Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-Ġustizzja elettronika, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2022.

Tqegħid ta’ minuri f’pajjiż ieħor inkl. f’foster family

Ġibiltà
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Hemm obbligu skont il-liġi nazzjonali tiegħek għal konsultazzjoni minn qabel u l-kisba ta’ kunsens qabel it-tqegħid ta’ minuri f’pajjiż ieħor? Jekk jogħġbok semmi l-eċċezzjonijiet possibbli.

Il-Parti VIIIA tal-Att tal-2009 dwar it-Tfal (Children Act 2009) tittrasponi l-proċeduri u l-obbligi speċifiċi ratifikati mill-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996. Il-Konvenzjoni naturalment tipprovdi wkoll għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward ta’ każijiet li fihom l-ulied minuri jitqiegħdu taħt ħarsien alternattiv bejn il-fruntieri, pereżempju taħt fostering jew arranġamenti oħra fit-tul li mhumiex adozzjoni.

B’mod partikolari, l-Artikolu 93M tal-Att tal-2009 dwar it-Tfal (Children Act 2009) jitlob il-forniment ta’ rapport lill-Awtorità Ċentrali ta’ Stat Kontraenti ieħor jekk l-Aġenzija tal-Ħarsien (Care Agency) tkun qiegħda tikkontempla li tqiegħed wild minuri fi Stat Kontraenti ieħor (skont it-tifsira tal-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni) jew li tikkonsulta (skont l-Artikolu 56 tar-Regolament Brussell IIa)

Il-kwistjoni tal-kunsens, ir-riferimenti u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti tiddependi ħafna fuq iċ-ċirkustanzi u l-istatus preżenti tal-wild minuri. Pereżempju, jekk it-tqegħid maħsub jirrigwarda wild minuri li diġà jkun taħt Ordni għall-Ħarsien tal-Qorti Suprema (Supreme Court), f’dak il-każ il-proċedimenti jkunu jeħtieġu li jitressqu fil-Qorti Suprema (Supreme Court) skont il-Kapitolu IV tal-Konvenzjoni għar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ ordni.

Barra minn hekk, l-Artikolu 67 tal-Att dwar it-Tfal (Children Act) jistipula li l-ebda persuna ma tista’ tneħħi wild minuri minn Ġibiltà taħt Ordni għall-Ħarsien mingħajr il-kunsens bil-miktub ta’ kull persuna li jkollha responsabbiltà tal-ġenituri għall-wild minuri (jew inkella), il-permess tal-Qorti Suprema (Supreme Court).

2 Jekk hemm bżonn ta’ konsultazzjoni u kunsens minn qabel, liema awtorità trid tiġi kkonsultata u tagħti l-kunsens tagħha?

Jekk jogħġbok ara hawn fuq.

L-Artikolu 93K tal-Att tal-2009 dwar il-Ħarsien (Care Act 2009) isostni li l-funzjonijiet ta’ Awtorità Ċentrali skont il-Konvenzjoni f’Ġibiltà għandhom jitwettqu fl-ewwel istanza mill-Ministru tal-Ġustizzja.

Għall-finijiet tal-Artikoli 24, 26 u 28 tal-Konvenzjoni, ir-referenza għall-Awtorità tinkludi l-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà (Supreme Court of Gibraltar).

Għall-finijiet tal-Artikolu 35.2, ir-referenzi għall-Awtorità jinkludu l-Aġenzija tal-Ħarsien (Care Agency).

3 Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor il-proċedura għall-konsultazzjoni u l-ksib tal-kunsens (inklużi d-dokumenti meħtieġa, l-iskadenzi, il-modalitajiet tal-proċedura, u dettalji rilevanti oħrajn).

Aħna nsegwu l-proċeduri preskritti mill-Konvenzjonijiet tal-Aja u r-Regoli tal-Qorti Ir-Regoli tal-2011 dwar il-Proċedimenti tal-Familja (Tfal) (Konvenzjoni tal-Aja tal-1996) (Family Proceedings (Children) (1996 Hague Convention) Rules 2011) fir-rigward tar-rikorsi quddiem il-qorti.

4 X’inhi “foster family” skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tiegħek?

Ma hemm ebda definizzjoni fl-Att tal-2009 dwar it-Tfal (Children Act 2009) għal foster family. Huma inklużi d-definizzjonijiet għal Foster carer u għall-Fostering.

“Foster carer” tfisser persuna approvata mill-Aġenzija tal-Ħarsien (Care Agency) għall-finijiet ta’ fostering.

“Fostering” tfisser li tieħu ħsieb wild minuri li jkollu bżonn ta’ ħarsien minn persuna li ma tkunx ġenitur, ġenitur adottiv jew qarib jew persuna li jkollha r-responsabbiltà tal-ġenituri mod ieħor fir-rigward tal-wild minuri.

5 Il-kunċett ta’ “foster family” jinkludi l-qraba jew le? Jekk iva, liema?

Aħna ma nirreferux għal foster family meta tinvolvi qraba jew ħbieb li jieħdu ħsiebhom, dan huwa magħruf bħala tqegħid tal-familja / ħabib, dawn jissejħu tqegħid ta’ persuna konnessa.

L-aħħar aġġornament: 04/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.