Notifika ta' dokumenti

Estonja

Il-kontenut ipprovdut minn
Estonja

NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.

In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!


L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Il-mezzi ta’ kommunikazzjoni li ġejjin huma disponibbli biex jiġu riċevuti dokumenti: posta, faks u mezzi ta’ trażmissjoni elettroniċi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Tista’ tintuża l-lingwa Estonjana jew Ingliża.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

Il-korp ċentrali huwa l-Ministeru tal-Ġustizzja.

Suur-Ameerika 1

10122 Tallinn

Estonia

Telefown: +372 620 8183

Faks: +372 620 8109

Posta elettronika: central.authority@just.ee

http://www.just.ee

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Skont l-Artikoli 4(3) u 10(2) tar-Regolament, fl-Estonja jiġu aċċettati formoli standard mimlija bil-lingwa Estonjana jew Ingliża.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Ma ġie stabbilit l-ebda perjodu partikulari fil-liġi Estonjana.

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Skont l-Artikoli 4(3) u 10(2) tar-Regolament, fl-Estonja jiġu aċċettati formoli standard mimlija bil-lingwa Estonjana jew Ingliża.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Ġeneralment, id-dokumenti jiġu notifikati bla ħlas.

Jekk id-dokumenti proċedurali jiġu notifikati permezz ta’ uffiċjal ġudizzjarju, il-miżata pagabbli għan-notifika tad-dokumenti tkun ta’ EUR 40, jekk ikun possibbli li d-dokumenti jiġu notifikati lid-destinatarju jew lir-rappreżentant ġudizzjarju tagħhom:

1) permezz tal-indirizz jew tad-dejta tat-telekomunikazzjonijiet imdaħħla fir-reġistru tal-popolazzjoni jew permezz tal-indirizz tal-posta elettronika: personal ID code@eesti.ee;

2) f’indirizz imdaħħal fir-reġistru tal-persuni li jaħdmu għal rashom u persuni ġuridiċi fl-Estonja jew permezz tad-dejta tat-telekomunikazzjonijiet irreġistrata fis-sistema ta informazzjoni ta’ dak ir-reġistru.

F’każijiet mhux imsemmija hawn fuq, il-miżata pagabbli lil uffiċjal ġudizzjarju għan-notifika ta’ dokumenti proċedurali hija ta’ EUR 70. Jekk il-persuna li tkun ġiet notifikata bid-dokumenti jkollha l-obbligu legali li tirreġistra l-indirizz tagħha jew id-dejta tat-telekomunikazzjonijiet fir-reġistru tal-popolazzjoni jew fir-reġistru tal-persuni li jaħdmu għal rashom u l-persuni ġuridiċi fl-Estonja u l-persuna ma tkunx ikkonformat ma’ dan l-obbligu, inkluż jekk id-dejta mdaħħla fir-reġistru tkun skaduta jew inkorretta għal kwalunkwe raġuni oħra, u għaldaqstant id-dokumenti proċedurali ma setgħux jiġu notifikati fuq il-bażi ta’ din id-dejta, it-EUR 35 mill-miżata ta’ EUR 70 msemmija hawn fuq trid titħallas, f’konformità mad-deċiżjoni rigward il-miżata tal-uffiċjal ġudizzjarju, mill-persuna li tapplika għal servizzi professjonali u EUR 35 mingħand il-persuna li kellha tiġi notifikata bid-dokumenti.

Jekk dokument proċedurali ma setax jiġi notifikat għalkemm l-uffiċjal ġudizzjarju jkun għamel dak kollu neċessarju u possibbli b’mod raġonevoli biex jinnotifika d-dokument skont il-proċedura prevista fil-liġi, l-uffiċjal ġudizzjarju għandu d-dritt li jitlob miżata ta’ EUR 40 billi joħroġ deċiżjoni fuq il-miżata tal-uffiċjal ġudizzjarju u l-istrument ta’ servizz rigward il-passi li jkun ħa l-uffiċjal ġudizzjarju sabiex jinnotifika d-dokument.

Uffiċjal ġudizzjarju jista’ ma jitlobx miżata jekk l-uffiċjal ġudizzjarju ma jkunx għamel dak kollu neċessarju u possibbli b’mod raġonevoli biex jinnotifika d-dokumenti skont il-proċedura prevista fil-liġi fil-perjodu determinat minn qorti u jekk ma kienx possibbli li jiġu notifikati d-dokumenti proċedurali.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament, id-dokumenti jistgħu jiġu notifikati permezz tal-aġenti diplomatiċi jew konsulari ta’ Stat Membru ieħor li jkun jinsab fl-Estonja biss jekk għandhom jiġu notifikati lil ċittadin tal-Istat Membru li minnu joriġinaw id-dokumenti.

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

Fl-Estonja, id-dokumenti ma jistgħux jiġu notifikati fil-mod stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament.

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Qorti Estonjana tista’ tiddeċiedi wkoll fuq kawża skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament jekk ma jkun ġie riċevut l-ebda ċertifikat li jikkonċerna n-notifika ta’ dokument proċedurali dwar l-imputat. Skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament, tista’ tiġi reġistrata talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza f’qorti fi żmien sena minn meta tinqata’ s-sentenza li ttemm il-proċedimenti f’kawża.

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

Il-Ftehim bejn l-Estonja u l-Polonja dwar l-Għoti ta’ Assistenza Legali u Relazzjonijiet Legali dwar Kwistjonijiet Ċivili, tax-Xogħol u Kriminali;

Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Litwanja dwar Assistenza Legali u Relazzjonijiet Legali.

L-aħħar aġġornament: 18/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.