Notifika ta' dokumenti

Latvja

Il-kontenut ipprovdut minn
Latvja

NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.

In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!


L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

Skont l-emendi għal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili tar-Repubblika Latvjana li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019, ġie introdott tibdil rigward in-notifiki ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji barranin fil-Latvja skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000. B’mod aktar speċifiku, il-korp ċentrali li jirċievi u jwettaq talbiet għan-notifiki ta’ dokumenti barranin sar Zvērinātu tiesu izpildītāju padome (il-Kunsill tal-Uffiċjali Ġudizzjarji Maħlufa tal-Latvja). Barra minn hekk, ġiet stabbilita miżata ta’ EUR 113.97 (VAT inkluż) għal kull talba għal notifika ta’ dokument. Il-pagament irid isir permezz ta’ trasferiment bankarju u kull kummissjoni tal-bank trid tiġġarrab mill-persuna li tħallas ir-rata fissa għan-notifika ta’ dokument.

Il-korp ċentrali kompetenti huwa:

Zvērinātu tiesu izpildītāju padome (il-Kunsill tal-Uffiċjali Ġudizzjarji Maħlufa tal-Latvja)

(Mis-16 ta’ Diċembru 2019) Indirizz: Lāčplēša iela 27-32, Riga, LV-1011, Latvia

Telefon: (+371) 67290005; Faks: ( +371) 67290006

posta elettronika: documents@lzti.lv

Dettalji tal-kont bankarju:

Nru tar-reġistrazzjoni: 90001497619

Indirizz reġistrat: Lāčplēša iela 27-32, Riga, LV-1011, Latvia

Bank: Swedbank AS

IBAN: LV93 HABA 0551 0380 9674 2

Kodiċi Swift: HABALV22

Skop tal-pagament: dettalji tad-destinatarju

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Fil-Latvja se jiġu aċċettati talbiet minn Stati Membri oħra għan-notifika ta’ dokumenti u ċertifikati ta’ notifika ta’ dokumenti jekk jintbagħtu bil-posta.

Jistgħu jintbagħtu wkoll notifiki li jużaw il-formoli standard l-oħra msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta’ mezzi oħra ta’ komunikazzjoni li huma disponibbli għall-qorti Latvjana rilevanti.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Apparti l-Latvjan, fil-Latvja jiġu aċċettati wkoll formoli standard mimlija bl-Ingliż.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

Il-korp ċentrali huwa Latvijas Zvērinātu tiesu izpildītāju padome (il-Kunsill tal-Uffiċjali Ġudizzjarji Maħlufa tal-Latvja)

(Mis-16 ta’ Diċembru 2019) Indirizz: Lāčplēša iela 27-32, Riga, LV-1011, Latvia

Telefon: (+371) 67290005; Faks: ( +371) 67290006

posta elettronika: documents@lzti.lv

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Fil-Latvja, talba għal notifika ta’ dokumenti li tkun saret permezz tal-formola standard stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tiġi aċċetta jekk tintbagħat bil-Latvjan jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Skont l-Artikolu 56.1(1) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, meta d-dokumenti ġudizzjarji jintbagħtu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56, bl-eċċezzjoni tal-avveniment imsemmi fil-paragrafu (9) tiegħu, persuna titqies li tkun ġiet notifikata bil-ħin u bil-post ta’ seduta tal-qorti jew azzjoni proċedurali, jew bil-kontenut tad-dokument rilevanti, u d-dokumenti ġudizzjarji jitqiesu li ġew notifikati:

(1) fid-data li fiha l-persuna taċċettahom skont l-Artikolu 56(3), (7) jew (8) tal-Liġi;

(2) fid-data li fiha l-persuna tirrifjuta li taċċettahom (l-Artikolu 57);

(3) fis-seba’ jum mid-dispaċċ tad-dokumenti, jekk jintbagħtu bil-posta;

(4) fit-tielet jum mid-dispaċċ tad-dokumenti, jekk jintbagħtu bil-posta elettronika;

(5) fit-tielet jum mid-dispaċċ, meta n-notifika ssir online.

Skont il-paragrafu (2) tal-Artikolu msemmi hawn fuq, kemm jekk id-dokumenti ġuridiċi jintbagħtu f’post ta’ residenza ddikjarat ta’ persuna fiżika, f’indirizz addizzjonali ddikjarat, f’indirizz li l-persuna fiżika tkun indikat għal komunikazzjoni mal-qorti jew f’uffiċċju rreġistrat ta’ persuna ġuridika, kif ukoll jekk jiġi riċevut avviż ta’ twassil mill-posta jew id-dokumenti jiġu rritornati, dan ma jaffettwax awtomatikament il-fatt li d-dokumenti jkunu ġew notifikati. Id-destinatarju jista’ jiċħad il-preżunzjoni li d-dokumenti jkunu ġew notifikati fis-seba’ jum mill-jum tad-dispaċċ jekk jintbagħtu bil-posta jew fit-tielet jum mid-dispaċċ jekk jintbagħtu bil-posta elettronika jew jiġu notifikati online billi jiċċita ċirkustanzi oġġettivi li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu li jkunu pprekluduh milli jirċievi d-dokumenti fl-indirizz indikat.

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Fil-Latvja, ċertifikat ta’ notifika ta’ dokumenti li jkun sar permezz tal-formola standard stabbilita fl-Anness I tar-Regolament jiġi aċċett jekk jintbagħat bil-Latvjan jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Fil-Latvja d-dokumenti jiġu notifikati skont l-Artikolu 11(2)(a) tar-Regolament, li hemm miżata ta’ EUR 113.97 (VAT inkluż) għaliha li hija pagabbli għal kull talba għal notifika ta’ dokument. Il-pagament irid isir permezz ta’ trasferiment bankarju u kull kummissjoni tal-bank trid tiġġarrab mill-persuna li tħallas ir-rata fissa għan-notifika ta’ dokument.

Dettalji tal-kont bankarju:

Nru tar-reġistrazzjoni: 90001497619

(Mi-16 ta’ Diċembru 2019) Indirizz reġistrat: Lāčplēša iela 27-32, Riga, LV-1011, Latvia

Bank: Swedbank AS

IBAN: LV93HABA0551038096742

Kodiċi Swift: HABALV22

Skop tal-pagament: dettalji tad-destinatarju

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

Il-Latvja topponi n-notifika ta’ dokumenti skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament, ħlief f’każijiet li fihom id-dokumenti jkunu ġew notifikati lil ċittadini tal-Istat Membru inkwistjoni.

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

Skont il-leġiżlazzjoni Latvjana, id-dokumenti ma jistgħux jiġu notifikati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament.

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament, qorti jew imħallef fil-Latvja jista’ jaqta’ sentenza anke jekk ma jkun ġie riċevut l-ebda ċertifikat ta’ notifika jew avviż ta’ twassil, diment li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament. Fil-Latvja, ma hemm l-ebda perjodu ta’ żmien definit li warajh ma jibqgħux jiġu aċċettati rikorsi għal ħelsien mill-effetti tal-iskadenza għall-appell, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament.

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

Ir-Repubblika tal-Latvja żżomm żewġ ftehimiet li kkonkludiet:

(1) Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Polonja dwar l-assistenza legali u r-relazzjonijiet ġuridiċi fi kwistjonijiet ċivili, familjali u kriminali;

(2) Ftehim dwar l-assistenza legali u r-relazzjonijiet ġuridiċi bejn ir-Repubblika tal-Lavja, ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Litwanja.

L-aħħar aġġornament: 10/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.