- L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri
- L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu
- L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti
- L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I
- L-Artikolu 3 - Korp ċentrali
- L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti
- L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti
- L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat
- L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz
- L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari
- L-Artikolu 15 - Servizz dirett
- L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri
- L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)
Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
- Renju Unituk
NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.
In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!
L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri
Art. 2(1)
L-aġenziji kompetenti Kroati ta’ trażmissjoni għan-notifika ta’ dokumenti barra mill-pajjiż huma kif ġej:
- fil-każ ta’ dokumenti ġudizzjarji, il-qorti li hija obbligata li tinnotifika;
- fil-każ ta’ dokumenti ekstraġudizzjarji, il-qorti muniċipali (općinski sud) li fit-territorju tagħha tkun domiċiljata, abitwalment residenti jew stabbilita l-persuna li lilha jrid jiġi notifikat id-dokument;
- fil-każ ta’ dokumenti li ġew ċertifikati jew maħruġa minn nutara, il-qorti muniċipali li fit-territorju tagħha jkunu stabbiliti.
L-aġenziji ta’ trażmissjoni huma l-qrati muniċipali, il-qrati tal-kontej (županijski sudovi), il-qrati kummerċjali (trgovački sudovi), il-Qorti Kummerċjali Għolja (Visoki trgovački sud) u l-Qorti Suprema (Vrhovni sud Republike Hrvatske).
Il-President tal-Qorti Suprema jista’ jawtorizza qorti muniċipali waħda biss jew ftit minnhom biss fit-territorju ta’ qorti tal-kontea waħda jew aktar biex iwettqu l-kompiti ta’ notifika.
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu
Art. 2(2)
L-aġenziji riċeventi tas-servizz fir-Repubblika tal-Kroazja huma:
- il-qorti muniċipali li fit-territorju tagħha jridu jiġu notifikati d-dokumenti, kif indikat fil-bażi ta’ dejta tal-qrati.
Il-President tal-Qorti Suprema jista’ jawtorizza qorti muniċipali waħda biss jew ftit minnhom biss fit-territorju ta’ qorti tal-kontea waħda jew aktar biex iwettqu l-kompiti ta’ notifika.
Il-qrati muniċipali bil-kompetenza territorjali tagħhom huma indikati bħala fil-bażi ta’ dejta tal-qrati.
Lista tal-postijiet f’ordni alfabetika b’kodiċijiet postali tinsab fil-bażi ta’ dejta tal-qrati.
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

- L-Artikolu 2(4)(c)
Id-dokumenti jistgħu jiġu riċevuti bil-posta fir-Repubblika tal-Kroazja.
L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I
- L-Artikolu 2(4)(d)
Il-Kroazja se taċċetta l-formoli standard mimlija bil-lingwa Kroata.
L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

Il-korp ċentrali responsabbli biex (a) jagħti informazzjoni lill-aġenziji ta’ trażmissjoni; (b) ifittex soluzzjonijiet għal kwalunkwe diffikultà li tista’ tinqala’ matul it-trażmissjoni ta’ dokumenti għan-notifika; (c) imexxi, f’każijiet eċċezzjonali, fuq talba tal-aġenzija ta’ trażmissjoni, talba għal notifika lill-aġenzija riċeventi kompetenti, huwa:
il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja (Ministarstvo pravosuđa Republike Hrvatske)
Ulica grada Vukovara 49
tel: +385 1 371 40 00
faks: +385 1 371 45 07
sit web: http://www.mprh.hr
L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti
Il-Kroazja se taċċetta l-formoli standard mimlija bil-lingwa Kroata.
L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti
Skont il-liġi Kroata ma hemm l-ebda perjodu massimu li fih iridu jiġu notifikati d-dokumenti.
L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat
Il-Kroazja se taċċetta ċ-ċertifikati tan-notifika bil-lingwa Kroata.
L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz
Ma ġiet stabbilita l-ebda miżata uniformi biex jiġu koperti l-ispejjeż tan-notifika fir-Repubblika tal-Kroazja.
L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari
a) Ir-Repubblika tal-Kroazja mhijiex kontra n-notifika ta’ dokumenti permezz ta’ aġenti diplomatiċi jew konsulari skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1);
b) Ir-Repubblika tal-Kroazja opponiet in-notifika ta’dokumenti mill-qrati tal-Istati Membri fuq parti li tinsab fil-Kroazja, sakemm id-dokumenti ma jkunux se jiġu notifikati lil ċittadini tal-Istat Membru li fih joriġinaw id-dokumenti (l-Artikolu 13(2)).
L-Artikolu 15 - Servizz dirett
In-notifika diretta mhijiex permessa skont il-liġi Kroata.
L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri
a) Il-qrati Kroati jistgħu jaqtgħu sentenzi jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(2).
b) Mhux se tkun permessa talba għal eżenzjoni mid-dekadenza jekk tiġi ppreżentata aktar minn sena wara l-adozzjoni tas-sentenza.
L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)
Il-ftehim jew l-arranġament li huma parti minnu l-Istati Membri skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament huwa:
- il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika tas-Slovenja tas-7 ta’ Frar 1994 dwar l-assistenza legali f’materji ċivili u kriminali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.