

Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-ispejjeż jiddependu min-natura tal-kawża. L-ispejjeż jistgħu jinkludu l-onorarji tal-avukat (solicitor) li jkun qiegħed jaġixxi għall-persuna li tirċievi l-għajnuna legali (il-persuna assistita), flimkien ma’ nfiq bħat-tariffi tal-qorti u l-perizji.
Fit-tmiem ta’ kawża, il-qorti tiddeċiedi liema parti għandha tħallas l-ispejjeż. B’mod ġenerali, il-parti rebbieħa tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż tal-parti telliefa għalkemm hemm bosta eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju. Jekk il-persuna assistita toħroġ telliefa jew jekk il-parti l-oħra tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż iżda tonqos milli tagħmel dan, il-persuna assistita tkun responsabbli biex tħallas l-ispejjeż proprji tagħha.
L-assistenza legali ffinanzjata b’fondi pubbliċi (għajnuna legali) tippermetti lill-persuni jsegwu jew jiddefendu d-drittijiet tagħhom jew iħallsu għad-difiża tagħhom meta kieku ma jkunux jistgħu jaffordjaw li jagħmlu dan. L-għajnuna legali fl-Iskozja hija amministrata mill-Bord Skoċċiż tal-Għajnuna Legali (Scottish Legal Aid Board) (SLAB), li huwa Korp Pubbliku Mhux Dipartimentali (Non-Departmental Public Body) iffinanzjat mill-Gvern Skoċċiż (The Scottish Government).
Hemm tliet tipi ta’ assistenza legali.
Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għal dawk li jaċċessaw l-għajnuna legali ċivili huma konsistenti u trasparenti, bir-rikorsi jkunu soġġetti għal testijiet statutorji. L-ewwel żewġ testijiet jiġu applikati għall-kontenut legali tar-rikors. Irid jintwera li jkun hemm bażi legali għall-kawża li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna legali (imsejħa kawża probabbli) u li jkun raġonevoli li jintużaw fondi pubbliċi biex tiġi appoġġata l-kawża. It-tielet test jiġi applikat għaċ-ċirkustanzi finanzjarji tar-rikorrent.
Il-konsulenza u l-assistenza jistgħu jingħataw minn avukat (solicitor) jekk huwa jkun sodisfatt li r-rikorrent ikun finanzjarjament eliġibbli u s-suġġett li dwaru jfittex il-konsulenza jkun kwistjoni tal-liġi Skoċċiża. Avukat (solicitor) jista’ jipprovdi konsulenza u assistenza sa ċertu livell ta’ nefqa. Kwalunkwe xogħol li jkun se jaqbeż il-livell inizjali tan-nefqa jrid ikollu l-approvazzjoni minn qabel tal-SLAB, l-istess bħal kwalunkwe xogħol li jirrikjedi rappreżentanza.
Ma hemm l-ebda rekwiżit li wieħed irid ikun residenti fl-Iskozja meta jagħmel rikors għal assistenza legali skont l-Att tal-1986 dwar l-Għajnuna Legali (l-Iskozja) (Legal Aid (Scotland) Act 1986). Il-konsulenza u l-assistenza huma disponibbli għal kwistjonijiet tal-Liġi Skoċċiża (inkluża l-liġi tar-Renju Unit li tapplika fl-Iskozja). L-Għajnuna Legali hija disponibbli għal proċedimenti fil-qrati Skoċċiżi.
Ara l-Mistoqsija 2 hawn fuq.
Il-konsulenza u l-assistenza ċivili huma disponibbli dwar kwistjonijiet li jinvolvu l-applikazzjoni tal-liġi Skoċċiża.
L-ABWOR hija disponibbli għal proċedimenti ċivili f’għadd ta’ qrati u tribunali li huma msemmija fil-leġiżlazzjoni. Dawn jinkludu t-Tribunali tal-Appell dwar l-Immigrazzjoni (Immigration Appeal Tribunals) u t-Tribunali Industrijali (Employment Tribunals).
