Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Medjazzjoni tal-familja

Estonja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

Medjazzjoni tal-familja jew medjazzjoni ta' tilwim dwar id-divorzju hija maħsuba primarjament għall-ġenituri li jgħaddu minn divorzju jew separazzjoni li jirrikjedu l-assistenza ta' speċjalist imparzjali biex jimmedja d-differenzi ta' opinjoni tagħhom u jiffaċilita l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejniethom fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw arranġamenti futuri li jirrigwardaw uliedhom u biex jikkonkludu ftehimiet dwar materji ta' dan it-tip. L-għan tal-proċedimenti ta' medjazzjoni mhux tant il-ksib ta' rikonċiljazzjoni iżda iktar li tinsab soluzzjoni li tista' taħdem.

Il-partijiet għall-medjazzjoni jridu jħallsu lill-medjatur tariffa maqbula għall-medjazzjoni u l-ispejjeż assoċjati. Il-medjatur jista’ jitlob lill-partijiet iħallsu t-tariffa tal-medjazzjoni bil-quddiem.

Is-servizz beda jiġi offrut u ffinanzjat bil-modi li ġejjin:

  1. permezz tal-awtorità lokali fejn jirrisjedi l-minuri, b’finanzjament parzjali minn dik l-awtorità lokali;
  2. permezz ta’ deċiżjoni ta’ mħallef wara proċedimenti tal-qorti, iffinanzjati mill-partijiet infushom jew, meta jkun possibbli, bl-applikazzjoni għal għajnuna legali nazzjonali;
  3. fuq l-inizjattiva ta’ ġenitur informat u ffinanzjata minnu.

Il-medjatur skont it-tifsira tal-Att dwar il-Konċiljazzjoni jrid ikun: waħda minn dawn li ġejjin
(1) persuna fiżika li ngħatat istruzzjonijiet mill-partijiet biex timmedja tilwima bejniethom (eż. espert fil-psikoloġija, kwistjonijiet soċjali (inkluż il-protezzjoni tat-tfal u l-ħidma soċjali) jew ġurist). Il-medjatur jista’ jaġixxi permezz ta’ persuna ġuridika li jkun relazzjoni ta’ impjieg jew relazzjoni kuntrattwali oħra;
(2) avukat li jkun għamel dikjarazzjoni f’dan is-sens quddiem il-bord tal-Kamra tal-Avukati Estonjana;
(3) nutar li jkun għamel dikjarazzjoni f’dan is-sens lill-Kamra tan-Nutara;
(4) fil-każijiet stabbiliti fl-Att, korp ta’ medjazzjoni tal-Istat jew tal-gvern lokali.

Fir-Repubblika tal-Estonja, l-organizzazzjoni tas-servizz tal-medjazzjoni tal-familja hija rregolata mil-leġiżlazzjoni li ġejja:

Fl-Estonja, il-medjaturi tal-familja huma attwalment irrappreżentati mill-Assoċjazzjoni Estonjana tal-Medjaturi (Eesti Lepitajate Ühing) jew mill-Istitut tal-Medjazzjoni (Lepituse Instituut).

L-aħħar aġġornament: 31/01/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.