

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Iva – skont l-Artikolu 26 tal-Ordni tal-1995 dwar it-Tfal (Irlanda ta’ Fuq) (Children (Northern Ireland) Order 1995) (l-Ordni dwar it-Tfal), hemm ir-rekwiżit li jiġu aċċertati x-xewqat u s-sentimenti tal-wild minuri, tal-ġenituri tiegħu jew ta’ kwalunkwe persuna oħra b’responsabbiltà tal-ġenituri jew ta’ kwalunkwe persuna rilevanti oħra u li tingħata l-konsiderazzjoni dovuta lil dawk ix-xewqat u s-sentimenti fir-rigward tat-teħid ta’ deċiżjoni dwar il-benessri ta’ dak il-wild minuri.
Il-leġiżlazzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq għandha t-tendenza li tirrifletti l-Att tal-1989 dwar it-Tfal (Children Act 1989) tal-Ingilterra u Wales. Hemm tliet kategoriji -
• Informali – arranġamenti bejn il-ġenituri u qraba mingħajr l-ebda involviment mis-servizzi soċjali;
• Akkomodazzjoni volontarja – arranġamenti bejn il-ġenituri u l-awtorità lokali (l-Artikoli 21 u 27 tal-Ordni dwar it-Tfal (Children Order) jirreferu);
• Ordni għall-Ħarsien – il-kisba ta’ din l-Ordni teħtieġ rikors quddiem il-Qorti (l-Artikoli 27 u 50 tal-Ordni dwar it-Tfal jirreferu).
L-arranġamenti tal-fostering privat huma simili għall-Ingilterra u Wales (ara l-iskeda informattiva għall-Ingilterra u Wales)
Hemm sett ta’ proforom disponibbli biex jiffaċilitaw l-iskambju/l-għoti ta’ informazzjoni meta wild minuri jew minorenni jitqiegħdu taħt ħarsien u għal skopijiet ta’ rieżami kontinwu.
L-Ordni dwar it-Tfal (Children Order) ma tiddefinix “familja”. L-Ordni dwar it-Tfal (Children Order) tiddefinixxi “foster parent b’awtorità” bħala t-tqegħid ma’ familja, qarib jew kwalunkwe persuna xierqa oħra kif definit fl-Artikolu 27(3) tal-Ordni.
L-Artikolu 27(2)(a) tal-Ordni dwar it-Tfal (Children Order) jippermetti t-tqegħid ta’ wild minuri ma’ –
(i) familja;
(ii) qarib tiegħu; jew
(iii) kwalunkwe persuna xierqa oħra.
“Qarib” huwa definit fl-Artikolu 2(2) tal-Ordni dwar it-Tfal (Children Order) bħala “fir-rigward ta’ wild minuri, tfisser nannu/nanna, ħu, oħt, ziju jew zija (sew jekk ta’ razza pura (full blood) jew ta’ demm imħallat (half blood) jew biż-żwieġ jew sħubija ċivili), jew ġenitur bi żwieġ ieħor”.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.