

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fl-Iżvezja, il-proċedimenti tal-qorti nfushom huma bla ħlas minbarra tariffa tar-rikors, li attwalment hija SEK 2 800 (madwar EUR 265). Għall-kawżi fejn is-suġġett tat-tilwima jkollu valur li ma jaqbiżx SEK 23 250 (EUR 2 200), it-tariffa tar-rikors hija SEK 900 (EUR 85).
Jekk tingħata għajnuna legali, l-Istat iħallas it-tariffa tar-rikors.
Huma disponibbli t-tipi ta’ assistenza legali li ġejjin għat-tilwim (kawżi ċivili):
Iż-żewġ tipi huma regolati bl-Att dwar l-Għajnuna Legali (rättshjälpslagen) (1996:1619).
Pariri
Kulħadd – persuni fiżiċi, assoċjazzjonijiet, negozji, eċċ. – jista’ jikseb parir dwar kwalunkwe kwistjoni legali.
Il-parir jista’ jingħata minn avukat jew minn assistent avukat f’ditta legali. Jista’ jingħata sa massimu ta' sagħtejn, u jista’ jinqasam f’diversi sessjonijiet. Tintalab tariffa għall-parir. It-tariffa attwalment hija SEK 1 725 (madwar EUR 164) fis-siegħa. It-tariffa tista’ titnaqqas bin-nofs jekk il-parti li tirċievi l-parir ma jkollhiex fondi suffiċjenti. It-tfal li jirċievu parir normalment ma għandhom għalfejn iħallsu l-ebda tariffa. Jekk it-tariffa tiġi mnaqqsa, l-avukat jew l-assistent li jkun ta l-parir jitlob il-bqija mill-Istat.
Għajnuna legali
L-għajnuna legali hija disponibbli biss għal persuni fiżiċi, għalhekk in-negozji, l-assoċjazzjonijiet, eċċ. ma jistgħux jirċievu din it-tip ta’ assistenza. Il-patrimonju ta’ persuna deċeduta jista’ jkun ukoll eliġibbli għall-għajnuna legali f’ċerti ċirkustanzi. Iċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-UE għandhom l-istess status bħaċ-ċittadini Żvediżi fir-rigward tal-għajnuna legali.
L-għajnuna legali tista’ tingħata għall-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet legali (jekk jogħġbok ara wkoll il-mistoqsija 4).
Iridu jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet biex tingħata l-għajnuna legali.
Pariri
Kif issemma fil-mistoqsija 3 hawn fuq, jista’ jingħata parir għall-kwistjonijiet legali kollha.
Pereżempju, jistgħu jingħataw informazzjoni u pariri dwar dawn li ġejjin:
Għajnuna legali
Kif issemma fil-mistoqsija 3 hawn fuq, l-għajnuna legali tista’ tingħata għall-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet legali, iżda hemm xi eċċezzjonijiet. Pereżempju, l-għajnuna legali ma tistax tingħata għal kwistjonijiet li jistgħu jinvolvu l-assistenza ta’ difensur pubbliku jew ta’ konsulent pubbliku. Jekk kont il-vittma ta’ reat, f’ċerti każijiet jista’ jinħatar “konsulent għall-parti li ġarrbet id-dannu” (målsägandebiträde) (jekk jogħġbok ara l-Att 1988:609 dwar il-Konsulenti għall-Parti li Ġarrbet id-Dannu (lagen 1988:609 om målsägandebiträde)). Dan il-konsulent huwa bla ħlas għall-vittma. Id-dmirijiet tiegħu jinkludu l-għajnuna biex tagħmel talba ċivili bħala riżultat ta’ reat, bħal talba għall-kumpens għad-danni. Ma tistax tingħata wkoll għajnuna legali jekk ikun inħatar għalik konsulent għall-parti li ġarrbet id-danni.
F’xi każijiet irid ikun hemm raġunijiet speċjali biex tingħata l-għajnuna legali. Eżempji jinkludu kwistjonijiet li jridu jiġu ttrattati barra mill-pajjiż, jew każijiet fejn il-valur tat-talba ma jaqbiżx b’mod ċar SEK 23 250 (madwar EUR 2 200).
Ma hemm l-ebda proċedura speċjali f’każijiet li jirrikjedu l-ipproċessar immedjat ta’ rikors għal għajnuna legali. Min-naħa l-oħra, mill-prinċipji ġenerali tal-liġi proċedurali joħroġ li kawża jew il-proċedimenti jridu jiġu ttrattati malajr kemm jista’ jkun.
