- L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri
- L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu
- L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti
- L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I
- L-Artikolu 3 - Korp ċentrali
- L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti
- L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti
- L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat
- L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz
- L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari
- L-Artikolu 15 - Servizz dirett
- L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri
Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
- Renju Unituk
NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.
In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!
L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri
Fl-Ungerija, l-aġenzija tat-trażmissjoni
- fil-każ ta’ atti ġuridiċi, tkun il-qorti li skont il-proċedura tagħha jkun ġie ġġenerat l-att li jrid jiġi nnotifikat,
- fil-każ ta’ atti ġġenerati fi proċedura notarili, tkun in-nutar li skont il-proċedura tiegħu jkun ġie ġġenerat l-att, u
- fil-każ ta’ atti extraġudizzjarji, tkun il-ministru inkarigat mis-sistema ġudizzjarja.
L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu
Fl-Ungerija, l-aġenzija riċeventi
- tkun il-qorti distrettwali b’ġuriżdizzjoni skont l-indirizz residenzjali tad-destinatarju kif indikat fit-talba għal assistenza legali(lakcím szerint illetékes járásbíróság) u f’Budapest, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Pest (Pesti Központi Kerületi Bíróság) u
- l-Assoċjazzjoni Ungeriża tal-Marixxalli tal-Qorti.
L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti
L-aġenzija riċeventi taċċetta dokumenti bil-posta, bil-faks jew elettronikament.
L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I
Ungeriż, Ġermaniż, Ingliż, Franċiż.
L-Artikolu 3 - Korp ċentrali
Fl-Ungerija, il-kompiti tal-entità ċentrali jitwettqu mill-ministru inkarigat mis-sistema ġudizzjarja.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja (Igazságügyi Minisztérium)
Id-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat (Nemzetközi Magánjogi Főosztálya)
Indirizz: Nádor utca 22., 1051 Budapest
Indirizz: Pf. 2., 1357 Budapest
Tel.: +36 1 795 5397, 1 795 3188
Faks: +36 1 550 3946
Email: nmfo@im.gov.hu
Lingwi: Ungeriż, Ġermaniż, Ingliż u Franċiż.
L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti
Barra l-Ungeriż, huma aċċettati wkoll il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż.
L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti
Mhux applikabbli fl-Ungerija.
L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat
Barra l-Ungeriż, huma aċċettati wkoll il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż.
L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz
In-notifika tad-dokumenti mill-qorti hija bla ħlas.
It-tariffa għan-notifika minn marixxall tal-qorti hija ta’ HUF 7 500. Din trid titħallas bil-quddiem permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont ta’ hawn taħt, u l-konferma tat-trasferiment trid tinhemeż mal-applikazzjoni.
- Detentur tal-kont: L-Assoċjazzjoni Ungeriża tal-Marixxalli tal-Qorti
- Bank: Budapest Bank Nyrt.
- SWIFT (BIC) kód: BUDAHUHB
- IBAN: HU46 10103173-09701100-02004000
- Fil-kaxxa biex tħalli messaġġ, jekk jogħġbok ikteb: KU2-numru ta’ referenza tat-talba, isem id-destinatarju.
L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari
In-notifika skont l-Artikolu 13 hija applikabbli biss fl-Ungerija jekk id-destinatarju jkun ċittadin tal-Istat Membru trażmettitur.
L-Artikolu 15 - Servizz dirett
In-notifika skont l-Artikolu 15 tar-Regolament isseħħ fl-Ungerija f’konformità mal-leġiżlazzjoni li tirregola n-notifika mill-marixxalli tal-qorti.
L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri
F’xi każijiet bħal dawn, il-qrati tal-Ungerija jistgħu joħorġu verdett, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 19(2).
Fl-Ungerija, il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ rikors skont l-Artikolu 19(4) huwa ta’ sena.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.