

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fi Spanja, l-amministrazzjoni tal-ġustizzja hija servizz pubbliku pprovdut mingħajr ħlas. Ma hemm l-ebda tariffa jew imposta għall-użu tas-servizz. Madankollu, il-litigazzjoni normalment tiġġenera ċerti spejjeż, li jikkonsistu prinċipalment f’dawn li ġejjin:
B’mod ġenerali, dawn l-ispejjeż jeħtieġ li jitħallsu bil-quddiem mill-parti kkonċernata. Fi tmiem il-proċedimenti, il-qorti trid tiddeċiedi min fl-aħħar mill-aħħar għandu jħallas għal dawn l-ispejjeż permezz ta’ dik li fi Spanja hija magħruf bħala “ordni biex jitħallsu l-ispejjeż” (condena en costas), irregolata mill-prinċipju ta’ “min jitlef iħallas”.
Skont l-Artikolu 119 tal-Kostituzzjoni Spanjola, l-għajnuna legali hija proċedura li biha dawk li jistgħu juru nuqqas ta’ mezzi finanzjarji suffiċjenti jingħataw sensiela ta’ benefiċċji li jikkonsistu prinċipalment f’eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffi tal-avukati u tal-ispejjeż li jirriżultaw minn perizji, garanziji, tariffi tal-qorti, eċċ.
B’mod aktar speċifiku, ħlasijiet bħal dawn jinkludu:
Għat-tilwim transfruntier biss (wara r-riforma tal-Att dwar l-Għajnuna Legali bil-Liġi 16/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005, li allinjatu mad-Direttiva 2002/8/KE), l-elementi li ġejjin ġew inklużi fid-drittijiet ta’ hawn fuq:
Iċ-ċittadini kollha tal-UE li jistgħu juru li ma għandhomx mezzi suffiċjenti (għal tilwim transfruntier, dan japplika għal persuni fiżiċi biss).
Fi proċedimenti kriminali, amministrattivi u amministrattivi preliminari, iċ-ċittadini barranin li jistgħu juru li ma jkollhomx mezzi suffiċjenti għal-litigazzjoni, anke fil-każ li ma jkunux residenti legalment fi Spanja.
Irrispettivament mill-eżistenza ta’ mezzi għal-litigazzjoni, id-dritt għal għajnuna legali jingħata lill-vittmi tar-reati abbażi ta’ sess, tat-terroriżmu u tat-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll lill-minorenni u lill-persuni b’diżabilità mentali meta jkunu vittmi ta’ abbuż jew ta’ trattament ħażin, bid-dritt li jiġi estiż għall-membri tal-familja superstiti tagħhom fil-każ tal-mewt tal-vittma, dment li ma kinux l-awturi.
Bl-istess mod, irrispettivament mill-eżistenza ta’ mezzi għal-litigazzjoni, l-għajnuna legali tingħata lil persuni li jistgħu juru konsegwenzi permanenti, bħala riżultat ta’ aċċident, li jżommuhom kompletament milli jwettqu l-impjieg jew l-okkupazzjoni normali tagħhom u li jeħtieġu l-assistenza minn persuni oħrajn, meta s-suġġett tat-tilwima jkun talba għal kumpens għad-dannu mġarrab.
Fil-qrati tax-xogħol, għad-difiża fi proċedimenti legali, il-ħaddiema u l-benefiċjarji tas-sistema tas-sigurtà soċjali, mingħajr l-ebda ħtieġa li juru riżorsi insuffiċjenti.
Fil-każ ta’ tilwim transfruntier, id-dritt jista’ jinkiseb jekk il-persuna kkonċernata tkun tista’ turi li l-ispejjeż tal-proċedimenti ma jistgħux jiġu ssodisfati minħabba differenzi fl-għoli tal-ħajja bejn l-Istat Membru li fih dik il-persuna tkun residenti u Spanja.
