

Sib informazzjoni għal kull reġjun
In-notifika tad-dokumenti hija att proċedurali mwettaq u approvat skont il-proċedura stabbilita bil-liġi.
Hemm regoli speċifiċi dwar in-notifika tad-dokumenti sabiex jiġi żgurat li persuna tirċievi dokument u tiġi informata, u sabiex jiġu żgurati d-drittijiet tal-individwu li jiddefendi l-interessi tiegħu matul il-proċedimenti.
F’konformità mal-Artikolu 117(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili”), id-dokumenti legali għandhom jiġu nnotifikati b’mod formali. Hemm żewġ kategoriji ta’ dokumenti legali:
Normalment il-qorti tkun responsabbli għan-notifika ta’ dokument. Madankollu, jekk id-dokumenti jiġu nnotifikati bil-posta rreġistrata jew permezz ta’ uffiċjali ġudizzjarji, kurriera, parti fil-proċedimenti, jew avukat, eċċ., il-persuna li tinnotifika d-dokument tkun responsabbli għan-notifika wkoll.
Iva, il-qrati u l-uffiċjali ġudizzjarji jistgħu jwettqu kontrolli f’reġistri pubbliċi.
Stati barranin ma għandhomx aċċess mingħajr ħlas għad-data tar-reġistru.
Il-Kamra tal-Uffiċjali Ġudizzjarji tal-Litwanja tqassam id-dokumenti għan-notifika lill-uffiċjali ġudizzjarji. L-uffiċjali ġudizzjarji jeżegwixxu n-notifika tad-dokumenti. Jekk l-indirizz tar-riċevitur ma jkunx magħruf, l-uffiċjali ġudizzjarji jivverifikaw mar-reġistri.
Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi l-metodi li ġejjin għan-notifika ta’ dokumenti proċedurali:
Jekk parti fil-proċedimenti tkun persuna fiżika, id-dokumenti proċedurali għandhom jiġu nnotifikati lilha personalment jew lir-rappreżentant tagħha; jekk il-persuna ma jkollhiex kapaċità proċedurali ċivili, id-dokumenti għandhom jiġu nnotifikati lir-rappreżentant legali tagħha. Id-dokumenti proċedurali indirizzati lil persuni ġuridiċi għandhom jiġu nnotifikati lill-maniġer, lill-korpi maniġerjali jew lill-persunal klerikali ta’ dik il-persuna ġuridika (l-Artikolu 123 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Id-dokumenti proċedurali indirizzati lil organizzazzjonijiet paramilitari għandhom jiġu nnotifikati lill-kmandant jew lil uffiċjal li jkun fuq xogħol tal-organizzazzjoni xierqa jew tal-unità tagħha (l-Artikolu 125 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili); id-dokumenti proċedurali indirizzati lil persuni li jinsabu l-ħabs għandhom jiġu nnotifikati permezz tal-amministrazzjoni tal-ħabs ikkonċernata (l-Artikolu 126 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Il-Parti I tal-Kapitolu XI tat-Tieni Taqsima tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tistabbilixxi l-proċedura dwar in-notifika tad-dokumenti, li hija obbligatorja. L-Artikolu 117(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi l-metodi ewlenin tan-notifika tad-dokumenti proċedurali: bil-posta rreġistrata, permezz tal-uffiċjali ġudizzjarji jew ta’ fornituri tas-servizz tal-kurrier, u b’metodi oħra msemmija fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Metodi differenti tan-notifika tad-dokumenti proċedurali jistgħu jinkludu: notifika lil rappreżentant (l-Artikolu 118 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), lil avukat (l-Artikolu 119 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), fil-qorti (l-Artikolu 127 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), lil kuratur (l-Artikolu 129 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), permezz ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku (l-Artikolu 130 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), eċċ.
Fuq talba tal-persuna, id-dokumenti jistgħu jintbagħtu u jiġu nnotifikati bil-posta elettronika.
