Sib informazzjoni għal kull reġjun
Informazzjoni għall-awtoritajiet li joħorġu ĊES
Fl-eżami ta’ rikors għall-ħruġ ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, l-Artikolu 66(5) tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni jippermetti lill-awtorità emittenti (pereżempju, qorti jew nutar) li titlob informazzjoni minn Stat Membru ieħor. L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru rikjest imbagħad trid tipprovdi lill-awtorità emittenti b’informazzjoni li tinsab, b’mod partikolari, fir-reġistri tal-artijiet, fir-reġistri tal-istat ċivili u f’reġistri li jirreġistraw dokumenti u fatti li jkunu ta’ rilevanza għas-suċċessjoni jew għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali jew reġim ekwivalenti tal-proprjetà tad-decujus jekk, skont il-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti tkun awtorizzata li tipprovdi dik l-informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra.
Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar ir-reġistri li jeżistu f’kull Stat Membru, l-informazzjoni miżmuma f’kull wieħed minn dawn ir-reġistri u l-proċeduri u l-kundizzjonijiet li taħthom tista’ tinkiseb l-informazzjoni.
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.
Ħolqa relatata
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.