L-għajnuna legali tista’ tingħata fit-tipi kollha ta’ proċedimenti, kemm jekk kontenzjużi kif ukoll jekk le, li jinvolvu somom ta’ aktar minn EUR 2 000 ħlief meta s-suġġett ikun jeħtieġ l-assistenza ta’ avukat, u tkun tkopri l-proċeduri kollha, kwalunkwe appell li jista’ jiġi ppreżentat u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi.
Fi proċedimenti li jinvolvu somom ta’ anqas minn EUR 2 000, meta s-servizzi ta’ avukati ma jkunux meħtieġa, tista’ ssir applikazzjoni għall-għajnuna legali wkoll meta l-parti l-oħra jkollha rappreżentanza legali jew meta l-imħallef jew il-qorti espressament tordna li tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-partijiet.
Hemm il-possibbiltà ta’ ħatra provviżorja, jew mill-Kamra tal-Avukati (Colegio de Abogados), fi żmien massimu ta’ 15-il jum ta’ xogħol mir-riċevuta tal-applikazzjoni, jew fuq il-bażi ta’ ordni mill-qorti.
Mis-Servizz tal-Pariri Legali (Servicio de orientación jurídica) tal-Kamra tal-Avukati, l-Uffiċċji tal-Iskrivan tal-Qorti (Decanatos de los Juzgados) u l-Kummissjonijiet provinċjali tal-Għajnuna Legali (Comisiones provinciales de Asistencia Jurídica Gratuita).
Il-Kunsill Ġenerali tal-Avukati (Consejo General de la Abogacía Española) jipprovdi liċ-ċittadini b’portal tal-web għall-għajnuna legali (Justicia Gratuita) fejn huwa possibbli, fost affarijiet oħrajn, li timtela l-formola ta’ applikazzjoni għal għajnuna legali jew li jiġi vverifikat jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet finanzjarji meħtieġa biex wieħed jibbenefika minn għajnuna legali, għalkemm dejjem huwa neċessarju li jiġu ppreżentati d-dokumenti u l-applikazzjoni bil-mod stabbilit hawn taħt.
Fejn għandha tiġi sottomessa l-applikazzjoni
L-applikazzjonijiet għal għajnuna legali, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti, iridu jiġu sottomessi lis-servizzi ta’ konsulenza legali tal-Kamra tal-Avukati fil-post fejn tinsab il-qorti li tittratta l-kawża prinċipali jew quddiem il-qorti tad-domiċilju tal-applikant, fil-każ li ma jkunux inbdew proċedimenti.
Dokumenti relatati ma’:
B’mod aktar speċifiku, id-dokumenti li ġejjin:
Madankollu, sabiex jitħaffef il-proċess tal-applikazzjoni, il-Kmamar tal-Avukati jistgħu, jekk ikunu awtorizzati b’mod espliċitu, japplikaw għal diversi minn dawn iċ-ċertifikati f’isem il-litiganti.
L-applikazzjonijiet għal għajnuna legali jridu jiġu sottomessi lis-servizzi ta’ konsulenza legali tal-Kamra tal-Avukati fil-post fejn tinsab il-qorti li tittratta l-kawża prinċipali jew quddiem il-qorti tad-domiċilju tal-applikant, fil-każ li ma jkunux inbdew proċedimenti. F’dan l-aħħar każ, il-qorti jeħtiġilha tibgħat minnufih l-applikazzjoni lill-Kamra tal-Avukati b’ġuriżdizzjoni territorjali.
Dawn il-Kmamar huma nnominati bħala l-awtorità riċeventi għall-applikazzjonijiet f’tilwim transfruntier. F’tilwimiet bħal dawn, l-awtorità li toħroġ l-applikazzjoni hija l-Kamra tal-Avukati għar-residenza abitwali jew għad-domiċilju tal-applikant.
Ċittadin Ewropew li l-Istat tiegħu jkun parti għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trażmissjoni ta’ Applikazzjonijiet għal Għajnuna Legali jista’ japplika mal-awtorità ċentrali maħtura minn pajjiżu għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.