LITEKO: Il-Kapitolu IV tad-Deskrizzjoni tal-Proċedura għall-Produzzjoni tad-Dokumenti quddiem il-Qorti u n-Notifika tagħhom lil Individwi b’Mezzi Elettroniċi ta’ Komunikazzjoni, approvata bl-Ordni Nru 1R-332 tal-Ministru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja tat-13 ta’ Diċembru 2012 (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“Deskrizzjoni”), jirregola n-notifika ta’ dokumenti proċedurali lil individwi b’mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni. Il-punt 22 ta’ din id-Deskrizzjoni jiddikjara li jekk id-destinatarju jkun meħtieġ jirċievi d-dokumenti proċedurali b’mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni jew ikun ta l-kunsens sabiex id-dokumenti proċedurali jiġu nnotifikati lilu fil-kont tiegħu fis-Subsistema tas-Servizzi Elettroniċi Pubbliċi tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Qrati tal-Litwanja (minn hawn ’il quddiem imsejħa s-“subsistema LITEKO PES/sistema tal-EES”), u soġġett għall-fatt li l-kont tas-subsistema LITEKO PES ikun attiv, l-impjegat tal-qorti maħtur għandu jibgħat id-dokumenti proċedurali lill-kont tas-subsistema LITEKO PES tad-destinatarju. Parteċipant fil-proċedimenti jiġi informat dwar dan permezz ta’ notifika elettronika fil-kont tas-subsistema LITEKO PES tiegħu u permezz tal-indirizz tal-posta elettronika pprovdut. Dan jiddependi minn min ikun id-destinatarju peress li l-korrispondenza bejn l-istituzzjonijiet tista’ ssir biss bil-posta elettronika jew permezz tal-konsenja elettronika.
Is-sistema nazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-konsenja tal-posta elettronika, e-delivery, hija alternattiva elettronika għat-trażmissjoni ta’ ittri uffiċjali bil-posta reġistrata. L-aċċess mingħajr ħlas għas-sistema tal-konsenja elettronika (e-delivery) jippermetti li diversi dokumenti uffiċjali, dikjarazzjonijiet, rikorsi, eċċ. jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet pubbliċi online.
Il-korrispondenza elettronika (e-correspondence) tista’ tintbagħat fis-sistema tal-konsenja elettronika jekk il-konsenjatarju u/jew il-konsenjatur ikun awtorità pubblika. Il-korrispondenza elettronika tista’ tintbagħat:
Is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Uffiċjali ġudizzjarji (AIS) hija l-portal elettroniku tal-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni li jippermetti lill-persuni jipparteċipaw fil-proċess ta’ eżekuzzjoni online.
Dan il-portal jista’ jintuża sabiex:
Iva, dan huwa permess. Jekk persuna li tinnotifika dokument proċedurali ma ssibx lid-destinatarju fil-post ta’ residenza jew fil-post tax-xogħol tiegħu, id-dokument għandu jiġi nnotifikat lil membru adult tal-familja li jirrisjedi mad-destinatarju, sakemm il-membri tal-familja ma jkollhomx interess legali f’kunflitt fl-eżitu tal-kawża; jekk lanqas ma jkun hemm membru tal-familja disponibbli, id-dokument għandu jiġi nnotifikat lill-amministrazzjoni tad-dar/tal-komunità, lill-organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-appartamenti, lill-amministratur tal-parroċċa ċivili, jew lill-amministrazzjoni tal-post tax-xogħol tad-destinatarju (l-Artikolu 123(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Jekk persuna li tinnotifika dokument proċedurali ma ssibx lid-destinatarju fid-domiċilju tal-entità ġuridika jew f’post ieħor magħżul mill-entità ġuridika, id-dokument proċedurali għandu jiġi nnotifikat lil kwalunkwe impjegat tal-entità ġuridika disponibbli fil-post tan-notifika. Jekk dak ma jkunx possibbli, id-dokumenti proċedurali għandhom jiġu nnotifikati lill-kap tal-amministrazzjoni jew lill-membri tal-korp maniġerjali msemmija fir-reġistru ta’ persuni ġuridiċi, bħala persuni fiżiċi, jew lill-membri adulti tal-familja tagħhom (l-Artikolu 123(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Jekk kopja ta’ talba jew ta’ dokumenti proċedurali oħra li jwasslu għall-ħtieġa ta’ difiża tad-drittijiet ta’ parti għandhom jiġu nnotifikati lil parti li l-post ta’ residenza u l-post tax-xogħol tagħha ma jkunux magħrufa jew li ma jkollhiex rappreżentant, it-tali dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati lil kuratur maħtur mill-qorti li tisma’ l-kawża fuq it-talba ta’ parti interessata sakemm isir magħruf il-post ta’ residenza jew il-post tax-xogħol ta’ dik il-parti jew inkella sakemm ir-rappreżentant tagħha jidħol fil-proċedura (l-Artikolu 129 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Ir-regoli ġenerali dwar in-notifika ta’ dokumenti proċedurali japplikaw mill-mument meta d-dokument jiġi ddepożitat fil-post xieraq.
