

Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-ispejjeż ta’ proċess li ġejjin jistgħu jitħallsu permezz tal-għajnuna legali:
Permezz ta’ għajnuna legali, persuna fiżika li m’għandhiex mezzi suffiċjenti tista’ tikseb assistenza legali jew parir legali mingħand avukat għal kawża speċifika.
Persuni b’mezzi insuffiċjenti huma eliġibbli għall-għajnuna legali biex jiddefendu l-interessi tagħhom, sakemm dawn ikunu:
L-għajnuna legali tista’ tingħata wkoll lil kwalunkwe ċittadin barrani ieħor b’mezzi insuffiċjenti fi proċedimenti relatati mad-dritt tiegħu għall-ażil, id-dħul fit-territorju, id-dritt tar-residenza jew it-tneħħija ta’ ċittadini barranin.
Jekk il-mezzi tal-applikant ikunux insuffiċjenti jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-introjtu u l-kapital gross totali tiegħu u dak ta’ kwalunkwe membru ieħor tal-unità domestika tiegħu.
L-għajnuna legali tiġi miċħuda lil persuni li jressqu azzjoni li tidher a priori irraġonevoli, li x’aktarx ma tirnexxix jew li l-għan tagħha jidher sproporzjonat meta mqabbel mal-ispejjeż potenzjali.
L-għajnuna legali tista’ tingħata jew lill-attur jew lill-konvenut f’materji kontenzjużi jew mhux kontenzjużi, kemm jekk ikunu ttrattati fil-qorti kif ukoll jekk le. Tista’ tintalab għal kwalunkwe azzjoni mressqa quddiem il-qrati ordinarji jew il-qrati amministrattivi.
L-għajnuna legali tista’ tingħata wkoll fil-każ ta’ miżuri u proċeduri kawtelatorji biex jiġu eżegwiti deċiżjonijiet ta’ qorti jew kwalunkwe strument ieħor li jista’ jiġi eżegwit.
Madankollu, ma tistax tingħata lis-sidien ta’ vetturi bil-mutur għal tilwim li jirriżulta mill-użu ta’ tali vetturi. Bl-istess mod, ma tistax tingħata lil tal-ħwienet, lill-manifatturi, lill-artiġjani jew lill-professjonisti fir-rigward ta’ tilwim li jikkonċerna n-negozju jew l-attività professjonali tagħhom, ħlief f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati; lanqas ma jista’ jingħata, b’mod ġenerali, għal tilwim li jirriżulta minn attività spekulattiva mill-persuna li titlob l-għajnuna legali.
F’emerġenza, l-għajnuna legali tista’ tingħata proviżorjament, mingħajr formalità ulterjuri, mill-President tal-Kamra tal-Avukati (Bâtonnier de l'Ordre des Avocats) kompetenti għall-passi li jiddeċiedi l-President.
Il-formola nazzjonali għat-talba għall-għajnuna legali fil-Lussemburgu tista’ tinkiseb mis-Servizz Ċentrali tal-Assistenza Soċjali (Service Central d'Assistance Sociale) (tel. +352 475821-1).
Tista’ titniżżel ukoll mis-sit web tal-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu jew mis-sit web tal-Kamra tal-Avukati ta’ Diekirch.
Kull talba għal għajnuna legali għandha tkun akkumpanjata:
Il-President tal-Kamra tal-Avukati fil-post tar-residenza ta’ min jitlob l-għajnuna legali, jew id-delegat tiegħu, jiddeċiedi jaċċettax li tingħata l-għajnuna legali. Għall-persuni mhux residenti d-deċiżjoni tittieħed mill-President tal-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu jew mid-delegat tiegħu.
Id-deċiżjoni tal-President tintbagħatlek bil-posta.
Fid-deċiżjoni tiegħu, il-President jagħti l-isem tal-avukat assenjat biex jipprovdi l-assistenza legali u jitolbok tikkuntattja lil dak l-avukat.
Il-President jaħtar l-avukat li jkun għażel liberament min talab għall-għajnuna legali jew, jekk ma jkunx għażel avukat jew jekk il-President iqis li l-għażla tiegħu mhijiex xierqa, il-President jagħżel avukat hu stess. Ħlief għal raġunijiet ta’ impediment jew kunflitt ta’ interess, l-avukati għandhom jaċċettaw l-istruzzjonijiet fdati lilhom b’dan il-mod.
Bħala regola, l-għajnuna legali tkopri l-ispejjeż kollha relatati mal-proċedimenti, il-proċeduri jew il-miżuri li tkun ingħatat għalihom (ara l-punt 1).
Madankollu, l-għajnuna legali ma tkoprix il-kumpens għall-ispejjeż proċedurali (indemnités de procédure) jew kumpens għal abbuż ta’ proċeduri u proċedimenti vessatorji.
L-għajnuna legali parzjali ma teżistix fil-Lussemburgu.
Le, għandha tiġi ppreżentata talba ġdida għal għajnuna legali għal dak l-għan.
Il-President tal-Kamra tal-Avukati jista’ jirtira d-dritt għall-għajnuna legali ta’ min talabha, anki wara l-proċedimenti jew il-miżuri li tkun ingħatat għalihom, jekk jinstab li d-dritt kien ibbażat fuq dikjarazzjonijiet foloz jew dokumenti żbaljati. Id-dritt għall-għajnuna legali jista’ jiġi rtirat ukoll jekk il-benefiċjarju jakkwista mezzi finanzjarji matul il-proċedimenti jew matul it-tlestija ta’ dawn il-miżuri jew bħala riżultat ta’ tali proċediment jew miżuri li, kieku kienu jeżistu fil-jum li fih intalbet l-għajnuna legali, kienu jipprekludu tali dritt. Il-benefiċjarji tal-għajnuna legali jew l-avukat maħtur għandhom l-obbligu li jinnotifikaw lill-President bi kwalunkwe tibdil bħal dan fis-sitwazzjoni tagħhom.
Id-deċiżjoni tal-President li jirtira d-dritt għall-għajnuna legali tiġi kkomunikata immedjatament lill-Ministeru għall-Ġustizzja (Ministère de la Justice). L-Awtorità tar-Reġistrazzjoni u tal-Artijiet u tal-Proprjetà (Administration de l’Enregistrement et des Domaines) hija responsabbli għall-irkupru tal-ammonti diġà mħallsa bħala għajnuna legali.
Min jitlob l-għajnuna legali jista’ jappella d-deċiżjoni tal-President li jiċħad jew jirtira l-għajnuna legali quddiem il-Kunsill Dixxiplinari u Amministrattiv (Conseil disciplinaire et administratif), li jieħu d-deċiżjoni finali. L-appelli jridu jiġu ppreżentati lill-President tal-Kunsill Dixxiplinari u Amministrattiv permezz ta’ ittra rreġistrata fi żmien 10 ijiem minn meta tasal in-notifika tad-deċiżjoni tal-President tal-Kamra tal-Avukati. Min jagħmel it-talba mbagħad jingħata smigħ quddiem il-Kunsill jew wieħed mill-membri delegati tiegħu.
Links relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.