L-applikazzjoni trid issir qabel ma jinbdew il-proċedimenti jew, jekk il-parti li tkun qed tapplika għal għajnuna legali tkun il-konvenut, qabel ma tikkontesta t-talba. Madankollu, kemm l-attur kif ukoll il-konvenut jistgħu sussegwentement japplikaw għall-għajnuna legali wara li jagħtu prova li jkunu nbidlu ċ-ċirkostanzi finanzjarji tagħhom.
Il-Kamra tal-Avukati tista’ tadotta d-deċiżjonijiet provviżorji li ġejjin:
Jekk il-Kamra tal-Avukati ma tkunx tista’ tasal għal deċiżjoni fi żmien 15-il jum, l-applikant jeħtieġlu jibgħat l-applikazzjoni tiegħu direttament lill-Kummissjoni tal-Għajnuna Legali, li jeħtiġilha tiddeċiedi minnufih li taħtar l-avukati b’mod provviżorju (abogado u procurador) filwaqt li tivverifika l-informazzjoni u d-dokumenti.
Id-deċiżjoni finali dwar jekk għandhiex tingħata għajnuna legali trid tiġi adottata mill-Kummissjoni tal-Għajnuna Legali fi żmien mhux aktar minn 30 jum mir-riċevuta tal-fajl. Jekk, wara 30 jum, tkun għadha ma ttiħditx deċiżjoni, id-deċiżjonijiet provviżorji adottati mill-Kamra tal-Avukati u mill-Kamra tal-Prokuraturi Legali jiġu rratifikati.
Fi żmien tlett ijiem, id-deċiżjoni trid tiġi nnotifikata lill-applikant, lill-Kamra tal-Avukati, lill-Kamra tal-Prokuraturi Legali u lill-qorti li tittratta l-proċedimenti, jew lill-imħallef li jippresjedi jekk il-proċedimenti ma jkunux bdew.
Jekk inti l-attur, jeħtieġlek tippreżenta l-applikazzjoni, qabel ma jibdew il-proċedimenti, lill-Kamra tal-Avukati tal-post fejn tinsab il-qorti li tittratta l-kawża prinċipali jew quddiem il-qorti superjuri tal-post fejn ikun domiċiljat l-applikant.
1. Jekk inti l-konvenut, jeħtieġlek tissottometti l-applikazzjoni qabel ma tikkontesta t-talba. Applikazzjoni ppreżentata minn konvenut ma tissospendix il-proċedimenti; madankollu, il-qorti tista’, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba tal-persuna kkonċernata, tordna s-sospensjoni tal-proċedimenti sakemm tittieħed id-deċiżjoni li tagħti jew tiċħad l-għajnuna legali.
Fil-każ ta’ tilwim transfruntier li fihom tintalab għajnuna legali sabiex tittieħed azzjoni legali fi Stat Membru ieħor, l-applikazzjoni tista’ tiġi sottomessa wkoll lill-Kamra tal-Avukati (fil-każ ta’ residenti ta’ Spanja affettwati minn tilwima fi Stat ieħor) tal-post tar-residenza abitwali jew tad-domiċilju tal-applikant.
Ir-regola ġenerali hija li l-avukat jinħatar mill-Kamra tal-Avukati fuq il-bażi ta’ lista ta’ rotazzjoni. Madankollu, huwa possibbli li l-persuna kkonċernata tqabbad l-avukat tagħha stess, dment li l-avukat jirrinunzja d-dritt li jirċievi kwalunkwe ħlas għas-servizzi tiegħu.
Tkopri l-ispejjeż li ġejjin:
Barra minn hekk, fil-każ ta’ tilwim transfruntier, is-servizzi ta’ interpretazzjoni u ta’ traduzzjoni tad-dokumenti u l-ivvjaġġar huma inklużi meta l-attendenza personali titqies neċessarja mill-qorti li tisma’ l-kawża.