Id-destinatarju jirċievi notifika tal-korrispondenza riċevuta, li għandha tinġabar sat-terminu stabbilit.
Kwalunkwe rifjut ta’ aċċettazzjoni taċ-ċitazzjoni jew ta’ kopja tat-talba jew li tiġi ffirmata l-konferma tar-riċevuta jiġi ttrattat bħala ekwivalenti għan-notifika tagħha, ħlief meta d-dokumenti jiġu nnotifikati minn parti involuta fil-proċedimenti. Il-persuna li tinnotifika d-dokumenti għandha tieħu nota tar-rifjut ta’ aċċettazzjoni taċ-ċitazzjoni jew ta’ kopja tal-talba u tar-raġunijiet għar-rifjut. Jekk iċ-ċitazzjoni jew il-kopji tat-talba jiġu nnotifikati bl-użu ta’ tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjoni, persuna għandha titqies li rrifjutat li taċċetta t-tali dokumenti proċedurali jekk ma tiffirmax il-konferma b’firma elettronika fi żmien tlett ijiem min-notifika jew tonqos milli tikkonferma li d-dokumenti ġew innotifikati lilha.
Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, jekk persuna involuta fil-proċedimenti tkun persuna fiżika, id-dokumenti proċedurali għandhom jiġu nnotifikati lilha personalment jew inkella, jekk il-persuna ma jkollhiex kapaċità proċedurali ċivili, lir-rappreżentant legali tagħha.
Id-dokumenti proċedurali indirizzati lil entitajiet ġuridiċi għandhom jiġu nnotifikati lill-maniġer ta’ dik l-entità ġuridika, lil membri oħra tal-korpi maniġerjali msemmija fir-reġistru ta’ persuni ġuridiċi, lil rappreżentanti tal-entità ġuridika fil-qorti jew lil persunal klerikali.
Jekk persuna li tinnotifika dokument proċedurali ma ssibx lid-destinatarju fil-post ta’ residenza tiegħu jew f’post ieħor magħżul għan-notifika tad-dokumenti proċedurali, jew fil-post tax-xogħol tiegħu, id-dokument proċedurali għandu jiġi nnotifikat lil membru adult tal-familja li jirrisjedi mad-destinatarju (tfal (tfal adottati), ġenituri (ġenituri adottivi), konjuġi, eċċ.), sakemm il-membri tal-familja ma jkollhomx interess legali f’kunflitt fl-eżitu tal-kawża; jekk lanqas ma jkun hemm membru tal-familja disponibbli, id-dokument għandu jiġi nnotifikat lill-amministrazzjoni tal-post tax-xogħol tad-destinatarju. Jekk dokument proċedurali ma jkunx jista’ jiġi nnotifikat lil persuna fiżika fil-post ta’ residenza indikat tagħha jew f’post ieħor magħżul għan-notifika tad-dokumenti proċedurali, il-persuna li tinnotifika d-dokument proċedurali għandha tinnotifikah fil-post ta’ residenza ddikjarat tal-persuna fiżika. Jekk l-indirizz tal-post ta’ residenza ta’ persuna fiżika jew ta’ post ieħor magħżul għan-notifika tad-dokumenti proċedurali jkun l-istess bħal dak tal-post ta’ residenza ddikjarat tal-persuna fiżika, id-dokumenti proċedurali għandhom jiġu nnotifikati darba biss. Jekk dokument proċedurali ma jkunx jista’ jiġi nnotifikat lil persuna fiżika skont il-proċedura msemmija hawn fuq, il-persuna li tinnotifika d-dokument proċedurali għandha tħalli avviż rigward id-dokumenti proċedurali li għandhom jiġu nnotifikati fil-post ta’ residenza ddikjarat tad-destinatarju, filwaqt li tindika li tkun għamlet dan fil-konferma li għandha tiġi rritornata lill-qorti. F’dan il-każ, dokument proċedurali għandu jitqies li ġie nnotifikat fi żmien tletin jum mid-data meta t-tali avviż ikun tħalla fil-post ta’ residenza ddikjarat tad-destinatarju. Il-proċedura għan-notifika tad-dokumenti proċedurali u l-proċess li bih avviż tad-dokumenti proċedurali għandu jiġi nnotifikat għandu jitħalla fil-post ta’ residenza ddikjarat tad-destinatarju, inkluża l-forma li biha għandu jitfassal avviż bħal dan, huma stabbiliti mill-Gvern.