L-għajnuna legali ċivili hija disponibbli għal proċedimenti ċivili f’għadd ta’ qrati u tribunali oħra li huma msemmija fil-leġiżlazzjoni. Dawn jinkludu l-Qorti tax-Sheriff (Sheriff Court) u l-Qorti tas-Seduta (Court of Session), li huma l-qrati prinċipali fl-Iskozja għal kwistjonijiet ċivili. L-għajnuna legali hija disponibbli wkoll għal għadd ta’ tribunali bħall-Kummissarji tas-Sigurtà Soċjali u t-Tribunali tal-Appell dwar l-Impjiegi (Employment Appeal Tribunals).
L-għajnuna legali ċivili ma tistax tingħata għal proċedimenti kompletament jew parzjalment ikkonċernati b’malafama; petizzjonijiet elettorali; rikorsi simplifikati għad-divorzju fil-Qorti tas-Seduta (Court of Session) jew il-Qorti tax-Sheriff (Sheriff Court); u petizzjonijiet minn debitur għas-sekwestru tal-patrimonju tiegħu. Hija ma tistax tkun disponibbli għal kawżi fil-qorti għal talbiet żgħar (small claims court) (jiġifieri fejn il-valur ta’ talba jkun anqas minn £ 3 000 sakemm it-talba ma tkunx tinvolvi dannu personali).
Madankollu, l-avukat (solicitor) tiegħek jista’ jkun kapaċi jagħtik parir dwar dawn taħt konsulenza u assistenza.
Avukat (solicitor) jista’ jieħu ċerti passi fil-proċedimenti bħala kwistjoni ta’ urġenza speċjali sabiex jipproteġi l-pożizzjoni tar-rikorrent qabel ma rikors għall-għajnuna legali ċivili jiġi determinat mill-SLAB.
L-SLAB jaċċetta biss rikorsi li jiġu ppreżentati minn avukat (solicitor) li jaġixxi f’isem rikorrent.
L-avukat (solicitor) tiegħek jinfurmak dwar id-dokumenti li jkunu meħtieġa fir-rigward tal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà finanzjarja u l-merti tal-kawża tiegħek.
L-SLAB jaċċetta biss rikorsi li jiġu ppreżentati minn avukat (solicitor) li jaġixxi f’isem rikorrent, u mhux mir-rikorrenti direttament.
Jekk ma tkunx tista’ ssib avukat (solicitor) biex jirrappreżentak, il-Law Society of Scotland tipprovdi lokalizzatur tal-avukati (solicitors) fuq is-sit web tagħha. Dan jipprovdi l-opzjoni li wieħed ifittex avukat (solicitor) irreġistrat biex jipprovdi għajnuna legali. Tista’ wkoll iċċempel lil-Law Society fuq 0131 226 7411.
L-avukat (solicitor) tiegħek jgħidlek jekk intix eliġibbli biex tirċievi konsulenza u assistenza tal-għajnuna legali.
Għall-għajnuna legali, l-avukat (solicitor) tiegħek jippreżenta rikors għal dan f’ismek u l-SLAB jiktbilkom it-tnejn ladarba r-rikors tiegħek għall-għajnuna legali ċivili jkun ġie valutat. L-SLAB għandu wkoll għadd ta’ stimaturi tal-eliġibbiltà fuq is-sit web tiegħu biex jgħinuk tifhem dak li tista’ tkun intitolat għalih.
L-avukat (solicitor) tiegħek jagħtik parir dwar il-kors ta’ azzjoni xieraq.
Tkun trid tikkonsulta avukat (solicitor) qabel ma tkun tista’ tressaq rikors għal konsulenza u assistenza jew għajnuna legali.
