- 1 Il-proċedimenti legali xi spejjeż jinvolvu, u normalment min irid iħallashom?
- 2 X’inhija eżattament l-għajnuna legali?
- 3 Għandi dritt għal għajnuna legali?
- 4 L-għajnuna legali tingħata għal kull tip ta’ proċediment?
- 5 Jeżistu proċeduri speċjali f’każijiet ta’ bżonn?
- 6 Minn fejn nista’ nikseb formola ta’ applikazzjoni għal għajnuna legali?
- 7 X’dokumenti jridu jiġu ppreżentati mal-formola tal-applikazzjoni għal għajnuna legali?
- 8 Fejn irrid nibgħat l-applikazzjoni tiegħi għal għajnuna legali?
- 9 Kif nista’ nsir naf jekk jiniex intitolat għal għajnuna legali?
- 10 X’għandi nagħmel jekk inkun intitolat għal għajnuna legali?
- 11 Min jagħżilli l-avukat, jekk inkun intitolat għal għajnuna legali?
- 12 L-għajnuna legali tkopri l-ispejjeż kollha tal-proċedimenti?
- 13 Min għandu jħallas l-ispejjeż l-oħra jekk jien inkun intitolat biss għal għajnuna legali limitata?
- 14 L-għajnuna legali tkopri l-appelli wkoll?
- 15 L-għajnuna legali tista’ tiġi rtirata qabel il-konklużjoni tal-proċedimenti (jew saħansitra tiġi revokata wara t-terminazzjoni tal-proċedimenti)?
- 16 Nista’ nikkontesta r-rifjut li ningħata għajnuna legali?
Sib informazzjoni għal kull reġjun
1 Il-proċedimenti legali xi spejjeż jinvolvu, u normalment min irid iħallashom?
Biex iressaq il-każ quddiem il-qorti, ir-rikorrent irid iħallas it-tariffi tal-qorti u kwalunkwe tariffa għall-assistenza ta’ avukat (f’każijiet li jinvolvu ammonti ta’ aktar minn EUR 25 000, il-konvenut iħallas ukoll it-tariffi tal-qorti). Jekk il-qorti tiddeċiedi favur ir-rikorrent, normalment tordna lill-parti telliefa tħallas l-ispejjeż legali tar-rikorrent. F’dan il-każ, il-parti telliefa tħallas l-ispejjeż li r-rikorrent ikun ġarrab biex iressaq il-każ quddiem il-qorti.
2 X’inhija eżattament l-għajnuna legali?
L-għajnuna legali (sussidjata) hija assistenza legali pprovduta lil litigant fir-rigward ta’ interess legali li jolqot direttament lil-litigant personalment, sakemm il-liġi jew id-dispożizzjonijiet assoċjati jipprevedu tali għajnuna legali.
3 Għandi dritt għal għajnuna legali?
Dan jiddependi mid-dħul tiegħek u mit-tip ta’ interess li jkun qed jiġi difiż. Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-Bord tal-Għajnuna Legali (Raad voor Rechtsbijstand).
4 L-għajnuna legali tingħata għal kull tip ta’ proċediment?
Iva. Fin-Netherlands, l-għajnuna legali (sussidjata) tingħata fl-istadju konsultattiv, u għat-tipi kollha ta’ proċedimenti. Madankollu, ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti. Il-medjazzjoni ssussidjata teżisti wkoll fin-Netherlands.
5 Jeżistu proċeduri speċjali f’każijiet ta’ bżonn?
Iva. Fin-Netherlands, l-għajnuna legali (sussidjata) tingħata fl-istadju konsultattiv, u għat-tipi kollha ta’ proċedimenti. Madankollu, ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti. Il-medjazzjoni ssussidjata teżisti wkoll fin-Netherlands.
6 Minn fejn nista’ nikseb formola ta’ applikazzjoni għal għajnuna legali?
Fin-Netherlands, ir-rikors għal għajnuna legali ssussidjata huwa, fil-prinċipju, ippreżentat minn avukat. L-avukat irid ikun irreġistrat mal-Bord tal-Għajnuna Legali. Jekk int minn Stat Membru ieħor tal-UE, tista’ tippreżenta rikors permezz tal-awtorità trasmittenti fl-Istat Membru tiegħek (normalment il-Ministeru tal-Ġustizzja, qorti jew organizzazzjoni oħra maħtura apposta). Ir-rikors jiġi mgħoddi lill-awtorità riċeventi fin-Netherlands, il-Bord tal-Għajnuna Legali.