Oġġetti postali li ma jistgħux jitħallew fil-kaxxa tal-ittri tad-destinatarju jew li ma jistgħux jiġu kkonsenjati lid-destinatarju minn distributur postali jinżammu fl-uffiċċju tal-posta distrettwali tad-destinatarju sabiex id-destinatarju mbagħad ikun jista’ jiġborhom sat-terminu stipulat, li jkun indikat fl-avviż rigward l-oġġett li jitħalla fil-kaxxa tal-ittri tad-destinatarju. Wara li jiskadi t-terminu għall-ġbir, l-oġġetti jiġu rritornati lill-mittent, jekk ikun magħruf.
Jekk id-destinatarju ma jkunx jista’ jinstab fl-indirizz indikat, l-ittra reġistrata ma tiġix innotifikata. Minflok, jitħalla avviż rigward l-oġġett postali riċevut fil-kaxxa tal-ittri tad-destinatarju. Wara li jiskadi t-terminu għall-ġbir, l-oġġetti jiġu rritornati lill-mittent.
Prova bil-miktub tan-notifika tad-dokumenti hija dikjarazzjoni relatata man-notifika ta’ dokument li tindika jekk id-dokumenti ġewx innotifikati jew le. Tista’ tintuża wkoll l-irċevuta tal-konsenja mill-uffiċjal ġudizzjarju, li tiġi ffirmata mid-destinatarju (ir-riċevitur) u li tikkonferma r-riċevuta tad-dokumenti. Jekk in-notifika tad-dokumenti ma tirnexxix, l-uffiċjal ġudizzjarju jfassal dikjarazzjoni li tindika li d-dokumenti ma ġewx innotifikati jew li d-destinatarju rrifjuta li jaċċetta d-dokumenti. Id-dokumenti li jattestaw in-notifika tad-dokumenti jinżammu fl-uffiċċji tal-uffiċjali ġudizzjarji.
Jekk in-notifika tad-dokumenti ma kinitx possibbli jew id-dokumenti ġew innotifikati lil parti terza bi ksur tal-liġi, jista’ jsir tentattiv ieħor għan-notifika tad-dokumenti jekk ikun hemm biżżejjed żmien u ma jkun hemm l-ebda terminu speċifikat għan-notifika.
F’konformità mal-punt 5 tal-Proċedura għall-Ħlas għan-Notifika ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u Ekstraġudizzjarji f’Materji Ċivili u Kummerċjali adottata bl-Ordni Nru 1R-16 tal-Ministru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja tal-20 ta’ Jannar 2016 (riformulazzjoni tal-Ordni Nru 1R-312 tad-9 ta’ Diċembru 2016), it-tariffa għan-notifika tad-dokumenti fil-Litwanja hija ta’ EUR 110 jekk in-notifika tad-dokumenti u t-trażmissjoni tagħhom għall-eżekuzzjoni mill-uffiċjali ġudizzjarji tkun organizzata u koordinata mill-Kamra Litwana tal-Uffiċjali Ġudizzjarji.
Prova tal-ħlas ta’ din it-tariffa (kopja ta’ rendikont tal-bank) għandha tiġi pprovduta flimkien mad-dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati. Din it-tariffa għandha titħallas lil:
Lithuanian Chamber of Judicial Officers
Indirizz: Konstitucijos pr. Basanavičiaus st. 15, LT-09319 Vilnius, Lithuania
Nru tal-Kont: LT92 4010 0424 0031 5815, AB Luminor Bank,
Kodiċi tal-bank 40100. Id-data tinġabar u tinħażen fir-Reġistru ta’ Entitajiet Ġuridiċi, fir-reġistru Nru 126198978.
Telefon: +370 5 2750067, +370 5 275 0068
Email: info@antstoliurumai.lt
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.