L-aħjar prattiki tal-Istati Membri dwar il-Karta

Din it-taqsima tiddeskrivi l-inizjattivi meħuda mill-Istati Membri biex jippromwovu l-użu u l-għarfien tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE f’pajjiżhom.

L-għan ta’ din it-taqsima huwa li tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

  • eżempji ta’ inizjattivi tal-gvern għal kull Stat Membru li jippromwovu b’mod attiv l-użu u l-għarfien tal-Karta fost il-leġiżlatur, l-amministrazzjoni, il-korpi tal-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura.
  • eżempji ta’ kif l-Istati Membri jinfurmaw liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom tal-Karta u kif jikkooperaw ma’ atturi differenti bħalma huma l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Korpi tal-Ugwaljanza jew l-akkademja biex jiżguraw li l-Karta tiġi applikata b’mod profiċjenti.
  • eżempji ta’ inizjattivi mhux governattivi li jippromwovu l-użu u l-għarfien tal-Karta.
L-aħħar aġġornament: 17/02/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.