Notifika ta' dokumenti

Danimarka

Il-kontenut ipprovdut minn
Danimarka

NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.

In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!


L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Il-qrati huma l-aġenziji mittenti:

Danmarks domstoles enhed for udlandsforkyndelse [l-unità tas-servizzi barranin tal-Qrati tad-Danimarka]

c/o Retten på Frederiksberg

Howitzvej 32

2000 Frederiksberg

Tel.: +45 99 68 50 70

E-mail: udlandsforkyndelse@domstol.dk

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

Il-Ministeru għall-Ġustizzja huwa l-aġenzija riċeventi.

Justitsministeriet

Slotsholmsgade 10

1216 Copenhagen K

DK Denmark

Tel.: +45 72 26 84 00

Faks: 33 93 35 10

E-mail: jm@jm.dk

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Id-dokumenti jistgħu jintbagħtu bil-posta, bil-faks jew bl-e-mail, sakemm id-dokument li jasal jirriproduċi bis-sħiħ id-dokument innotifikat u d-dettalji kollha tad-dokument ikunu jistgħu jinqraw bla diffikultà.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Id-Danimarka tippermetti li l-formola annessa mar-Regolament timtela bid-Daniż, bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

L-awtorità ċentrali hija l-Ministeru għall-Ġustizzja.

Justitsministeriet

Slotsholmsgade 10

1216 Copenhagen K

Tel.: +45 7226 8400

Faks: +45 3393 3510

E-mail: jm@jm.dk

Id-dokumenti jistgħu jintbagħtu bil-posta, bil-faks jew bl-e-mail, sakemm id-dokument li jasal jirriproduċi bis-sħiħ id-dokument innotifikat u d-dettalji kollha tad-dokument ikunu jistgħu jinqraw bla diffikultà.

Id-Danimarka tippermetti li l-formola annessa mar-Regolament timtela bid-Daniż, bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Id-Danimarka tippermetti li l-formola annessa mar-Regolament timtela bid-Daniż, bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Id-Danimarka ma tixtieqx tuża d-derogi possibbli fl-Artikolu 9(1) u (2).

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna id-Daniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Id-Danimarka tippermetti li ċ-ċertifikat tan-notifika jimtela bid-Daniż, bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

Ma hemm l-ebda tariffa għan-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji minn Stat Membru ieħor.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

Id-Danimarka tippermetti lir-rappreżentanti diplomatiċi jew konsulari jwettqu n-notifika ta’ dokumenti skont l-Artikolu 13(1).

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

Bħala regola, il-qrati jistgħu jwettqu notifika kif deskritt fl-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja [retsplejeloven] u jistgħu jitolbu assistenza biex dan jagħmluh.

Awtoritajiet oħrajn jistgħu wkoll iwettqu notifika diretta permezz ta’ uffiċjal ġudizzjarju (mingħajr l-involviment tal-qorti).

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Suġġett għall-Artikolu 19(2), qorti Daniża tista’ tagħti sentenza anke jekk ma tkun irċiviet l-ebda ċertifikat ta' notifika jew konsenja, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 19(2).

Fir-rigward tal-Artikolu 19(4), fid-Danimarka, meta intimat ma jidhirx personalment, rikors għal reviżjoni ta’ kawża skont din id-dispożizzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien sena mid-data tas-sentenza.

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

Il-ftehim Nordiku dwar l-assistenza reċiproka fil-materji ġudizzjarji tas-26 ta’ April 1974 PDF (81 Kb) da

L-aħħar aġġornament: 18/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.