Notifika ta' dokumenti

Franza

Il-kontenut ipprovdut minn
Franza

NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.

In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!


L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Fi Franza, l-aġenziji tat-trażmissjoni huma l-marixxalli tal-qorti (huissiers de justice) u r-reġistraturi tal-qrati (greffes des juridictions).

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Fi Franza l-aġenziji riċeventi huma biss il-marixxalli tal-qorti.

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Mezzi disponibbli għar-riċeviment tal-atti: il-posta

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Franza taċċetta li l-formola standard għat-talba li tinsab fl-Anness I tista’ timtela bil-Franċiż jew b’waħda mil-lingwi li ġejjin: l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

Il-korp ċentrali huwa d-Dipartiment għall-assistenza reċiproka, id-dritt internazzjonali privat u d-dritt tal-UE (Département de l’entraide, du droit international privé et européen – DEDIPE)

Indirizz:

Ministère de la Justice (Ministeru għall-Ġustizzja)

Direction des Affaires Civiles et du Sceau (Direttorat għall-Affarijiet Ċivili u s-Siġilli)

Département de l’entraide, du droit international privé et européen (DEDIPE)

13, place Vendôme

F-75042 Paris Cedex 01

Tel.: 00 33 (0)1 44 77 61 05

Faks: 00 33 (0)1 44 77 61 22

Email: entraide-civile-internationale@justice.gouv.fr

Lingwi: Franċiż u Ingliż.

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Franza taċċetta li l-formola standard għat-talba li tinsab fl-Anness I tista’ timtela bil-Franċiż jew b’waħda mil-lingwi li ġejjin: l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Skont il-liġi Franċiża, att irid ikun innotifikat fi żmien partikolari, kif indikat fl-Artikolu 8(3) u 9(2).

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Franza taċċetta li ċ-ċertifikat ta’ notifika jew il-kopja tal-att innotifikat jkun jista’ jimtela bil-Franċiż jew b’waħda mil-lingwi segwenti: l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan, l-Ispanjol.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

It-tariffa fissa marbuta man-notifika mill-marixxall tal-qorti hija ta’ EUR 48.75 (id-digriet tas-26 ta’Frar 2016). It-trażmissjoni tal-atti trid tkun akkumpanjata mill-pagament korrispondenti, għajr fil-każijiet li fihom ir-rikorrent ikun jibbenefika minn assistenza ġuridika.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

Franza hija kontra li, fit-territorju tagħha, Stat Membru jużufruwixxi mill-fakultà li jinnotifika atti ġudizzjarji permezz tal-kanali konsulari jew diplomatiċi, sakemm id-destinatarju tal-att ma jkunx ċittadin ta’ dak l-Istat Membru.

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

Franza mhijiex kontra l-possibbiltà ta’ notifika diretta prevista mill-Artikolu 15(1).

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, imħallef Franċiż jista’ jagħti l-verdett jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafu 2.

Talba għal-liberazzjoni kif stipulata fil-paragrafu 4 trid tiġi ppreżentata fi żmien sena mid-deċiżjoni.

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

Il-Konvenzjoni tal-1 ta' Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili

Il-Konvenzjoni tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Ekstraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali

Il-Ftehim bejn Franza u l-Ġermanja biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili, iffirmat fis-6 ta’ Mejju 1961

Il-Konvenzjoni dwar l-assistenza ġudizzjarja reċiproka f’materji ċivili u kummerċjali bejn Franza u l-Belġju tal-1 ta’ Marzu 1956, kif emendata bl-Iskambju ta’ Ittri tat-23 u t-30 ta’ Awwissu 1960

Il-Ftehim tal-5 ta’ April 1976 bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza u l-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Polonja biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili

Il-Konvenzjoni tat-2 ta’ Frar 1922 biex jiġu ffaċilitati l-formalitajiet fil-proċedimenti bejn persuni li jirrisjedu fi Franza u fir-Renju Unit

Il-Ftehim bejn ir-Repubblika ta’ Franza u r-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja bl-għan li jiffaċilita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili, iffirmat f’Belgrad fid-29 ta’ Ottubru 1969

Il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Franza u r-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Pariġi fil-5 ta’ Novembru 1974

Il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza u l-Kooperazzjoni Legali bejn ir-Repubblika ta’ Franza u r-Repubblika tal-Awstrija li tissupplimenta l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili, iffirmata fi Vjenna fis-27 ta’ Frar 1979

Il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Familjari, dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi bejn ir-Repubblika ta’ Franza u r-Repubblika Popolari tal-Ungerija, iffirmata f’Budapest fil-31 ta’ Lulju 1980

Il-Konvenzjoni bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka dwar l-Assistenza Legali u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi f’Materji Ċivili, Familjari u Kummerċjali, iffirmata fl-10 ta’ Mejju 1984

Il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza u l-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Bulgarija, iffirmata f’Sofija fit-18 ta’ Jannar 1989

L-aħħar aġġornament: 18/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.