Il-Pjattaforma Ewropea għat-Taħriġ (ETP) hija għodda ta’ tiftix għall-użu ta’ prattikanti legali u professjonisti tal-ġustizzja li jixtiequ jħarrġu lilhom infushom dwar kwalunkwe qasam ta’ prattika tal-liġi tal-UE jew kwistjonijiet relatati. Il-prattikanti legali u l-professjonisti tal-ġustizzja jistgħu jsibu korsijiet ta’ taħriġ u materjal ta’ awtotagħlim dwar varjetà kbira ta’ suġġetti.
Il-fornituri tat-taħriġ jipprovdu informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ taħriġ li jorganizzaw fl-UE u f’lingwi differenti. Il-Kummissjoni Ewropea tikkontribwixxi għall-pjattaforma b’materjali ta’ taħriġ lesti għall-użu jew manwali prodotti b’mod partikolari bis-saħħa tal-appoġġ finanzjarju tal-UE.
Prattikanti legali u professjonisti tal-ġustizzja
Se ssib ħafna opportunitajiet ta’ taħriġ dwar il-liġi tal-UE u kwistjonijiet relatati rreklamati fuq il-Pjattaforma Ewropea tat-Taħriġ kif ukoll riżorsi ta’ taħriġ għall-awtotagħlim.
Tista’ tfittex skont oqsma differenti ta’ tiftix (bħat-tema tal-kors, il-post, id-data, il-lingwa u l-qasam ta’ prattika: mil-liġi ċivili, il-liġi pubblika, il-liġi kriminali sad-drittijiet fundamentali, il-lingwa legali, id-deontoloġija jew il-ħiliet legali).
Żur is-sit web tal-Pjattaforma Ewropea għat-Taħriġ
Fornituri tat-taħriġ
Il-pjattaforma issa tinsab f’fażi ta’ prova u hija miftuħa għal fornituri ta’ taħriġ fil-livell tal-UE, li l-għarfien espert tagħhom ġie rikonoxxut mill-UE peress li huma riċevituri ta’ għotjiet operattivi annwali skont ir-referenza tagħhom fil-programmi ta’ finanzjament tal-UE.
Ladarba titlesta l-fażi tal-ittestjar, il-Kummissjoni se tesplora l-possibbiltà li tiftaħ il-Pjattaforma Ewropea għat-Taħriġ għal fornituri oħra tat-taħriġ, li jistgħu jirreklamaw il-kors ta’ taħriġ tagħhom dwar il-liġi tal-UE jew dwar suġġett nazzjonali, li jinkludi l-liġi tal-UE jew elementi transfruntiera. Għal dan, il-fornitur tat-taħriġ interessat se jkollu l-ewwel isegwi l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, li se tiġi deskritta hawnhekk fi żmien debitu.
Lista ta’ fornituri ta’ taħriġ:
- Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN)
- L-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA)
- L-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EIPA)
- L-Istitut Universitarju Ewropew (EUI)
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.