

L-ispejjeż ta’ proċess li ġejjin jistgħu jitħallsu permezz tal-għajnuna legali:
Permezz ta’ għajnuna legali, persuna fiżika li m’għandhiex mezzi suffiċjenti tista’ tikseb assistenza legali jew parir legali mingħand avukat għal kawża speċifika.
Persuni b’mezzi insuffiċjenti huma eliġibbli għall-għajnuna legali biex jiddefendu l-interessi tagħhom, sakemm dawn ikunu:
L-għajnuna legali tista’ tingħata wkoll lil kwalunkwe ċittadin barrani ieħor b’mezzi insuffiċjenti fi proċedimenti relatati mad-dritt tiegħu għall-ażil, id-dħul, ir-residenza għal żmien twil jew it-tneħħija.
Il-verifika ta’ mezzi insuffiċjenti hija bbażata fuq id-dħul gross totali u l-kapital tar-rikorrent u ta’ kwalunkwe membru ieħor tal-unità domestika tiegħu.
L-għajnuna legali hija rrifjutata lil persuni li jressqu azzjoni li tidher a priori irraġonevoli, li x’aktarx ma tirnexxix jew li l-għan tagħha jidher sproporzjonat meta mqabbel mal-ispejjeż potenzjali.
L-għajnuna legali tista’ tingħata jew lill‑attur jew lill-konvenut f’materji kontenzjużi jew mhux kontenzjużi, kemm jekk ikunu ttrattati fil-qorti kif ukoll jekk le. Tista’ tintalab għal kwalunkwe azzjoni mressqa quddiem il-qrati ordinarji jew il-qrati amministrattivi. L-għajnuna legali tista’ tingħata wkoll fil-każ ta’ miżuri u proċeduri kawtelatorji biex jiġu eżegwiti deċiżjonijiet ta’ qorti jew kwalunkwe strument ieħor li jista’ jiġi eżegwit.
Madankollu, ma tistax tingħata lis-sidien ta’ vetturi bil-mutur għal tilwim li jirriżulta mill-użu ta’ tali vetturi. Bl-istess mod, ma tistax tingħata lil sidien ta’ ħwienet, industrijalisti, jew nies tas-sengħa jew professjonisti b’rabta ma’ tilwim li jikkonċerna n-negozju jew l-attività professjonali tagħhom, ħlief f’każijiet eċċezzjonali u debitament sostanzjati; lanqas, b’mod ġenerali, ma tista’ tingħata għal tilwim rigward attività spekulattiva mill-persuna li titlob għajnuna legali.
F’każijiet ta’ emerġenza, tista’ tingħata konċessjoni temporanja ta’ għajnuna legali, mingħajr formalità ulterjuri, mill-President tal-Kamra tal-Avukati (Bâtonnier de l’Ordre des Avocats) għall-passi li jiddeċiedi l-President.
Il-formola nazzjonali ta’ rikors għall-għajnuna legali fil-Lussemburgu tista’ tinkiseb mis-Servizz Ċentrali tal-Assistenza Soċjali (Service Central d’Assistance Sociale, tel. 00 352 475821-1).
Meta tippreżenta rikors għal għajnuna legali għandek tehmeż:
Il-President tal-Kamra tal-Avukati fil-post ta’ residenza tar-rikorrent, jew id-delegat tiegħu, jiddeċiedi jekk jassenjax l-għajnuna legali. Għall-persuni mhux residenti d-deċiżjoni tittieħed mill-President tal-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu jew mid-delegat tiegħu.
Id-deċiżjoni tal-President tintbagħatlek bil-posta.
Fid-deċiżjoni tiegħu, il-President jagħti l-isem tal-avukat li ser jipprovdi l-assistenza legali u jitolbok tikkuntattja lil dak l-avukat.
Il-President jaħtar l-avukat li r-rikorrent ikun għażel liberament jew, jekk ir-rikorrent ma jkunx għażel avukat jew jekk il-President iqis li l-għażla tiegħu mhijiex xierqa, il-President stess jagħżel avukat. Ħlief għal raġunijiet ta’ impediment jew kunflitt ta’ interess, l-avukati għandhom jaċċettaw l-istruzzjonijiet fdati lilhom b’dan il-mod.
Bħala regola, l-assistenza legali tkopri l-ispejjeż kollha relatati mal-proċedimenti, il-proċeduri jew il-miżuri li għalihom tkun ingħatat (ara l-punt 1).
Madankollu, l-għajnuna legali ma tkoprix l-ispejjeż legali b’rata fissa mogħtija lil parti rebbieħa (indemnités de procédure) jew kumpens għal abbuż ta’ proċeduri u proċedimenti vessatorji.
L-għajnuna legali parzjali ma teżistix fil-Lussemburgu.
Le, ikollok tissottometti rikors ġdid għall-assistenza legali għal dak il-għan.
Il-President tal-Kamra tal-Avukati jista’ jirtira d-dritt tar-rikorrent għall-għajnuna legali, anki wara l-proċedimenti jew il-miżuri li għalihom tkun ingħatat, jekk jinstab li d-dritt kien ibbażat fuq dikjarazzjonijiet foloz jew dokumenti żbaljati. Id-dritt għall-għajnuna legali jista’ jiġi rtirat ukoll jekk il-benefiċjarju jakkwista mezzi finanzjarji matul il-proċedimenti jew matul it-tlestija ta’ dawn il-miżuri jew bħala riżultat ta’ tali proċediment jew miżuri li, kieku kienu jeżistu fil-jum li fih intalbet l-għajnuna legali, kienu jipprekludu tali dritt. Il-benefiċjarji tal-għajnuna legali jew l-avukat maħtur għandhom l-obbligu li jinnotifikaw lill-President dwar kwalunkwe tibdil bħal dan fis-sitwazzjoni tagħhom.
Id-deċiżjoni tal-President li jirtira d-dritt għall-għajnuna legali hija kkomunikata immedjatament lill-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministère de la Justice). L-Awtorità tar-Reġistrazzjoni u tal-Artijiet u tal-Proprjetà (Administration de l’Enregistrement et des Domaines) hija responsabbli għall-irkupru tal-ammonti diġà mħallsa bħala għajnuna legali.
Ir-rikorrenti jistgħu jappellaw kontra d-deċiżjoni tal-President li jiċħad jew jirtira l-għajnuna legali quddiem il-Kunsill Dixxiplinari u Amministrattiv (le Conseil disciplinaire et administratif), li jieħu d-deċiżjoni finali. L-appelli għandhom jiġu ppreżentati lill-President tal-Kunsill Dixxiplinari u Amministrattiv permezz ta’ ittra rreġistrata fi żmien għaxart ijiem minn meta tasal in-notifika tad-deċiżjoni tal-President tal-Kamra tal-Avukati. Ir-rikorrent għandu jinstema’ quddiem il-Kunsill jew wieħed mill-membri delegati tiegħu.
Links utli:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.