Meta l-introjtu jkun aktar mid-doppju iżda mhux aktar minn ħames darbiet ogħla mill-paga minima nazzjonali, il-Kummissjoni tal-Għajnuna Legali tista’, b’mod eċċezzjonali, tagħti għajnuna legali fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi personali u familjari tal-applikant.
Jitqiesu ċ-ċirkostanzi familjali tal-applikant, in-numru ta’ tfal jew ta’ membri tal-familja dipendenti, it-tariffi tal-qorti u spejjeż oħrajn li jirriżultaw mill-ftuħ tal-proċedimenti, jew spejjeż oħrajn ta’ natura simili, ivvalutati b’mod oġġettiv u, fi kwalunkwe każ, li fihom l-applikant ikollu l-istatus ta’ qarib fil-linja axxendenti ta’ familja kbira ta’ kategorija speċjali.
Fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fil-paragrafu preċedenti, l-għajnuna legali tista’ tingħata fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-applikant u lil persuni b’diżabilità msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-Liġi 51/2003 tat-2 ta’ Diċembru 2003 dwar opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà universali għal persuni b’diżabilità, kif ukoll għal persuni li huma dipendenti fuqhom meta tali persuni jkunu qegħdin jaġixxu fi proċedimenti f’isimhom stess u fl-interess tagħhom, dment li dawn il-proċedimenti jkunu relatati mas-sitwazzjoni tas-saħħa jew tad-diżabilità li twassal għal dan ir-rikonoxximent eċċezzjonali.
F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tal-Għajnuna Legali kkonċernata jeħtiġilha tiddetermina b’mod espliċitu liema benefiċċji msemmijin fl-Artikolu 6 japplikaw għall-applikant.
L-ispejjeż tal-proċess mhux koperti jridu jitħallsu mill-persuna kkonċernata, sakemm tittieħed id-deċiżjoni mill-qorti dwar l-ispejjeż. Jekk il-parti l-oħra tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż, ikun mingħandha li l-benefiċjarju parzjali jirkupra kwalunkwe spiża relatata mal-proċess li jista’ jkun jġarrab.
Fil-każ ta’ ċittadini li jirrisjedu fi Stat ieħor tal-UE, ir-regola ta’ hawn fuq tiġi applikata b’mod prudenzjali, filwaqt li jitqies l-istandard tal-għajxien fl-Istat ta’ residenza, sabiex jiġi evitat li ssir ħsara lill-applikant.
Ladarba d-dritt għall-għajnuna legali jkun ġie rrikonoxxut għal tilwima, dan jestendi għall-proċeduri u għall-avvenimenti kollha assoċjati mat-tilwima, inkluża l-eżekuzzjoni jekk din isseħħ fi żmien sentejn mill-qtugħ tas-sentenza fil-Prim’Istanza, kif ukoll għall-appelli kollha kontra s-sentenzi fl-istess tilwima, mingħajr l-ebda ħtieġa li ssir applikazzjoni ulterjuri.
Id-deċiżjoni li tagħti l-għajnuna legali tista’ tiġi rrevokata jekk tkun inkisbet permezz ta’ dikjarazzjoni żbaljata, permezz ta’ gidba jew permezz ta’ ommissjoni min-naħa tal-applikant.
L-għajnuna legali tista’ ma tibqax titħallas jekk is-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna li lilha tkun ingħatat titjieb fi żmien tliet snin.
Fi kwalunkwe wieħed minn dawn ix-xenarji, tapplika r-regola ġenerali: l-ispejjeż jitħallsu mill-parti li titlef il-kawża.
Int tista’ tappella kontra deċiżjoni dwar l-għajnuna legali bil-miktub lill-Kummissjoni tal-Għajnuna Legali stess fi żmien 10 ijiem min-notifika tad-deċiżjoni. L-appell tiegħek jiġi deċiż mill-qorti kompetenti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.