L-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali Żvediża (Domstolsverket) ipproduċiet formola sempliċi formola tar-rikors bi struzzjonijiet dwar kif timtela. Il-formola hija disponibbli kemm mill-Awtorità tal-Għajnuna Legali (Rättshjälpsmyndigheten) kif ukoll mill-qrati. Il-formola tista’ tintalab ukoll mill-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali Żvediża (Domstolsverket).
Kif issemma fil-mistoqsija 6, l-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali Żvediża (Domstolsverket) toffri, fost affarijiet oħra, formola tar-rikors sempliċi, li tinkludi wkoll struzzjonijiet dwar kif timtela. Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali Żvediża (Domstolsverket) għal aktar informazzjoni.
Fost affarijiet oħra, rikors għal għajnuna legali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-kwistjoni legali li għaliha jirreferi r-rikors, jekk il-materja inkwistjoni jistax ikollha bżonn tiġi ttrattata barra mill-pajjiż, jekk ingħatax xi parir dwar il-kwistjoni, jekk għandekx jew kellekx polza tal-assigurazzjoni ta’ protezzjoni legali li tkopri l-materja inkwistjoni, u informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi finanzjarji tiegħek u ċirkostanzi oħra. Din l-informazzjoni tal-aħħar trid tingħata fuq formola li tista’ tinkiseb mill-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali Żvediża (Domstolsverket).
Ma hemm bżonn jiġi mehmuż l-ebda dokument ieħor. Madankollu, jista’ jkun xieraq li tiġi mehmuża kwalunkwe dokumentazzjoni oħra li tkun disponibbli biex tappoġġa l-informazzjoni mogħtija.
Ir-rikors għal għajnuna legali għandu jintbagħat lill-qorti jew lill-awtorità kompetenti biex tivvaluta r-rikors tiegħek għall-għajnuna legali.
Jekk kawża jew proċedimenti relatati mal-materja ċivili inkwistjoni jkunu għaddejjin f’qorti, il-qorti trid tivvaluta r-rikors għal għajnuna legali. Inkella, tkun l-Awtorità tal-Għajnuna Legali li tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata għajnuna legali jew le.
L-Awtorità tal-Għajnuna Legali jew il-qorti li tivvaluta r-rikors tiegħek għall-għajnuna legali tinnotifikak bil-miktub dwar id-deċiżjoni li tieħu.
Jekk tingħata l-għajnuna legali, jiġi maħtur avukat tal-għajnuna legali fl-istess ħin. Għalhekk inti għandek tikkonsulta miegħu għal aktar informazzjoni.
Avukat, assistent avukat jew kwalunkwe persuna xierqa oħra jistgħu jinħatru bħala avukat tal-għajnuna legali. Jekk inti tkun ipproponejt persuna xierqa inti stess, din għandha tinħatar jekk dan ma jżidx b’mod sinifikanti l-ispejjeż u jekk ma jkunx hemm raġunijiet partikolari oħra biex dan ma jsirx.
L-Istat iħallas l-ispejjeż li ġejjin meta tingħata l-għajnuna legali:
Min-naħa l-oħra, inti jkollok tħallas kwalunkwe spiża li ma tkunx koperta mill-għajnuna legali. Madankollu, huwa possibbli li tirkupra dawn l-ispejjeż mingħand il-parti l-oħra jekk inti tirbaħ il-kawża.
Jekk tingħata l-għajnuna legali, inti trid tikkontribwixxi għall-ispejjeż billi tħallas tariffa għall-għajnuna legali. Din it-tariffa tikkonsisti f’perċentwal tal-ispejjeż tal-avukat tal-għajnuna legali tiegħek. Is-sistema tat-tariffi għandha sitt livelli skont id-dħul tiegħek; dawn huma espressi f’kategoriji ta’ dħul fissi fil-krona Żvediża (SEK). Il-perċentwali għall-kategoriji differenti jvarjaw minn 2% sa 40%. Il-kategorija tad-dħul li inti titqiegħed fiha, u għalhekk il-perċentwal li jkollok tħallas, tiġi determinata abbażi tal-mezzi finanzjarji tiegħek. Dawn jiġu kkalkulati abbażi tad-dħul annwali tiegħek, id-dipendenti tiegħek, u l-assi finanzjarji tiegħek. Inti trid tħallas it-tariffa tal-għajnuna legali kontinwament lill-avukat tal-għajnuna legali tiegħek hekk kif jinqalgħu l-ispejjeż.