7 X’dokumenti jridu jiġu ppreżentati mal-formola tal-applikazzjoni għal għajnuna legali?
There is a financial test and a test of interests. Għat-test finanzjarju, il-Bord tal-Għajnuna Legali jrid jingħata informazzjoni li turi x’kien id-dħul annwali tiegħek sentejn qabel it-talba. Jekk tista’ turi li inti tikkwalifika għal għajnuna legali ssussidjata fl-Istat Membru tiegħek, dan ikun biżżejjed għall-Bord tal-Għajnuna Legali.
Għat-test tal-interessi, trid tissottometti dokumenti ta’ sostenn li juru l-interessi involuti fil-każ, bħal kemm huwa l-ammont ta’ flus in kwistjoni, jekk il-każ għandux x’jaqsam mal-interessi tal-kumpanija tiegħek, jew x’passi ħadt biex issolvi t-tilwima.
8 Fejn irrid nibgħat l-applikazzjoni tiegħi għal għajnuna legali?
Raad voor Rechtsbijstand
Postbus 70503
5201 CD Den Bosch
Netherlands
9 Kif nista’ nsir naf jekk jiniex intitolat għal għajnuna legali?
Inti u, jekk applikabbli, l-avukat tiegħek se tirċievu deċiżjoni bil-miktub dwar ir-rikors tiegħek. Dan juri jekk ir-rikors tiegħek irnexxiex. Jekk id-deċiżjoni ma tkunx affavur tiegħek, tista’ tappella.
10 X’għandi nagħmel jekk inkun intitolat għal għajnuna legali?
Għandek tħallas lill-avukati kontribuzzjoni lejn it-tariffi tagħhom, li l-ammont tagħha jiġi stabbilit mill-Bord tal-Għajnuna Legali.
11 Min jagħżilli l-avukat, jekk inkun intitolat għal għajnuna legali?
Fin-Netherlands, int tista’ tagħżel l-avukat tiegħek stess. Madankollu, l-avukat irid ikun irreġistrat mal-Bord tal-Għajnuna Legali. Għal aktar informazzjoni, ara Sib Avukat (Zoek een advocaat) – Il-Kamra Olandiża tal-Avukati (Nederlandse Orde van Advocaten).
Jekk dan ma jkunx possibbli, il-Bord tal-Għajnuna Legali, bħala l-awtorità riċeventi, jista’ jitlob lill-president tal-fergħa lokali tal-Kamra Olandiża tal-Avukati biex jaħtar avukat.
12 L-għajnuna legali tkopri l-ispejjeż kollha tal-proċedimenti?
Le. Tħallas kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-avukat tiegħek. Ikollok tħallas ukoll it-tariffi tal-qorti jekk tmur il-qorti. Jistgħu jkunu dovuti wkoll xi tariffi jekk jintużaw esperti esterni jew uffiċjal ġudizzjarju. Fl-aħħar nett, jekk il-qorti tiddeċiedi kontrik, tista’ tiġi ordnat tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti (inklużi l-ispejjeż tal-parti l-oħra).
13 Min għandu jħallas l-ispejjeż l-oħra jekk jien inkun intitolat biss għal għajnuna legali limitata?
Iva. Tkun tista’ titlob kontribuzzjoni fl-Istat Membru tiegħek.
14 L-għajnuna legali tkopri l-appelli wkoll?
Iva.
15 L-għajnuna legali tista’ tiġi rtirata qabel il-konklużjoni tal-proċedimenti (jew saħansitra tiġi revokata wara t-terminazzjoni tal-proċedimenti)?
Jekk, bħala riżultat tal-każ, tirċievi (pretensjoni fuq) ammont li jkun akbar minn nofs il-provvediment tal-kapital eżentat mit-taxxa li japplika dak iż-żmien, il-Bord tal-Għajnuna Legali jista’ jiddeċiedi li jirtira d-dritt tiegħek għal għajnuna legali ssussidjata. F’dan il-każ, inti titqies kapaċi tħallas għall-assistenza legali inti stess.
16 Nista’ nikkontesta r-rifjut li ningħata għajnuna legali?
Int tista’ tappella quddiem il-Bord tal-Għajnuna Legali kontra deċiżjoni tal-Bord tal-Għajnuna Legali rigward l-eliġibbiltà tiegħek għall-għajnuna legali. Int tista’ tikkontesta deċiżjoni dwar tali appell quddiem il-qorti distrettwali (rechtbank), u tista’ tappella fit-tieni istanza quddiem is-Sezzjoni tal-Liġi Amministrattiva (Afdeling bestuursrechtspraak) tal-Kunsill tal-Istat (Raad van State).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.