevitur ma jirritornax prova ffirmata tal-irċevuta lill-qorti.
Ir-riċevitur jista' jirrifjuta biss li jirċievi dokumenti nnotifikati mill-uffiċjal ġudizzjarju jekk ikunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet elenkati fil-liġi. Ir-riċevitur jista' jirrifjuta li jirċievi d-dokumenti nnotifikati fost l-oħrajn meta d-dokumenti ma jkunux bil-Finlandiż jew bl-Iżvediż jew f'lingwa oħra li jifhem. (Pereżempju: l-Att dwar l-Għajnuna Legali f'Materji Kriminali (Laki kansainvälisestä oikeusavusta rikosasioissa) jew l-Att dwar l-Għajnuna Legali Internazzjonali u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi tad-Dritt Ċivili jew Kummerċjali (Laki kansainvälisestä oikeusavusta sekä tuomioiden tunnustamisesta ja täytäntöönpanosta siviili- ja kauppaoikeuden alalla)).
Jekk ikun hemm raġunijiet skont il-liġi għar-rifjut tan-notifika ta' dokumenti, l-uffiċjal ġudizzjarju jirritorna d-dokumenti. F'każijiet bħal dawn, l-uffiċjal ġudizzjarju jipprovdi evidenza bil-miktub li turi li r-riċevitur irrifjuta n-notifika tad-dokumenti, u spjega tar-raġunijiet għal dan ir-rifjut.
Meta jintbagħtu dokumenti il-Finlandja bil-posta għal notifika u għal prova tal-irċevuta, l-uffiċċju postali jżomm dawn id-dokumenti hu stess u jibgħat nota lir-riċevitur fejn jinfurmah li hemm oġġett x'jiġbor mill-uffiċċju postali. Huma biss ir-riċevitur jew persuna awtorizzata minnu li jistgħu jiġbru dawk id-dokumenti mill-uffiċċju postali. Huwa possibbli li d-dokumenti jingħaddew esklussivament lir-riċevitur personalment jekk il-parti li titlob in-notifika tad-dokumenti titlob li jsir hekk.
Jekk ir-riċevitur ma jiġborx id-dokumenti mill-uffiċċju postali, dawn jiġu rritornati lill-mittent.
F'każijiet bħal dawn, il-mittent jista' jibgħat id-dokumenti u t-talba għal notifika tad-dokumenti lill-qorti distrettwali (käräjäoikeus) għall-post tar-residenza jew tad-domiċilju tar-riċevitur. Ladarba tasal it-talba, l-uffiċjali ġudizzjarji tal-qorti distrettwali jippruvaw jinnotifikaw id-dokumenti lir-riċevitur personalment.
L-uffiċċju postali jibgħat nota lir-riċevitur fejn jinfurmah li hemm oġġett x'jiġbor mill-uffiċċju postali. In-notifika tiddikjara wkoll id-data sa meta r-riċevitur irid jiġbor id-dokumenti.
L-uffiċċju postali jżomm id-dokumenti tul il-ġimgħa ta' meta jkunu waslu u ġimagħtejn kalendarji sħaħ fuqhom.
L-uffiċjal ġudizzjarju jipprovdi l-prova li nnotifika d-dokumenti. Il-prova tingħata anke jekk in-notifika tad-dokumenti tkun saret bil-posta.
Jekk id-dokumenti jkunu nnotifikati inkorrettament u l-persuna rilevanti ma tidhirx il-qorti jew ma tipprovdix tweġiba bil-miktub kif mitluba, id-dokumenti jkollhom jerġgħu jiġu nnotifikati. Madankollu, jekk l-iżball ikun minuri, ma hemmx għalfejn li d-dokumenti jerġgħu jiġu nnotifikati.
Jekk il-persuna rilevanti ssostni li d-dokumenti jkunu ġew innotifikati inkorrettament, il-kawża tiġi aġġornata sakemm dan ma jkunx meħtieġ minħabba li l-iżball kien wieħed żgħir.
In-notifika tad-dokumenti minn uffiċjal ġudizzjarju tiswa EUR 80.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.