Sib espert

Informazzjoni dwar kif issib espert fil-pajjiżi tal-UE.

Espert huwa persuna maħtura mill-qorti jew mill-partijiet sabiex jipprovdi l-għarfien espert tiegħu dwar suġġett partikolari matul il-proċedimenti tal-qorti. Id-dmir tiegħu huwa lejn il-qorti anki jekk ikunu ħatruh il-partijiet.

Normalment, il-liġijiet nazzjonali jistabbilixxu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-esperti. Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi jistipulaw rekwiżiti (edukazzjoni, taħriġ u/jew ċertifikazzjoni) għar-rikonoxximent bħala espert fil-proċedimenti tal-qorti. Bħalissa, ma hemm l-ebda ftehim bejn l-Istati Membri dwar ir-rekwiżiti għall-esperti (ġudizzjarji) u n-nomenklaturi nazzjonali jvarjaw b’mod sinifikanti minn xulxin.

Hemm ħafna tipi ta’ esperti:

  • Xhud espert jintalab jinterpreta l-fatti u/jew jagħti opinjoni bbażata fuq l-għarfien espert tiegħu fi kwistjonijiet tekniċi jew fuq l-esperjenza tiegħu biex jiċċara l-argumenti tal-partijiet;
  • Espert tekniku jintalab jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kwistjonijiet tekniċi jew xjentifiċi;
  • Espert legali jista’ jiġi kkonsultat dwar ir-regoli, il-prattiki u d-drittijiet applikabbli f’liġi barranija;
  • Esperti oħrajn.

L-iskedi informattivi nazzjonali dwar l-esperti u l-għarfien espert jipprovdu informazzjoni dwar il-listi nazzjonali u r-reġistri eżistenti tal-esperti, ir-rekwiżiti li l-esperti jridu jaderixxu magħhom, ir-rimunerazzjoni u r-responsabbiltà tal-esperti, kif ukoll informazzjoni dwar it-twettiq tal-proċedimenti bl-esperti.

 

Dawn l-iskedi informattivi nazzjonali ġew ikkompilati mill-Istitut Ewropew tal-Kompetenzi u l-Esperti (EEEI) fil-qafas tal-proġett Sib Espert, iffinanzjat mill-Programm Ġustizzja tal-Kummissjoni Ewropea.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.