Jekk ma tkunx tista’ ssib avukat (solicitor) biex jirrappreżentak, il-Law Society of Scotland tipprovdi lokalizzatur tal-avukati (solicitors) fuq is-sit web tagħha. Dan jipprovdi l-opzjoni li wieħed ifittex avukat (solicitor) irreġistrat biex jipprovdi għajnuna legali. Tista’ wkoll iċċempel lil-Law Society fuq 0131 226 7411.
Inkella, l-SLAB jipprovdi informazzjoni dwar l-eqreb avukati (solicitors) li joffru għajnuna permezz ta’ għajnuna legali, jew fornituri oħra ta’ konsulenza ffinanzjati mill-Bord. Għal kwistjonijiet ċivili, huwa possibbli li tfittex skont it-tip ta’ kawża. Għalkemm ditta tkun irreġistrata għal xogħol ta’ għajnuna legali, hija mhijiex obbligata li toffri servizzi lil kwalunkwe klijent jew li toffri li tieħu kawża fuq għajnuna legali.
Ara l-mistoqsija 1 hawn fuq.
L-għajnuna legali tkopri biss l-ispejjeż tal-avukat (solicitor) tiegħek u spejjeż oħra relatati mal-kawża tiegħek, bħat-tariffi tal-qorti u l-perizji. L-għajnuna legali ma tkoprix l-ispejjeż tal-parti l-oħra.
Jekk inti eliġibbli għall-għajnuna legali, inti tista’ tkun meħtieġ li tħallas kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża. Il-livell tal-kontribuzzjoni pagabbli jkun ibbażat fuq iċ-ċirkustanzi finanzjarji tiegħek.
Jekk tkun intitolat għal għoti limitat ta’ għajnuna legali, inti jkollok tħallas il-bqija tal-ispejjeż tal-kawża inti stess. Jekk ikollok tħallas kontribuzzjoni, l-ammont ikun jiddependi fuq l-introjtu disponibbli, it-tfaddil u l-proprjetà tiegħek. L-SLAB ikejjel l-introjtu mid-data tar-rikors u l-kapital (tfaddil u oġġetti ta’ valur li jkollok) sakemm iddum il-kawża tiegħek.
Iċ-ċertifikat oriġinali tal-għajnuna legali ma jkoprix appell kontra l-eżitu tal-kawża. Ikun meħtieġ rikors ġdid għal għajnuna legali u l-SLAB irid ikun sodisfatt li t-testijiet statutorji jkunu ssodisfati fir-rigward tal-appell.
L-SLAB jista’, u xi drabi jagħmel dan, li jissospendi l-għajnuna legali għal diversi raġunijiet, bħal meta avukat (solicitor) ma jweġibx talba għal informazzjoni addizzjonali. F’konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fil-liġi, l-SLAB huwa meħtieġ li jqis il-valutazzjoni kontinwa tal-finanzi ta’ persuna u li jikkunsidra jekk ikunx għadu raġonevoli li tingħata l-għajnuna legali. Parti mit-test tar-raġonevolezza hija li persuna li tingħata għajnuna legali hija mistennija li tikkonforma mal-ordnijiet tal-qorti.
L-għajnuna legali tista’ tiġi tterminata wkoll jekk il-persuna assistita tkun tat informazzjoni falza jew tkun naqset milli tiżvela informazzjoni materjali u f’dawk iċ-ċirkustanzi l-SLAB jista’ jfittex ukoll li jirkupra kwalunkwe flus li jkun ħallas.
Jekk persuna tiġi miċħuda l-għajnuna legali, l-SLAB ikun ta r-raġuni(jiet) għaċ-ċaħda. Individwu jista’ jitlob rieżami tal-kawża, b’mod partikolari jekk iċ-ċirkustanzi jkunu nbidlu. Kawża individwali tista’ tiġi diskussa mal-SLAB permezz tal-posta elettronika (general@slab.org.uk) jew bit-telefown. Is-swiċċbord (0131 226 7061) huwa miftuħ, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 0830-1700.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.