Jekk tingħata l-għajnuna legali, dan ifisser li inti jkollok aċċess għall-benefiċċji kollha koperti mis-sistema tal-għajnuna legali Żvediża (jekk jogħġbok ara l-mistoqsija 12 hawn fuq). Għaldaqstant, mhuwiex possibbli li tirċievi għajnuna legali għal parti partikolari biss.
Min-naħa l-oħra, hemm il-possibbiltà, minbarra s-sistema tal-għajnuna legali, li tinkiseb assistenza finanzjarja għal ċerti spejjeż relatati mal-proċedimenti legali, jiġifieri l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn il-qorti u l-ispejjeż għal xhud imħarrek biex jikkomparixxi fil-qorti. Jekk inti parti f’kawża jew fi proċedimenti u ġejt imħarrek biex tikkomparixxi f'seduta tal-qorti, inti jista’ għalhekk ikollok l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ sussistenza tiegħek imħallsa mill-Istat jekk dan jitqies xieraq (jekk jogħġbok ara l-Artikolu 6 tal-Kapitolu 11 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja Żvediż). Jekk ikun xieraq li jagħmel dan fid-dawl taċ-ċirkostanzi finanzjarji tiegħek, l-Istat jista’ jħallas ukoll kumpens lil xhud għall-ispejjeż neċessarji li jkun għamel għall-ivvjaġġar, għas-sussistenza u għat-telf ta’ ħin (jekk jogħġbok ara l-Artikolu 24 tal-Kapitolu 36 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja Żvediż). Il-kumpens għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ sussistenza b’rabta ma’ komparsa fil-qorti mhuwiex disponibbli għall-persuni ġuridiċi.
Iva, iżda l-kumpens għall-avukat tal-għajnuna legali jkopri biss massimu ta’ 100 siegħa. Jekk il-100 siegħa jkunu ntużaw matul il-proċedimenti tal-prim’istanza, kwalunkwe proċediment ta’ istanza ogħla ma jkunx kopert.
L-għajnuna legali għandha tintemm b’mod naturali meta l-materja legali inkwistjoni titqies li ġiet konkluża. Bħala regola ġenerali, l-għajnuna legali trid tintemm ukoll ladarba l-avukat tal-għajnuna legali tiegħek ikun għamel 100 siegħa xogħol. Il-qorti tista’, madankollu, tiddeċiedi li l-għajnuna legali tista’ tkompli.
F’xi każijiet, l-għajnuna legali trid tintemm ukoll qabel dak il-punt. Dan iseħħ, pereżempju, jekk ma tħallasx it-tariffa tal-għajnuna legali tiegħek jew jekk tipprovdi informazzjoni skorretta u l-għajnuna legali ma kinitx tingħata kieku ngħatat l-informazzjoni korretta. Eżempju ieħor ta’ meta l-għajnuna legali trid tintemm kmieni huwa jekk l-avukat tal-għajnuna legali tiegħek ikun għamel 100 siegħa ta’ xogħol u l-qorti ma tkunx iddeċidiet li l-għajnuna legali għandha tkompli.
Iva. Inti għandek id-dritt li tappella kontra deċiżjoni li ma tingħatax għajnuna legali. Jekk id-deċiżjoni tkun ittieħdet minn qorti, din għandha tiġi appellata bl-istess mod bħal deċiżjonijiet oħra. Meta l-qorti tinnotifikak dwar id-deċiżjoni bil-miktub, hija tipprovdi wkoll informazzjoni dwar kif tista’ tappella kontra d-deċiżjoni. Jekk, minflok, id-deċiżjoni tkun ittieħdet mill-Awtorità tal-Għajnuna Legali, din għandha tiġi appellata quddiem il-Bord tal-Għajnuna Legali (Rättshjälpsnämnden).
Aktar informazzjoni
Għal aktar informazzjoni dwar is-sistema tal-għajnuna legali Żvediża, u biex tordna l-formoli tar-rikors, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali Żvediża (Domstolsverket) fl-indirizz li ġej:
Swedish National Courts Administration
SE-551 81 JÖNKÖPING, Sweden
Tel: +46 36 15 53 00
Faks: + 46 36 16 57 21
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.