

Kull dokument li ntbagħat lill-awtorità rikjedenti taħt Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali.
L-uffiċjal ġudizzjarju ġie nnominat fin-Netherlands bħala l-aġenzija li tirċievi u li tittrażmetti.
L-uffiċjal ġudizzjarju huwa meħtieġ li jiċċekkja d-domiċilju tad-destinatarju fir-reġistru tal-popolazzjoni Netherlandiża (BRP). Din il-verifika obbligatorja għandha turi wkoll kwalunkwe indirizz ġdid jekk id-destinatarju ma jibqax residenti fl-indirizz indikat.
Le.
Fin-Netherlands, il-qrati huma l-awtorità kompetenti fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001. Madankollu, il-qrati Netherlandiżi mhumiex kompetenti sabiex jirkupraw l-indirizz ta’ parti (fuq talba).
In-notifika tad-dokument hija waħda mid-dmirijiet uffiċjali tal-uffiċjal ġudizzjarju (l-Artikolu 2 tal-Att dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji (Gerechtsdeurwaarderswet)). Wara l-verifika, kif deskritt fid-domanda 4.1, l-uffiċjal ġudizzjarju għandu jinnotifika d-dokument riċevut għan-notifika lid-destinatarju tiegħu. Fil-prinċipju, id-dokumenti huma nnotifikati personalment. M’hemmx metodi alternattivi apparti min-“notifika sostitwita” imsemmija fid-domanda 7.
In-notifika elettronika tad-dokumenti mhix awtorizzata fin-Netherlands.
Le, jew għallinqas biss jekk din il-forma speċifika ma tmurx kontra l-liġi Netherlandiża. In-notifika hija possibbli wkoll għal indirizz barra dak tad-domiċilju tad-destinatarju, sakemm l-uffiċjal ġudizzjarju jiltaqa’ u jitkellem mad-destinatarju personalment. Jekk id-destinatarju ma jkollux domiċilju jew residenza magħrufa fin-Netherlands, dokument jista’ jiġi depożitat fl-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku.
L-uffiċjali ġudizzjarji ma jinnotifikawx dokumenti bil-posta, għalkemm l-aġenzija li tittrażmetti fi Stat Membru ieħor tista’ tibgħat id-dokument lid-destinatarju direttament bil-posta.
Mhux applikabbli.
Mhux applikabbli.
1.Rifjut ta’ aċċettazzjoni tad-dokument
Jekk id-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta d-dokument notifikat mill-uffiċjal ġudizzjarju, l-uffiċjal ġudizzjarju huwa intitolat li jħalli d-dokument fl-indirizz irreġistrat f’envelop issiġillat (l-Artikolu 47 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Wetboek van Burgerlijke Rechtsvordering). In-notifika titqies li saret dak il-ħin.
2.Rifjut minħabba traduzzjoni
Jekk id-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta d-dokument minħabba traduzzjoni (l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007), l-uffiċjal ġudizzjarju għandu jirreġistra dan ir-rifjut fiċ-ċertifikat u jinnominah bħala nuqqas ta’ notifika. Skont il-ġurisprudenza l-aktar riċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, hija l-qorti li għandha tiddeċiedi sa fejn huwa validu r-rifjut (is-sentenza Novo Banco).
In-notifika bil-posta tista’ wkoll tiġi kkonsenjatha lil persuna oħra. Tintalab identifikazzjoni skont il-forma ta’ dispaċċ magħżula.
Jekk ikun intbagħat permezz ta’ posta rreġistrata, id-dokument jiġi depożitat fl-uffiċċju postali għal perjodu ta’ żmien speċifiku. Il-pustier iħalli avviż dwar dan fil-kaxxa tal-ittri tad-destinatarju.
Jekk dokument reġistrat ma jkunx jista’ jiġi kkonsenjat, il-pustier iħalli messaġġ li d-destinatarju jista’ jiġbor id-dokument mill-uffiċċju postali indikat. Id-dokument jinżamm għal tliet ġimgħat. Jekk ma jinġabarx, jiġi rritornat lill-mittent.
Iva, barra mir-rekord tan-notifika, l-awtorità mitluba (l-uffiċjal ġudizzjarju) tabbozza wkoll ċertifikat ta’ notifika (l-Artikolu 10 tar-Regolament tan-Notifika) u tibagħtu flimkien mar-rekord lill-awtorità rikjedenti.
Notifika illegali ta’ dokument mhix possibbli jekk kien involut uffiċjal ġudizzjarju. In-nullità hija possibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 66 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.
Jekk in-notifika saret permezz ta’ awtorità rikjedenti fin-Netherlands, il-ħlas għan-notifika jikkonsisti f’ammont fiss ta’ EUR 65 għal kull notifika.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.