- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri
- L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu
- L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti
- L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I
- L-Artikolu 3 - Korp ċentrali
- L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti
- L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti
- L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat
- L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz
- L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari
- L-Artikolu 15 - Servizz dirett
- L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri
Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
- Renju Unituk
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri
L-Aġenzija Emittenti hija l-Qorti Għolja - Sede tar-Reħoma - Sezzjoni tal-Proċess Barrani (The High Court - Queens Bench - Foreign Process Section)
L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu
L-Aġenzija Riċeventi hija l-Qorti Għolja - Queens Bench - is-Sezzjoni tal-Proċess Barrani (The High Court - Queens Bench - Foreign Process Section)
L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti
Id-dokumenti jiġu trażmessi bil-faks u bil-posta.
L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I
Il-formola standard tiġi aċċettata bl-Ingliż u bil-Franċiż.
L-Artikolu 3 - Korp ċentrali
The Senior Master
For the attention of the Foreign Process Section
Room E16
Royal Courts of Justice
Strand
London WC2A 2LL
United Kingdom
Telefon:
+44 20 7947 6691
+44 20 7947 7786
+44 20 7947 6488
+44 20 7947 6327
+44 20 7947 1741
Faks: +44 870 324 0025
Posta elettronika: foreignprocess.rcj@hmcts.gsi.gov.uk
Sit web: https://www.gov.uk/guidance/service-of-documents-and-taking-of-evidence
Il-komunikazzjoni ssir permezz ta’ ittra, faks, posta elettronika u bit-telefon u l-korp ċentrali jkun responsabbli biex jiċċekkja t-traduzzjonijiet.
L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti
Apparti bl-Ingliż, ir-Renju Unit jaċċetta formoli ta’ talba standard li jimtlew bil-Franċiż.
L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti
Ir-Renju Unit għandu l-intenzjoni li jidderoga minn dawn id-dispożizzjonijiet fuq il-bażi li l-kumplessitajiet tad-dritt tiegħu dwar it-termini u l-perjodi ta’ preskrizzjoni jiġu aggravati biss b’dan l-Artikolu. Huwa importanti li d-data tan-notifika tkun tista’ tiġi identifikata b’ċertezza peress li tiddetermina ż-żmien li fih parti tkun tista’ titlob li tingħata sentenza fil-kontumaċja. Ir-Renju Unit ma jqisx li t-tifsira preċiża ta’ din id-dispożizzjoni, u t-tħaddim maħsub tagħha fil-prattika, huma ċari biżżejjed; għalhekk din tista’ żżid il-potenzjal għal konfużjoni. Għaldaqstant huwa jemmen li din il-kwistjoni għandha titħalla għad-dritt nazzjonali, tal-inqas sakemm ikollu l-opportunità jevalwa kif taħdem fil-prattika fi Stati Membri oħrajn wara l-implimentazzjoni tar-Regolament.
L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat
Minbarra l-Ingliż, ir-Renju Unit jaċċetta ċertifikati mimlija bil-Franċiż.
L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz
Aħna mhux se nkunu qegħdin nitolbu ħlas għan-notifika.
L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari
Ir-Renju Unit ma għandux l-intenzjoni li joġġezzjona għall-eżerċitar fit-territorju tiegħu tad-dritt mogħti mill-Artikolu 13(1).
L-Artikolu 15 - Servizz dirett
L-Ingilterra u Wales jopponu l-possibbiltà ta’ notifika diretta prevista mill-Artikolu 15(1).
L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri
Skont id-dispożizzjoni eżistenti tal-Konvenzjoni tal-Aja, il-qrati fir-Renju Unit, minkejja l-paragrafu 1, jistgħu jagħtu sentenza jekk il-kundizzjonijiet kollha tal-paragrafu 2 ikunu ġew sodisfatti.
Jista' jintlaqa' perjodu ta’ żmien li jiġi wara l-għoti tas-sentenza u li fih jista’ jiġi aċċettat rikors għal eżenzjoni previst fil-paragrafu 4,:
Meta tikkunsidra li tannulla sentenza fil-kontumaċja, il-qorti trid tqis jekk il-persuna li titlob l-annullament tas-sentenza ressqitx rikors fil-pront biex isir dan.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.